Jista' il-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet ta' upgrading f'zoni turistiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003? Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' upgrading f'żoni turistiċi fis-snin 2000, 2001, 2002, u 2003 saru f'dawn il-lokalitajiet u n-nefqa fuqhom kienet kif jidher hawn taħt:-
SENA
LOKALITA'
AMMONT - Lm. c.
2000
2001
2002
2003
Buġibba / Qawra
Marsascala
Birżebbuġia
Marsaxlokk
Sliema
Buġibba
Marsascala
Birżebbuġia
Marsaxlokk
Sliema
San Ġiljan
Sliema
San Ġiljan
Marsascala
Birżebbuġia
Marsaxlokk
Buġibba / Qawra
(Sa l-aħ
ħ
ar ta' Ġ
unju 2003)
Sliema
San Ġiljan
Marsascala
Birżebbuġia
Buġibba / Qawra
209,524
183,917
113,131
100,255
457,314
28,555
45,671
28,520
63,957
560,374
167,059
222,448
496,503
39,253
19,354
16,505
2,033
58,506
428,226
18,644
744
16,492
Jista' l-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern għall-xogħlijiet ta' restawr fuq siti storici ?
Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta se jsiru u kemm huwa mistenni li jiswew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm il-ħsieb li jsiru diversi xogħlijiet fuq siti storiċi fosthom fuq swar tal-Belt u l-Kottonera. Id-dettalji ta' dawn ix-xogħlijiet, inkluż l-istimi ta' kemm ġejjin jiswew , għadhom qed jinħadmu bi preparazzjoni għall-Estimi tas-sena li ġejja.
Jista' l-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern għall-xogħlijiet ta' restawr fuq siti arkejoloġiċi ?
Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta se jsiru u kemm huwa mistenni li jiswew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sena li ġejja huwa ppjanat li jsiru xi xogħlijiet fuq siti arkeoloġiċi. Id-dettalji ta' dawn ix-xogħlijiet, inkluż l-istimi ta' kemm ġejjin jiswew, għadhom qed jinħadmu bi preparazzjoni għall-Estimi tas-sena li ġejja.
Jista' il-Ministru jgħid xi ħlasijiet saru sal-lum mill-vot Embellishment of public areas? Għal liema mogħdijiet saru dawn il-ħlasijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlasijiet li saru sa llum mill-vot Embellishment of Public Areas ta' din is-sena huma kif ġej:-
DESCRIPTION
King George, Floriana
Safety Material
Bus Terminus, Valletta
Refurbishment of Bus Terminus
Supply of precast concrete slabs
Services from Enemalta Corporation
Demolition of two public conveniences ceilings
Mechanical sanding down (Invjar)
Prestressed slabs
Slabs
Overtime to Enemalta employees
Overtime to Works Division employees
Hire of Mobile Toilet
Mounted Hammer
Various materials
Hire of Jigger
AMOUNT (Lm. c.)
321.31
20,000.00
3,565.00
25,637.00
1,897.50
115.00
623.00
1,244.18
1,024.00
1,800.13
53.48
975.00
13,685.08
16.00
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsijiet parlamentari 843 u 671 u cioe` jista' il-Ministru jgħid minn min intrebaħ it-tender ta' package 1? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ingħata? Jista' jgħid minn meta beda jitħaddem dan il-kuntratt u x'perjodu ta' żmien ikopri? Kemm qiegħed isir ħlas kull sena mill-gvern għas-servizzi mogħtija skond dan il-kuntratt?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt ta' Package 1 intrebaħ mill-konsorzju ffurmat minn Polidano Bros. Ltd. u l-kumpanija Ġermaniża S.R.W. Minħabba li l-kuntratt huwa ta' natura kummerċjali ma nħossx li għandi npoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-kuntratt beda jitħaddem mid-19 ta' Mejju 2003 u jkopri sal-31 ta' Marzu 2008. Il-ħlas huwa ta' Lm1.18ċ, mingħajr VAT, għal kull tunnellata ta' skart li jkun aċċettabbli li tidħol fis-siti awtoriżżati. Il-ħlas isir fis-sena u għalhekk għadu kmieni biex wieħed jgħid x'ser iħallas il-Gvern kull sena.
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol hu previst li jsir skond tender CT186/2003 "Bini ta' skema għall-ilma tax-xita f'Ħaż-Żebbuġ Malta"? Jista' ipoġġi kopja tal-pjanta tal-culvert (inkluż site plan) fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol skond it-tender CT 186/2003 jifforma parti minn proġett għas-sistema ta' l-ilma tas-xita fil-lokalita' ta' Ħaż Żebbuġ.
Il-proġett jikkonsisti fit-tqegħid ta' madwar 165 metru ta' mejn u l-kostruzzjoni ta' madwar 90 metru ta' culvert ġdid.
Kopji tal-pjanti qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk it-tender għax-xogħlijiet ta' tisħiħ tal-mollijiet ta' Sant'Anġlu, fil-Birgu ġiex aġġudikat? Jekk fl-affermattiv, min rebaħ dan it-tender, x'inhu l-valur tax-xogħol, meta se jibda u meta se jispiċċa x-xogħol?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-kuntratt għadu fi stadju ta' aġġudikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli għax-xogħol ta' drenaġġ li kellu jsir fi Triq id-Daħla ta' San Tumas? Jista' l-Ministru jaghti spjega għaliex xoghol konness mad-drenaġġ li kien sar qabel ingħata t-tarmac reġa’ nqala’ proprju wara li sar it-tarmac bil-konsegwenza li saret hsara fuq wiċċ it-triq? Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx l-inkjesta kif mitluba mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun fl-istqarrija li qed tintbagħat separatament ma’ din il-mistoqsija ? Jekk saret jista' jgħid jekk hux se jittieħdu passi fuq min huwa responsabbli? Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tad-drenaġġ huwiex se jirrimedja l-ħsara li saret fuq it-tarmac ta' Triq San Tumas ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija parlamentari Nru. 790.
Karozzi mixtrija/mikrija — Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura
Question
Kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm, jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru tar-Riżorsi u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-12 ta' April 2003 la nxtraw u lanqas inkrew karozzi mill-Ministeru u lanqas mid-Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi.
Bħalissa hemm 63 karozza mikrija u 40 oħra mixtrija fil-Ministeru, fid-Dipartimenti u fl-Entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dikasteru tiegħi.
B'referenza għat-tweġibiet mogħtija fejn intqal li skart tal-bini se jintrema f'barrieri mhux użati, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm taħdidiet mal-MEPA dwar dan? Jekk iva, jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar dan u jekk hemmx bżonn li jkun hemm permess ukoll?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm taħdidiet fit-tul, kemm ma' dak li kien id-Dipartiment ta' l-Ambjent kif ukoll mal-MEPA u ġew diskussi l-perpessi meħtieġa.
Ir-risposta għat-tieni parti tad-domanda hija fl-affermattiv.
Sant'Antnin — Ħsara kawżata minn ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu wara l-ħsara li ġiet ikkawżata minn ħaddiema tad-dipartiment tad-drenaġġ ta' Sant'Antnin, kif stqarr il-kunsill lokali taż-Żejtun fi stqarrija li ħareġ fl-20 ta' Ġunju, 2003? Min se jħallas sabiex tissewwa l-ħsara?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati konċernati mhumiex dawk ta' l-Impjant ta' Sant'Antnin iżda l-impjegati tad-Dipartiment tad-Dranaġġ. Sant'Antnin jitmexxa minn kuntrattur privat.
L-imsemmija ħsara li saret ma hi ħsara xejn, u fil-fatt il-wiċċ tat-triq kellu bil-fors jinqala' biex titkompla t-tiswija fuq main ta' l-ilma li jipprovdi l-ġibjun tal-Ħabel l-Abjad bl-ilma għat-tisqija.
Il-ħsara fuq dan il-main saret minn kuntrattur li kien qiegħed jagħti t-tarmac f'isem il-Kunsill Lokali taż-Żejtun fi Triq id-Daħla ta' San Tumas.
Il-ħsara li saret kienet tikkonsisti f'tiċrita f'dan il-main (treated water) ta' l-ilma.
Għall-ewwel, kien maħsub li l-ħsara setgħet tiġi rranġata permezz ta' pipe repair clamp. Iżda peress li l-ħsara kienet viċin wisq ta' socket, din it-tiswija ma kienitx biżżejjed u għalhekk inħass il-bżonn li l-pajp jiġi rranġat b'mod permanenti billi tinqata' parti mill-pajp u tinbidel.
Sakemm sar ix-xogħol meħtieġ fil-workshop tat-Dipartiment tad-Dranaġġ biex jinqata' dan il-pajp u jinbidel, il-kuntrattur inkarigat mix-xogħlijiet f'din it-triq qabad u għatta din il-biċċa pajp u ta t-tarmac.
Fl-ebda ħin id-Dipartiment tad-Dranaġġ ma awtoriżża jew ta x'wieħed jifhem li x-xogħol tat-tiswija kien lest. Bħalma kien is-Sindku stess li nforma lid-Dipartiment bil-ħsara li kienet saret, dan seta' bl-istess mod jiċċekja jekk ix-xogħol kienx lest.
Skond il-permess li ġie maħruġ biex isiru x-xogħlijiet, ma jidhirx li ntalab permess biex jitbaxxa l-livell tat-triq. Id-Dipartiment tad-Dranaġġ osserva li ż-żona fejn saret il-ħsara, il-livell tat-triq tbaxxa bi kważi pied. B'konsegwenza ta' dan, issa dan il-main tal-ilma qiegħed biss ftit ċentimetri taħt il-livell tat-triq, b'riskju kbir li jerġa' jitkisser bit-toqol tal-vetturi li jgħaddu minn fuqu.
Naturalment il-ħsara jrid jagħmel tajjeb għaliha minn huwa responsabbli ta' dak li ġara, cioe min għamel il-ħsara iżda żgur mhux id-Dipartiment tad-Dranaġġ.
Proġetti — Xogħol ta' upgrading - Xatt tal-Gżira sax-Xatt ta' tas-Sliema
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jsir xogħol ta' upgrading (simili li sar fil-Promenade ta' tas-Sliema) mix-Xatt tal-Gżira sax-Xatt ta' tas-Sliema?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemm l-ebda pjan għal xogħol ta' upgrading fil-post imsemmi mill-Onor. Membru.
Issa li tħabbar li l-iskart tal-bini mhux se jibqa' jintrema fil-Magħtab, jista' il-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet se jibda jintrema? Xi ħlas se jintalab lil min jarmi dan l-iskart? X'sorvelja se ssir biex fis-siti ndikati jintrema biss skart tal-bini u mhux skart ieħor?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskart ser jibda jintrema fill-barrieri magħluqa li jkunu liċenzjati għal dan il-għan mill-Awtorita' tal-Ambjent u l-Ippjanar. Iż-żewġ siti li qed jintużaw bħalissa huma l-barriera f'Tal-Mejda, Valletta Road, Kirkop u l-oħra f'Tal-Belula, Lapsi Road, limiti tas-Siġġiewi.
It-tariffa għar-rimi ta' dan l-iskart hija Lm1.18ċ kull tunnellata mingħajr V.A.T.
L-operatur huwa obbligat li jaċċetta biss dak l-iskart stipulat fil-kuntratt u kif irregolat mill-permess maħruġ mill-Awtorita' tal-Ambjent u l-Ippjanar. Barra minn hekk il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura għandu rappreżentant f'kull sit.
Jista' il-Ministru jara li l-ħaddiema mid-Distrett 2 tal-Works Division li ħadmu overtime fix-xhur ta' Frar u Marzu 2003 fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera jitħallsu tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet in kwistjoni kienu qegħdin jaħdmu fuq proġett tal-Ministeru tal-Kultura u l-Arti. Għalhekk saret it-talba lill-istess Ministeru biex jiġu trasferiti l-fondi neċessarji biex dawn il-ħaddiema jitħallsu ta' l-overtime li għamlu.
B'referenza għal diversi interventi li għamilt qabel f'dan il-Parlament biex tinstab soluzzjoni ħalli ż-żwiemel li jkun hemm quddiem il-Palazz ma jibqgħux esposti għax-xemx u mingħajr ilma għal ġranet sħaħ speċjalment fix-xhur tas-sajf, jista' l-Ministru ġentilment jintervjeni personalment biex tinstab soluzzjoni?
Jaqbel il-Ministru li hu inaċċettabbli li dawn iż-żwiemel qed jinħaqru quddiem l-istess Parlament meta ftit ilu għaddejna liġi kontra l-moħqrija ta' l-annimali?
Bħalma l-gvern irnexxielu jsib soluzzjoni għal problemi ferm aktar komplessi minn din, jista' l-Ministru jieħu inizjattiva biex tinstab soluzzjoni għal din il-problema ħalli dawn iż-żwiemel ma jibqgħux jinħaqru speċjament issa li bdew ix-xhur sħan tas-sajf?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali tal-Belt għaddej b'konsultazzjonijiet informali mas-sidien tal-karozzini u l-General Workers Union fuq diversi materji, fosthom il-ħmieġ li jħallu ż-żwiemel kif ukoll dwar alternattivi sabiex isir titjib ġenerali fis-servizz tal-karozzini inkluż li ż-żwiemel ma jkunux esposti għax-xemx.
Rigward il-problema ta' l-ilma, ninsab infurmat li bħala parti mill-pavimentar tal-parti fejn huma stazzjonati il-karozzini llum, sar ukoll vit ta' l-ilma biex jiġi provdut ilma tax-xorb għaż-żwiemel.
Peress li fid-diskors tal-President fil-ftuħ tal-Parlament il-Gvern esprima il-pjan tiegħu li jkompli b'xogħlijiet in-naħa t'isfel ta' Malta jista' l-Ministru ġentilment jintervjeni personalment biex xogħol li kien inbeda ftit ta' żmien ilu mill-predeċedessur tiegħu fuq bini ta' Promenade fi Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn jitkompla? Billi dan il-post għandu waħda mill-isbaħ veduti li hemm in-naħa t'isfel ta' Malta u billi dan il-post hu wieħed imfittex ħafna minn nies li joqgħodu in-naħat t'isfel tal-gżira, jikkunsidra l-Ministru li jagħmel site visit biex ikun jista' jara hu stess x'potenzjal għandu dan il-post jekk ikompli x-xogħol li nbeda?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġa' ġie ddikjarat fid-diskors tal-President, ser tingħata spinta lill-naħa t'isfel ta' Malta fosthom it-triq imsemmija. Bħalissa qegħdin jitħejjew il-pjanti u d-disinji meħtieġa sabiex jitwettqu proġetti oħra.
Barra minn hekk ser tingħata spinta lill-proġetti ta' tisbigħ fin-naħa t'isfel ta' Malta mhux biss fi promenades ta' ħdejn il-baħar, iżda wkoll lill-pjazzez ta' l-irħula li huma l-qalba ta' l-attivita' tal-ħajja maltija.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jafx bil-leakage ta' drenaġġ fil-fond Numru 5, Sqaq Marine, Numru 2, Kalkara? X'għamel u x'qed jagħmel id-dipartiment biex tissolva din il-problema?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li l-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Dranaġġ marru fuq il-post indikat, ma sabu xejn ħażin fil-main tal-Gvern.
Wara dan infetħu l-kaxxex tad-dranaġġ, kemm tal-fond numru 5 kif ukoll dak tan-numru 6, u nstab li s-sufun tan-numru 6 huwa miżdud. Għalhekk jidher ċar li l-infiltrazzjoni fil-fond numru 5 ġejja minħabba f'hekk.
Id-Dipartiment tas-Sanita' ġie nfurmat b'dan kollu biex jittieħdu l-passi neċessarji ħalli jitneħħa dan l-imblokk.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 671, jista' il-Ministru jgħid minn min intrebaħ it-tender ta' package 1? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ingħata?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li it-tender intrebaħ mill-konsorzju magħmul minn Polidano Bros. Ltd. u l-kumpanija Germaniża Staedtereinigung West Nolting GmbH & Co. Ltd.
Minħabba li l-kuntratt huwa ta' natura kummerċjali ma nħossx li l-kuntratt għandu jiġi ppubblikat. Biss jiena lest li nagħmlu aċċessibbli għas-sodisfazzjon ta' l-Onorevoli Membru.
Awtorita' Maltija għar-riżorsi — Permessi għal tħaffir ta' boreholes
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għat-tħaffir ta' boreholes f'dawn l-aħħar 12-il xahar mill-awtorita' Maltija għar-riżorsi? F'liema lokalitajiet inħarġu dawn il-permessi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' ta' Malta għar-Riżorsi ma ħarġet l-ebda permess għat-tħaffir ta' boreholes f'dawn l-aħħar tnax-il xahar.
Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura — Direct orders
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Jista’ il-Ministru jinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' Direct orders li ħarġu mill-Contracts and Procurement Section tal-Ministeru għar-riżorsi u l-Infrastruttura huwa kif jidher hawn taħt:-
SENA 2001
XAHAR
DIRECT ORDERS
VALUR (Lm)
Jannar
6
240,741 (i)
Frar
8
28,120 (ii)
Marzu
7
11,115
April
2
17,480 (iii)
SENA 2002
XAHAR
DIRECT ORDERS
VALUR (Lm)
Jannar
1
3,000
Frar
6
8,556
Marzu
12
30,480 (iv)
April
10
29,593
SENA 2003
XAHAR
DIRECT ORDERS
VALUR (Lm)
Jannar
2
1,466
Frar
-
-
Marzu
1
7,271
April
-
-
(i) jinkludi Direct order għal xogħol li sar fl-Imdina mill-Kumpanija Kalaxlokk li sewa Lm234,220;
(ii) jinkludi Direct Order għal xogħol li sar mill-Malta Drydocks b'konnessjoni mal-Pumping Station ta' B'Buġia li sewa Lm14,535;
(iii) jinkludi Direct Order għal spare parts minn għand Engineering and Technology Ltd. għal Wied Għammieq li swew Lm12,980;
(iv) jinkludi xogħol ta' restawr li sar fil-Palazz Vilhena ta' l-Imdina u li sewa Lm10,945.