Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25186 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Disgrazzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni kull sena f'dawn l-aħħar 10 snin wara li waqgħu il-baħar bil-vejikoli li kienu fihom? Fejn saru dawn l-inċidenti u x'passi ħadu l-awtoritajiet fejn ġraw dawn id-disgrazzji?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa disponibbli taħt forma kompjuterizzata mill-1 ta` April 1997. Minn din il-ġurnata sal-lum, infurmat li kien hemm dawn l-inċidenti: 19.10.1997 Bajja tal-Balluta, San Ġiljan persuna 25.12.1997 Xatt ta` Xbiex persuna 07.12.2000 Triq l-Assedju l-Kbir, Valletta 2 persuni 31.03.2001 Xatt ir-Risq, Bormla 2 persuni F`kull każ il-Pulizija kienet infurmat lill-Maġistrat ta` l-Għassa.
Leg 9 PQ #25278 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Rapporti ta' Vjolenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' vjolenza u/jew ġlied minn u bejn partitarji waqt logħob tal-football mill-1998 sal-lum? X'azzjoni ttieħdet f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 1998 u t-23 ta` April 2001 kien hemm 37 persuna li ġew imressqa quddiem il-Qorti minħabba ġlied waqt logħob tal-football.
Leg 9 PQ #25301 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Barklora Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn hu possibli (ċioe f'liema portijiet) li jaħdmu l-barklora Maltin?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #25302 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pass Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn jistgħu jittrakkaw sabiex jgħabbu t-turisti, d-dgħajjes tal-Pass Maltin?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #25320 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Reklami

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw in-numru ta' reklami li saru mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-snin 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament kemm jammontaw finanzjarjament dawn ir-reklami u lil min ingħataw, fejn kienu mxandra jew ippublikati u x'kienet il-ħtieġa li jingħataw?

Response (BORG, TONIO)

Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25402 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Armier — Fixed Point

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli jiġi aċċertat li l-fixed point ta' l-Armier tiġi imqassma b'mod ugwali bejn il-pulizija tal-Mobile għax wasluli ilmenti li hemm min qed jingħata din il-fixed point ta' spiss filwaqt li oħrajn qatt ma jaħdmu din il-fixed point jew jagħmluha mill-anqas?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-fixed points muntati mill-Mobile Squad qed ikunu mqassma kemm jista` jkun ugwalment bejn il-membri kollha ta` din it-Taqsima.
Leg 9 PQ #25403 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Mobile

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli jittieħdu passi minn min hu konċernat biex sa fejn hu possibli, il-pulizija mal-mobile jingħataw l-għassa mill-ewwel meta iċemplu għaliex jien infurmat li ta' spiss ikollhom iċċemplu diversi drabi għax tinqatalhom il-linja sakemm jiġu mqabbda mal-garage minn fejn jingħataw l-għassa jew jgħidulhom li l-għassa tagħhom (tal-pulizija tal-Mobile) għadha ma waslitx? Billi jien infurmat li din qed tiġri ta' spiss possibli jittieħdu passi biex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata għax hemm minn qed ikollu jċempel erba' darbiet mid-dar biex jingħata l-għassa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-awtoritajiet tal-Korp qatt ma kellhom dan l-ilment. Infurmat ukoll illi dan l-ilment ser ikun mistħarreġ u tittieħed l-azzjoni skond kif meħtieġ.
Leg 9 PQ #25489 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

USS De La Salle

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija pajżana u/jew bl-uniformi, li qed jagħmlu għassa mal-vapur USS De La Salle, kemm f'ħinijiet partikolari kif wkoll b'mod permanenti? Kemm hu l-ħlas li n-Navy Amerikana qed tħallas lill-Korp tal-Pulizija ta' dan is-servizz?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ma nħossx illi t-tagħrif ta` din in-natura għandu jkun magħmul pubbliku. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi dan is-servizz ta` sigurta` ma jingħatax bi ħlas.
Leg 9 PQ #24811 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Stadium nazzjonali — Żwiemel tal-Kavallerija

Question

Qed jiġri kemm-il darba li wara xi partita football importanti, żwiemel tal-kavallerija qed jintbagħtu fil-carpark ta' fejn l-istadium nazzjonali meta jkun id-dlam u dan b'periklu għaż-żwiemel u l-pulizija. Jista' l-Ministru jara li dan ma jkomplix isir jew jitlob li jiġi installat id-dawl fil-carpark?

Response (BORG, TONIO)

Il-preżenza tal-kavallerija u l-pulizija fil-carpark ta` fejn l-istadium nazzjonali hija bil-ħsieb li jkun hemm deterrent għal xi nkwiet li jista` jinqala bejn il-partitarji kif ukoll biex kemm jista` jkun jonqos is-serq mill-vetturi pparkjati f`dawk l-inħawi. Matul dan ix-xogħol il-pulizija tal-kavallerija dejjem ikunu akkumpanjati minn membri oħra tal-korp inklużi dawk tas-sezzjoni tal-klieb. Huwa minnu li fil-post ma hemmx biżżejjed dawl. Fil-fatt xi żmien ilu saru arranġamenti li d-dawl tal-'floodlights' ta` l-istess stadium ma jintfgħux qabel ma jkun hemm is-sinjal mill-pulizija. Dan sar bi qbil ma` l-awtorita` tal-Malta Football Association. Is-sitwazzjoni fil-preżent hija ħafna aħjar milli kienet qabel. Għandu jingħad li matul iż-żmien saru diversi laqgħat mal-MFA biex, fost oħrajn, jiġi asfaltat il-carpark kif ukoll biex il-post ikun imdawwal sewwa. L-MFA tinsisti li l-area ta` madwar l-istadium mhix tagħha u għaldaqstant ma tistax tiġi obbligata li tagħmel dan ix-xogħol.
Leg 9 PQ #24812 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Football

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qatx ġie stabilit min ta l-ordni biex jinfetah l-ilma fuq partitarji ta' Birkirkara fil-final tat-trophy kontra s-Sliema s-sena li għaddiet? X'investigazzjoni saret? Minn min? X'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dwar il-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, kienet saret investigazzjoni interna mis-Supretendent inkarigat mit-taqsima ta` l-S.A.G. Minn din l-investigazzjoni kien ġie stabbilit illi żewġ kuntisabbli kienu aġixxew b`dan il-mod mingħajr ordni superjuri u ġew ammoniti severament dwar dan l-aġir.
Leg 9 PQ #24841 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

San Ġiljan — Ħsarat Strutturali

Question

Issa li għaddew 17-il jum mindu l-pulizija ta' Tas Sliema għaddewlha r-rapport dwar ħsarat strutturali, kif jintqal fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 24342, jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadu l-pulizija dwar dan il-każ? X'irriżulta minn dawn il-passi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija, wara li kkonfermat ir-rapport tal-perit, ikkuntatjat is-sid tal-fond in kwistjoni u wara li ġie nfurmat bil-periklu eżistenti, ġie wkoll servut b`intimazzjoni skond kif hemm maħsub fl-artiklu 25 ta` Kap 10. Is-sid iddikjara li ser jibda x-xogħol immedjatament.
Leg 9 PQ #25180 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Kaċċaturi u Nassaba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'weħlu kull wieħed dawn il-kaċċaturi u nassaba imtellgħin il-qorti is-sena l-oħra u din is-sena? X'kien ir-reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 2000, u l-31 ta` Marzu 2001, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti, 359 persuna bi ksur tar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta` l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riżervi Naturali) u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66). Minn dawn il-persuni, 261 instabu ħatja u weħlu pieni li jvarjaw bejn multi, sentenzi ta` ħabs sospiżi, sospensjoni tal-liċenzja u konfiska. Kien hemm 88 persuna li ġew liberati, filwaqt li 10 persuni għad għandhom il-każ tagħhom pendenti quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #25181 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Persuni Mmultati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni immultati talli għal kżur ta' regolamenti tat-traffiku (towing & clamping) u kemm kellhom iħallsu multa, is-sena l-oħra u din is-sena? Fejn saru ir-reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000, kien hemm 2,530 vettura rmunkata u 300 vettura ikklampjata, filwaqt li d-drittijiet miġbura kienu jammontaw għal Lm122,190. Infurmat ukoll illi matul l-ewwel tlett xhur ta` din is-sena ġew irmunkati 483 vettura u kklampjati 126 vettura, filwaqt li d-drittijiet miġbura kienu ta` Lm25,425.
Leg 9 PQ #25261 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Kalkara Boatyard

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir sabiex jitneħħa l-inkonvenjent illi qed jikkawżaw l-opri tal-baħar li hemm fuq il-moll quddiem Kalkara Boatyard fil-Kalkara?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kemm l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, permezz ta` ħruġ ta` Avviż ta` Twettieq, kif ukoll id-Dipartiment ta` l-Artijiet u l-Pulizija qed jieħdu l-passi neċessarji sabiex l-inkonvenjent li rrefera għalih l-Onor. Interpellant jitneħħa. Fil-fatt, b`riżultat tal-passi li ttieħdu, sid dawn l-opri tal-baħar diġa` beda jneħħihom. Infurmat ukoll li ser jibqgħu jsiru aktar spezzjonijiet biex jiġi żgurat li dawn l-opri jitneħħew kollha.
Leg 9 PQ #25266 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ikun hemm pulizija preżenti ġewwa Marsascala speċjalment qrib il-postijiet tad-divertiment?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f`Wied il-Għajn, bħal f`postijiet oħra, ikun hemm assenjat Pulizija l-ħin kollu. Dan minbarra r-ronda li jkun hemm kemm mill-Iskwadra tal-Mobile u minn tad-Distrett stess. Ta` min jgħid ukoll illi mis-sajf li ġej, ser jibda jkun hemm ukoll Mobile Police Station sabiex jinqdew aħjar il-ħtiġijiet ta` din il-lokalita`, minbarra ż-żieda li jkun hemm bħal ma` kien sar is-sena l-oħra u ta` qabel.
Leg 9 PQ #25287 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jara li jieqaf ix-xogħol ta' mastrudaxxa li anke jagħmel xogħol ta' spray, bi ħsara għar-residenti peress li x-xogħol qiegħed jsir f'zone residenzjali? Id-dettalji qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret minn naħa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fuq il-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, ma rriżultax li kien qiegħed isir ix-xogħol li saret referenza għalih fil-Mistoqsija, għalkemm fuq wara tal-garaxx instabu magni relatati ma` xogħol ta` mastrudaxxa. Dan ġie ukoll ikkonfermat mill-Pulizija. Ninsab infurmat ukoll illi dan il-post, minn żmien għal żmien, ser jibqa` jiġi spezzjonat biex jiġi żgurat li ma jsirx xi abbuż.
Leg 9 PQ #25462 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta' l-artijiet għandux policies differenti meta jiġi biex jikri garages ta' kategoriji differenti bħal ma huma garages ta' kategoriji differenti bħal ma huma garages għall-użu residenzjali, kummerċjali u oħrajn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet m`għandux policies differenti meta jiġi biex jikri garages ta` kategoriji differenti.
Leg 9 PQ #25480 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar żvillupi dwar il-polemika li hemm dwar passaġġ pubbliku li qiegħed quddiem l-awtorita' ta' l-Ippjanar li l-partikularijiet tiegħu jidhru separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, wara li nstab li kien qed isir xogħol mingħajr permess li kien jikkonsisti fi tneħħija ta` bollards perikolużi sabiex jiġu mibdula b`oħrajn ġodda, f`Novembru 2000 ħarġet Avviż ECF 1291/00 peress illi l-bażi tal-bollards il-ġodda kienet qed titwessa` aktar mill-bażi ta` dawk oriġinali. Ninsab infurmat ukoll illi fid-29 ta` Marzu 2001 ġiet sottomessa notifika ta` dan ix-xogħol skond il-provvedimenti ta` l-Ordni dwar l-Iżvilupp Ġenerali. Din ġiet aċċettata bil-kundizzjonijiet li l-bollards il-ġodda jkunu kopja perfetta ta` dawk oriġinali, u li l-linja tat-triq tiġi osservata. Dawn iż-żewġ kundizzjonijiet għadhom ma ġewx rispettati, u għaldaqstant l-Enforcement Notice għadha valida.
Leg 9 PQ #24731 Sitting 533 2001-04-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Passaport skadut

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk nhar il-Ġimgħa 23 ta' Frar, 2001 il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ħalliex Malta mill-ajruport internazzjonali ta' Malta b'passaport skadut?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna msemmija, nhar it-23 ta` Frar 2001, kienet ġiet awtorizzata tħalli Malta għalkemm id-data fuq il-passaport kienet skaduta. Din il-persuna ġiet awtorizzata li tagħmel dan minkejja li offriet li tmur lura d-dar biex iġġib passaport ieħor li għandha li ma kienx skada. Peress li l-pajjiż fejn kienet sejra din il-persuna, tista` tidħol anki b`identity card, ingħatat din l-awtorizazzjoni mill-uffiċjal tal-Immigrazzjoni.
Leg 9 PQ #24767 Sitting 533 2001-04-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Qorti — Tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1995 - sena b'sena - u fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kemm-il persuna ttellgħet il-qorti talli nstabet tpejjep; fit-teatri, cinemas, eċċ.; fl-isptarijiet; u fil-karozzi tal-linja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar 5 snin, ċioe` mill-1995 sas-26 ta` Marzu 2001, tressqu 198 persuna l-qorti talli nstabu jpejpu f`teatri, ċinemas, sptarijiet, fil-karozzi tal-linja eċċ. Dawn kienu kif ġej: 1995 1996 1997 1998 1999 2000 2001* 67 113 17 nil 1 1 nil * Sas-26 ta` Marzu.