Legislature:
Category:
Reset
Active:

Studenti tal-Higher Secondary

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li studenti li jkunu qed jagħmlu kors il-Higher Secondary u wara jmorru l-MCAST jew viċi versa, ma jingħatawx stipendju meta qed ikomplu bl-istudju post-sekondarju tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux l-istudenti kollha li jimxu minn istituzzjoni post-sekondarja għal oħra, ma jeħdux għotja ta' manteniment. Meta student jagħmel progress fl-istudji tiegħu, per ezempju minn Foundation Course fl-MCAST (fejn hemm kazi li studenti jkunu aċċettati imqar b'ċertifikat wieħed jew tnejn) imur jagħmel kors fil-Junior College jew il-Higher Secondary u allura jkun qed jagħmel progress, dan jingħata l-istipendju.

Teachers warrants appeals board

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġi mwaqqaf it-Teacher's warrants appeals board? Kemm hemm każi pendenti sabiex jinstema' l-appell tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

L-appelli dwar materja bħal din isiru lill-Qorti ta' l-Appell fil-ġurisdizzjoni inferjuri tagħha skond l-Artikolu 32 (i) ta' l-Att dwar l-Edukazzjoni kif emendat u li ser jidħol fis-seħħ fil-futur qarib meta jintagħzlu l-persuni li ser jifformaw il-kunsill ta' l-għalliema. Informat li n-numru ta' kazi pendenti huwa ta' 13.

Universita' — Senat

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm membri tas-senat ta' l-universita' li għandhom aktar minn 60 sena? Min huma? Kemm hemm li għandhom aktzr minn 65 sena? Min huma? Kemm hemm li għandhom aktar minn 70 sena? Min huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fuq is-Senat ta' l-Universita' hemm zewġ membri biss li għandhom aktar minn 60 sena, li huma l-Professur Daniel Darmanin, id-Dekan tal-Fakulta' ta' l-Ekonomija, Management u Accountancy, u r-Rev. Professur George Grima, d-Dekan tal-Fakulta' tat-Teoloġija.

Universita' — Lecturers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' full-time lecturers, part-time lecturers u visiting lecturers impjegati ma' l-universita'? Kemm minnhom huma barranin u ta' liema nazzjonalita' huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Universita' — Staff Akkademiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff akkademiku u staff ieħor fl-universita' li llum għandhom aktar minn 60 sena? Kemm għandhom aktar minn 65 sena? F'liema fakulta' qed jaħdmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Universita' — Professuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx professuri fl-universita' li minbarra s-salarju għandhom allowances oħra? Jista' jgħid min huma u x'allowances għandhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Invigilation work

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi s-sistema mħaddma biex persuna tapplika mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni biex tkun tista' tagħmel xogħol ta' invigilation waqt l-eżamijiet? Jista' jgħid x'inhuma l-kriterji mħaddma mid-dipartiment biex jintgħażlu dawn il-persuni għal xogħol ta' invigilation? Jista' jikkonferma li d-dipartiment mhux jaċċetta applikazzjonijiet ġodda għal dan ix-xogħol għaliex jingħad lil dawk li jkunu jixtiequ japplikaw li d-dipartiment m'għandux bżonn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet jagħżel l-invigilators minn fuq lista ta' persuni ta' kompetenza u esperjenza pruvata. Min għandu l-kwalifiki għal din il-funzjoni jista' jinforma b'dan lid-Direttur ta' l-Eżamijiet.

Eżamijiet ta' l-A Level

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw meta ġie deċiż li studenti li l-familja tagħhom tgħix bl-għajnuna soċjali u japplikaw għall-eżamijiet ta' l-A Level u ma jiġux eżenti minħabba li jkunu qed jieħdu l-istipendju, meta l-istipendju suppost jingħata minħabba l-ispejjeż kurrenti ta' l-istudju fil-kors u meta wkoll l-istess stipendju jingħata bl-istess qies lil studenti li m'għandhomx l-istess sitwazzjoni ħażina finanzjarja bħal dawn? Ma jidhirlux li dawn iż-żgħażagħ b'limitazzjonijiet finanzjarji mhux qed ikunu megħjuna bl-istess qies ta' dawk li m'għandhomx l-istess problemi finanzjarji? Jista' jgħid jekk hux beħsiebu jbiddel din il-proċedura u jintroduċi miżura simili għal dik li diġa' teżisti fejn jidħlu l-eżamijiet tal-Matsec O Level għal dawn l-istudenti li għandhom mezzi finanzjarji limitati?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Attakki fuq għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' attakki vjolenti u verbali fuq għalliema jew ħaddiema tad-dipartiment din is-sena u x'kien l-eżitu ta' kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tul din is-sena skolastika (2006/2007) s'issa kien hemm sitt inċidenti fejn xi studenti /ġenituri aggredixxa xi għalliem/a u tliet inċidenti fejn tliet ħaddiema tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ġew aggrediti. F'kull każ ittieħdu l-passi dixxiplinari meħtieġa, inkluż passi bil-Qorti fejn kien il-każ. F'każijiet ta' disubbidjenza u każijiet fejn studenti jirrispondu b'mod żbaljat lill-għalliema ttieħdu l-passi mill-iskola fuq il-mertu ta' kull każ.

Eżamijiet tal-Matsec — Għajnuna lil studenti b'diżabilita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm studenti li jsofru minn diżabilita' ingħataw għajnuna speċjali fl-eżami tal-Matsec? Jista' jispjega kemm minn dawn l-istudenti ngħataw għajnuna fil-forma ta' "reader u scribe" jew it-tnejn flimkien u f'liema suġġetti? Jista' jgħid jekk hemmx xi regolamenti ppubblikati mill-ministeru li jistabilixxu kriterju perentorju f'dan ir-rigward?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'dawn laħħar ħames snin in-numru ta' studenti li jsofru minn dizabilita' u li ngħataw għajnuna speċjali fl-ezamijiet tas-SEC u taċ-Ċertifikat tal-Matrikola (Ċ.M.) huma kif jidhru: Sena 2002 2003 2004 2005 2006 Numru (SEC) 90 118 125 170 215 Numru (C.M.) 10 17 50 45 27 F'Mejju 2006, kien hemm 56 student li ngħataw 'reader' fis-suġġetti kollha minbarra l-lingwi, u 7 studenti ingħataw 'scribe' fis-suġġetti kollha minbarra fl-Arti u fil-Graphical Communication. Hemm regolamenti ppublikati mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni f'Settembru 2002 bit-titlu 'Guidelines for Special Examination Arrangements for Candidates with Particular Requirements'.

Universita' — Studenti bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin, kemm kien hemm studenti bi bżonnijiet speċjali fl-Universita'? Jistgħu jingħataw dettalji dwar x'tip ta' għajnuna qed tingħatalhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx fl-uffiċċju tiegħi, tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Universita' — Mature students

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu "mature students" fl-Universita' f'dawn l-aħħar tlett snin u xi kwalifiki kellhom? F'liema korsijiet daħlu? Jista' jgħid fost dawn in-nies kemm kien hemm min għandu bżonnijiet speċjali u x'għajnuna qed jingħataw?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

TIMSS

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21701, jista' il-Ministru jgħid x'ħareġ mill-pilot field test għallanqas? Jista' ipoġġi dan l-istess dokument fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-field test sar biex jittestja l-instrumenti li ser jintuzaw fil-main study. Din l-analizi li saret mill-IEA tindika l-validita' u r-reliability tal-mistoqsijiet. Permezz ta' din l-analizi mistoqsijiet ġew imwarrba jew mibdula. Ir-rizultati ta' l-analiżi jiġi pubblikat meta jsir u jkun lest l-istudju propju.

Għajnuna lil student waqt l-eżamijiet

Question

Jista' il-Ministru jara li meta l-ġuvni li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ikollu l-eżamijiet iħallu assistant li jaqralu l-karta ta' l-eżami? Jista' dan il-ġuvni jiġi nformat direttament bit-tweġiba?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li student jikkwalifika għall-għajnuna matul l-ezamijiet meta jkun statemented. Jirrizulta li l-ġuvni msemmi m'huwiex statemented.

Supply kindergarten assistants

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mis-sejħa għall-applikazzjonijiet ta' "Post of Supply Learning Support (supply kindergarten assistants) in the education division to support students with special needs" u f'liema stadju din is-sejħa waslet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-intervisti għal Supply Learning Support (Supply Kindergarten Assistants) saru f'Mejju 2006 u r-rizultati ġew pubblikati. Informat ukoll li s'issa ġew impjegati 11 skond il-ħtiġijiet tad-Divizjoni. 22 kandidat/a oħra, li ġew offruti impjieg, irrifjutawħ.

Kors tal-European Studies

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex filwaqt li bħalissa hemm is-suġġett tal-European Studies mgħallem f'livell ta' O Level, mhemmx kors tal-B.Educ jew PGCE fis-suġġett u għalhekk dan is-suġġet qed jiġi mgħallem minn min mhux kwalifikat fis-suġġett? Jista' jikkonsidra li jkun hemm kors tal-PGCE fil-European Studies?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni m'għandiex ir-riżorsi biex tifforma għalliema f'dan il-qasam. Informat ukoll li is-suġġett jixrob minn għejun differenti. Għalliem kwalifikat bi skond fl-Istorja, l-Istudji Soċjali jew il-Ġeografija għandu jkun kapaċi jgħallem dan is-suġġett.

Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla — Kap Eżekuttiv

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta deher l-ewwel darba l-avviż fil-gazzetta tal-gvern għall-post ta' uffiċjal kap eżekuttiv għall-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-avviz għall-applikazzjonijiet għall-post ta' Uffiċjal Kap Ezekuttiv għall-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla deher fil-Gazzetta tal-Gvern fil-ħarġa numru 18,001 ta' l-24 ta' Novembru 2006.

Junior College — Għajnuna mill-Universita'

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22172 u jgħid mis-sena 2003 sal-lum, separatament, kemm ġiet mogħtija għajnuna addizzjonali barra l-allokazzjoni annwali fil-budget tal-gvern, lill-Junior College mill-Universita' ta' Malta u/jew mill-gvern ċentrali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk : Sena Nefqa rikorrenti Allokazzjoni Għajnuna mill- totali anwali fil-budget Universita' ta' Malta Lm Lm Lm 2003 2,112,133 2,000,000 112,133 2004 2,159,795 2,050,000 109,795 2005 2,194,489 2,275,000 Nil 2006* 1,748,556 2,300,000 Nil *Il-figura fil-kolonna tan-nefqa rikorrenti totali għas-sena 2006, , tirrappreżenta l-infiq li ser isir sas-16 ta' Novembru 2006.