Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36616 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel — CDAU

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'diffikultajiet qed jiltaqa' magħhom l-istatementing moderating panel mas-CDAU? X'qed isir biex dawn jingħelbu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-unika diffikulta` hi li f'numru żgħir ta' każi, l-Istatementing Moderating Panel ma jkollux rapporti riċenti mis-CDAU. L-SMP diġa` ddiskuta mas-CDAU kif tista` tingħeleb din id-diffikulta`.
Leg 9 PQ #36617 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel — Studenti bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'parametri taw il-ministeru u d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni lill-istatementing moderating panel meta jiġu biex jiddeċiedu x'tip ta' għajnuna jagħtu lill-istudenti bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-parametri li l-Ministeru u d-Diviżjoni taw lill-SMP meta jiġu biex jiddeċiedu x'tip ta' għajnuna jagħtu lill-istudenti bi bżonnijiet speċjali fl-iskejjel hija skond l-"Inclusive Education Policy Regarding Students With a Disability" ta' Lulju 2002 li tinkludi provediment ta' għajnuniet diversi edukattivi u oħrajn.
Leg 9 PQ #36618 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SPLD — Backlog

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'backlog ta' talbiet pendenti għall-għajnuna għandu l-SPLD tal-Furjana u x'riżorsi ta' nies għandu biex ilaħħaq max-xogħol li għandu?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36310 f'Seduta 813.
Leg 9 PQ #36619 Sitting 825 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Special Educational Needs co-ordinators

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm special educational needs co-ordinators fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-pożizzjoni ta' SENCO ma teżistix fil-complement tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għadha qed tiddiskuti ma' awtoritajiet oħra biex jinħoloq il-grad ta' SENCO (Special Educational Needs Co-Ordinator). Fl-Universita` sar kors preliminari ta' taħriġ fejn ħadu sehem 5 għalliema. Skond standards ewropej SENCO irid ikun għalliem kwalifikat bi kwalifiki propja fil-qasam ta' bżonnijiet edukattivi speċjali.
Leg 9 PQ #36612 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel — Backlog

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'backlog għandu ta' każi pendenti bħalissa l-istatementing moderating panel? Kemm ilhom jistennew dawn il-każi?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36613 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel — Backlog

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qed jara każi kull ġimgħa l-istatementing moderating panel u kemm jieħu sigħat biex jara dawn il-każi kull ġimgħa? Kemm iħoss li għandu jiltaqa' iżjed kull ġimgħa biex iniżżel il-backlog pendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord qed jara tnax il-każ fil-ġimgħa u jieħu sitt siegħat kull ġimgħa fil-laqgħat mal-ġenituri u mat-tfal, u sagħtejn oħra preparazzjoni. Huwa maħsub li biex iniżżel il-backlog il-panel ikollu jiltaqa' d-doppju tal-ħin imsemmi għal tul ta' sitt xhur.
Leg 9 PQ #36614 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel — Budget/Riżorsi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'budget u x'riżorsi għandu l-istatementing moderating panel biex ikun jista' jaħdem? X'budget u riżorsi qed jitlob għas-sena li ġejja?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36615 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Moderating Panel — Filing/Database

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sistema ta' filing u database għandu l-istatementing moderating panel biex ikun jista' jagħmel ix-xogħol tiegħu? X'sar biex din is-sistema titqiegħed fuq bażi soda wara li fi Frar 2002 il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament spiċċat minn segretarja u ma għamlitx handover xieraq lill-panel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Panel qed jieħu ħsieb biex ikun hemm sistema fejn kull applikazzjoni tiġi reġistrata, jinfetaħ file għal kull każ u dan jingħata numru ta' referenza, kif ukoll li jkollu database li fiha jinżammu d-dettalji kollha fuq kull każ, li jinkludu: isem, indirizz, skola, data tat-twelid, kundizzjoni, r-rakkomandazzjoni tal-bord, review, eċċ.
Leg 9 PQ #37200 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tariffi Amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żdiedu tariffi u fees amministrattivi f'dipartimenti/awtoritajiet/organizazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2002? Kien hemm xi għoli fil-prezzijiet ta' xi servizzi li jagħtu dawn id-dipartimenti, awtoritajiet jew organizazzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #37258 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36673 li saret lill-Ministru tas-Saħħa, jista' jgħid x'azzjoni ttieħdet mid-divizjoni ta' l-edukazzjoni dwar nuqqasijiet irrapurtati mill-ispetturi tas-saħħa fuq ikel u xorb u anke igene fit-tuck shops/canteens tal-iskejjel? F'liema skejjel instabu nuqqasijiet ?X'kienu? X'passi ttieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista ta' l-iskejjel bin-nuqqasijiet li nstabu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ħadet ħsieb tinforma lill-Kapijiet ta' l-iskejjel konċernati dwar in-nuqqasijiet li kienu ġew irrappurtati u tathom struzzjonijiet biex jieħdu azzjoni immedjata biex dawn in-nuqqasijiet jiġu rettifikati. Sabiex tinforza r-regolamenti li jkun hemm fil-kuntratt tat-tuck-shops, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed ukoll toħroġ ċirkulari li tfakkar lill-Kapijiet ta' l-iskjjel biex huma jiżguraw li r-regolamenti jkunu mħarsa u nfurzati u biex jirrappurtaw xi nuqqasijiet li jista' jkun hemm.
Leg 9 PQ #37268 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfal taħt is-sittax-il sena

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn meta nfetħu l-iskejjel f'Settembru jista' jgħid kemm irċieva talbiet biex studenti taħt is-sittax (16)-il sena jitilqu mill-iskola? Kemm minnhom kienu mingħand subien u kemm bniet? Kemm minnhom ġew aċċettati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li għamlu talba u ġew eżentati mill-iskola, taħt is-sittax-il sena, biex jitilqu mill-iskola, huwa kif se nsemmi: Subien taħt is-16 Bniet taħt is-16 Spiċċaw il- Ma spiċċawx Spiċċaw il- Ma spiċċawx kors il-kors kors il-kors skolastiku skolastiku skolastiku skolastiku Numru ta' 8 26 11 14 talbiet Numru ta' 8 24 10 10 talbiet aċċettati
Leg 9 PQ #37269 Sitting 824 2002-12-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Permessi biex studenti jitilqu taħt l-eta mill-iskejjel

Question

Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji tiġi aċċettata talba biex persuna li suppost tkun għadha l-iskola tingħata l-permess li titlaq qabel iż-żmien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li persuna tingħata l-permess biex titlaq mill-iskola qabel iż-żmien biex toqgħod id-dar għal raġunijiet umanitarji jew meta fl-eta` qrib ta' sittax-il sena jista' jkun hemm offerta ta' impieg, li dewmien aktar, jirriżulta f'li jintilef.
Leg 9 PQ #36582 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35669, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istatistika miġbura mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, skola skola, sena b'sena, hekk kif kienet fl-aħħar ta' Ġunju 2002, subien u bniet għalihom għall-iskejjel kollha statali f'Malta u Għawdex kif ukoll lista ta' l-impjegati kollha, skola skola, sena b'sena, għal dawk li jaħdmu ġo klassi wkoll għal dawk li mhux assenjati klassi?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36583 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35667, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat lista ta' xogħlijiet u pagamenti billi juri meta saru u lil min mill-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada fil-perjodu 1 ta' Jannar 2002 sal-lum fir-rigward tal-liċeo tas-subien f'Kordin u ta' l-iskola primarja ta' Tal-Pieta' filwaqt li jgħid ukoll x'pagamenti huma antiċipati li jsiru xahar b'xahar mil-lum sal-31 ta' Diċembru 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħlijiet li saru fl-iskola ta' Kordin u tal-Pieta` huma dawn: Kordin: * Xogħol ta' twaqqigħ u bini li sar minn Kalaxlokk Co. Ltd. Valur: Lm30,804.66, li minnu tħallas Lm27,593.05 * Xogħol ta' finitura li sar/qed isir minn Camray Contractors Ltd. Valur: Lm25,535.00 * Xogħol ta' aluminium, soffit u injam, li sar minn Marsalite Ltd. Valur: Lm17,258.00 * Xogħol ta' elettriku li għadu qed jiġi aġġudikat Valur: Lm7,969.00 (stimat) * Xogħol ta' tikħil u żebgħa li sar minn Kalaxlokk Co. Ltd. Valur: Lm18,000.00 Pieta`: * Tibjid u tikħil ta' klassijiet, kuriduri u s-sala, * Tiġdid ta' faċilitajiet sanitarji, * Bdil ta' madul (fejn kien hemm bżonn), * Bdil ta' aperturi li kienu deterjorati jew li kienu nieqsa.
Leg 9 PQ #36584 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija paralementari 35663, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, b'mod dettaljat, lista ta' l-infiq, pagament b'pagament, li saru mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni fil-perjodu l-1 ta' Jannar 1996 sal-31 ta' Diċembru 1998 għall-voti tal-construction and adaptation works in government schools u tar-refurbishment and maintenace for government schools rispettivament, it-tnejn voti kapitali?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhix il-prassi li jinġabar it-tagħrif dettaljat kif qed jitlob l-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #36585 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35814, jista' jgħid f'kull skola tal-gvern ta' Malta fil-livell differenti, meta daħlet l-uniformi li qed jilbsu bħalissa l-istudenti? Kemm-il darba nbidlet fl-aħħar ħames snin?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #37047 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ tal-Biedja

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar il-mistoqsija parlamentari nru. 29505 dwar il-produzzjoni agrikola organika fil-kulleġġ tal-biedja.

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kulleġġ ta' l-Agrikoltura waqqaf serra għat-tkabbir tal-ħxejjex u fjuri bis-sistema organika. It-tagħlim dwar is-sistema organika ġie ntrodott fil-kulleġġ is-sena skolastika li għaddiet. L-istudenti qegħdin jieħdu sehem fi proġett dwar is-sistema flimkien ma' studenti u għalliema mill-Awstrija u mill-Italja permezz tal-Programm Leonardo da Vinci ta' l-Unjoni Ewropeja. Il-Kulleġġ daħal bi sħab ma' NGO Franco S1 u mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura biex jipprovdi tagħlim u taħriġ fuq din is-sistema għaż-żgħażagħ ta' bżonnijiet speċjali.
Leg 9 PQ #37224 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Vaska ż-żgħira

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-vaska ż-żgħira fil-Pixxina Nazzjonali mhux qed tissaħħan speċjalment issa li t-temp kesaħ? Kemm ilha ma tissaħħan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn studju li sar dwar l-użu tal-pixxina f'dawn l-aħħar snin jidher li l-bżonnijiet tal-Pixxina Nazzjonali fix-xitwa jistgħu jiġu moqdija xorta billi tissaħħan pixxina waħda u l-funzjonijiet kollha jiġu konċentrati hemmhekk u b'hekk, b'għaqal, jiġu ffrankati spejjeż ta' fuel. Il-pixxina l-kbira baqgħet tissaħħan bħas-soltu filwaqt li l-pixxina ż-żgħira, għal dawn l-aħħar 2/3 ġimgħat, baqgħet tissaħħan biss matul il-weekend meta, minħabba Skolasport u użu ieħor jiġġustifika li din tissaħħan.
Leg 9 PQ #37230 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jipprova jsib soluzzjoni għall-każ ta' Għawdxija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover u li fil-preżent tinsab tqila, peress li għalkemm it-tobba tawha parir li m'humiex assolutament tajjeb għal gravidanza tagħha li ta' kuljum permess tal-karozza tal-linja tmur Bormla u tirritorna lejn Għawdex, hija xorta waħda qiegħda tkun kostretta tagħmel dan il-vjaġġ kuljum għaliex il-kapijiet ta' l-istess skola ma laqgħux it-talba tagħha, li hi, fuq bażi temporanja titħalla taħdem fi skola f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna msemmija hi stess applikat u ntagħżlet biex taħdem b'kuntratt bħala School Secretary fi Skola f'Malta. Filwaqt li wieħed jissimpatizza mas-sitwazzjoni ta' din il-persuna, huwa diffiċli ferm li wieħed jilqaż talbiet bħal dawn minħabba t-tip ta' rabta li l-persuna jkollha ma' l-iskola fejn taħdem permezz ta' kuntratt ta' xogħol. Jekk tintbagħat Għawdex, fejn m'hemmx bżonnha, l-iskola f'Malta tibqa' priva mis-servizzi ta' School Secretary li huma ferm meħtieġa.
Leg 9 PQ #37250 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Tobba/dentisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba u dentisti li jaħdmu mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni? Kemm saru żjajjar s'issa fl-iskejjel f'din is-sena skolastika? Kemm kien hemm studenti li wżaw is-servizzi tagħhom? L-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti jingħataw dan is-servizz?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm jaħdem tabib wieħed. Huwa għamel 23 żjara fl-iskejjel matul din is-sena skolastika u ta taħditiet lil klassijiet sħaħ. L-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti li jagħmlu talba jingħataw dan is-servizz. Xogħol ta' screening u tilqim ta' studenti isiru mit-Taqsima 'School Health Services' tad-Diviżjoni tas-Saħħa, filwaqt li l-'School Dentist Service' ta' l-istess Diviżjoni twettaq ukoll l-iscreening neċessarju. Għal informazzjoni aktar dettaljat dwar is-servizzi offruti minn dawn ta' l-aħħar nitlob lill-Onor. Membru jpoġġi l-Ministoqsija lill-Ministru konċernat.