Legislature:
Category:
Reset
Active:

Permit no. 04089/05

Question

Jista' il-Ministru jara li jiġi milqugħ ilment ta' persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament dwar permit no. 04089/05?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Għawdex — Terrapien

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21416, jista' il-Ministru jgħid fejn qed jiġi merfuh dan il-materjal?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li dan il-materjal qed jiġi merfuħ f’barriera numru 5. Din il-barriera tinstab fl-inħawi ta’ Għar Ilma limiti ta’ Kerċem.

Trejqa li twassal għaċ-Chadwick Lakes

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ddaħħlet it-trejqa li twassal għaċ-Chadwick Lakes bħala parti mix-xogħlijiet tat-toroq finanzjati mill-Protokoll Taljan? Min iddeċieda li din it-trejqa għandha tinkesa bit-tarmac? Jista' jgħid kemm sewa dan ix-xogħol u kemm kien it-tul ta' tarmac li ngħata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq it-triq li tagħti għaċ-Chadwick Lakes waqt il-proġett tat-toroq finanzjati mill-Protokoll Taljan kien limitat għall-parti żgħira tat-triq li tmiss mat-triq prinċipali. Dan sar minħabba li l-livelli tat-triq prinċipali nbidlu u għalhekk kien neċessarju li jiġu pparreġġjati l-istess livelli. Dan ix-xogħol ma kienx wieħed ta’ dimenzjoni kbira u għalhekk l-ispejjeż konċernati kienu żgħar ħafna. Hija prassi illi meta tiġi rikostruwita t-triq jiġu anke kostruwiti partijiet żgħar minn toroq illi jinfdu għal mal-istess triq u dan minħabba r-raġuni relatata ma’ livelli hekk kif imsemmija fis-suespost. It-tul ta’ din it-tagħqida hija ta’ madwar sittin metru u l-ispejjeż ma jaqbżux Lm3,000.

Attard — Triq il-Mosta - Car Park

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li bħala parti mill-proġett governattiv li hemm il-ħsieb li jiġi fis-seħħ wara l-iskola primarja ta' H'Attard, jiġi inkluż car park għall-ġenituri li jkunu qegħdin iwasslu t-tfal biex tittaffa l-problema tat-traffiku fi Triq il-Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Ministru jixtieq jgħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li l-proġett indikat minnu ma jaqax taħt ir-responsabilita’ tal-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq iżda taħt il-Ministeru tal-Edukazzjoni. Il-mistoqsija tiegħu għandha tkun ndirizzata fejn suppost. Għalhekk nitob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

ADT — Mellieħa Ridge Crossing Project

Question

Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jittieħdu passi biex fit-triq li qed tippjana l-ADT Mellieħa Ridge Crossing Project IX.X li se ssir minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea (Contract No. Europeaid/114473/D/SV/MT) jittieħdu l-passi kollha biex ma titteħidx art agrikola u biex ma jintlaqtux ħażin il-bdiewa ta' l-inħawi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Ħal Qormi — Triq ta' l-Armal

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq Triq ta' l-Armal f'Ħal Qormi, li kienet oriġinarjament inkluża fil-pjan ta' 450 triq għall-bini mill-ġdid u resurfacing?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #22828 Sitting 479 2007-01-09 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Ħal-Luqa — Triq Ġużeppi Ellul

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li Triq Ġużeppi Ellul, f'Ħal-Luqa kienet se ssir mill-Gvern Ċentrali mingħajr ma l-kunsill lokali joħroġ ċenteżmu spejjeż? Jista' jikkonferma li l-kunsill lokali ta' Ħal-Luqa beda x-xogħol fuq l-istess Triq Ġużeppi Ellul wara li din diġa' kienet ikkonfermata li ssir mill-Gvern Ċentrali? Huwa veru li l-kunsill qiegħed iħallas ix-xogħol fuq din it-triq mill-fondi tiegħu? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li ngħata mill-kunsill lokali ta' Ħal-Luqa biex dan qed jonfoq flus allokati lill-kunsill fuq proġett li kien se jħallas il-gvern?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Ħal Qormi — Twessigħ ta' triq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22164 u jgħid meta l-kantuniera fi Triq San Ġwakkin, kantuniera ma' Triq Valletta, f'Ħal Qormi, se tiġi mwessa skond il-linja tat-triq li diġa' teżisti, u dan biex jiġi megħlub il-periklu ta' blind corner, eċċ.?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li saret spezzjoni fuq il-post minn uffiċjali tal-ADT u beda l-proċess sbiex tiġi rranġata din il-junction. Sadanittant ser isiru sinjali ta' stop fit-tarf ta' Triq San Ġwakkin.

ADT — Chief Executive

Question

Jaħseb il-Ministru li ċ-Chief Executive ta' l-awtorita' dwar it-trasport għandu konflitt ta' interess billi barra dan l-impjieg għandu wkoll aġenzija ta' l-ivjaġġar, fejn juża s-servizz ta' garaxx tal-coaches partikolari, biddel sinjali tat-toroq fix-Xemxija biex jakkomoda lil dan l-istess persuna u wasal ukoll biex biegħlu b'irħis l-aktar żewġ char-a-bancs antiki li kien hawn f'Malta u li kienu fil-pussess ta' l-awtorita' biex dan ikun jista' jinnegozjahom barra minn Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Dwar l-ewwel parti tad-domanda nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19878. Dwar it-tibdil ta’ sinjali tat-toroq fix-Xemxija, dawn saru biex jitjieb is-servizz għall-dawk kollha li jipprovdu servizz fil-qasam tat-turiżmu, b’mod partikolari l-aspett li jirrigwarda s-sigurta’ fit-toroq. Dwar il-bejgħ tax-char-a-bancs nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 21140.

Mrieħel Bypass — Pelican lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid, issa li tħabbar li se jinbena foot bridge fi Triq is-Sebħ, Ħal Qormi (il-bypass ta' l-Imrieħel), jekk qabel ittieħdet din id-deċiżjoni min-naħa ta' l-awtoritajiet ġewx ikkonsidrati t-twaħħil ta' pelican lights kif hemm proprju fil-bidu ta' din it-triq min-naħa ta' Ħ'Attard, biex min ikun se jaqsam ma jkollux għalfejn jitla' turġien u wkoll din il-faċilita' tkun tista' taqdi aħjar lil dawk li jista' ikollhom problemi ta' mobilita'? Jista' ukoll il-Ministru jgħid ma' min ikkonsultaw l-awtoritajiet qabel ma ħadu d-deċiżjoni li jinbena foot bridge?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Swieqi — Triq Josef Kalleja

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir Triq Josef Kalleja fis-Swieqi? Meta se jsir l-ilqugħ tagħha u x'tip ta' ilqugħ se jsirilha mil-livell tal-wied biex it-terrapien ma jkomplix jaqa' ġewwa l-wied?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li fil-ġimgħat li għaddew l-Awtorita’ Dwar it-Trasport (ADT) intervjeniet biex jinħoloq aċċess temporanju mit-triq ta’ fuq għar-residenti ta’ Triq Josef Kalleja. Dan wara li l-aċċess li kienu qed jużaw minn fuq proprjeta’ privata ngħalaq mis-sid. Is-soluzzjoni permanenti hija l-ħolqien ta’ aċċess mit-triq ta’ taħt Triq il-Mensija liema xogħlijiet iridu jsiru skond l-iskema/pjanti approvati fil-Pjan Lokali taż-żona. Dan il-proġett huwa nkluż fil-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali għal perjodu 2006-2008.

San Pawl il-Baħar Bypass

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621, 21852, 22067, 22226, 22480 u 22620 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat? Min se jħallas għal dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Swatar — Toroq one-way

Question

Tista' l-ADT tikkonsidra t-talba ta' diversi residenti tas-Swatar biex kemm Triq Mons Arturo Bonnici kif ukoll Triq Balliju Guttenberg jiġu one-way minħabba l-konġestjoni tat-traffiku li spiss qed ikun hemm?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku irriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali ta’ l-Imsida sabiex Triq Mons Arturo Bonnici kif ukoll Triq Balliju Guttenberg isiru one-way. It-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku ser tikkuntatja lill-Kunsill Lokali rigward din il-proposta.

Swatar — Servizz tal-Karozza tal-Linja

Question

Tista' l-ADT tilqa' t-talba ta' diversi residenti tas-Swatar biex is-servizz tal-karozza tal-linja 169 mill-Belt ikun aktar spiss milli darba kull siegħa, speċjalment fil-ħinijiet tax-xogħol u ta' l-iskejjel?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-ADT qed tistenna mingħand l-ATP skeda ġdida b’servizz aktar frekwenti sabiex taqdi aħjar lir-residenti tas-Swatar kif ukoll il-‘Call Centre’ tal-HSBC fil-futur qarib. Din l-iskeda ser tinħadem fuq bażi ta’ prova għall-tlett xhur u ser isir moniteraġġ sabiex wieħed jiddetermina l-vijabilita ta’ din l-iskeda.

Triq Reġjonali — Sound barriers

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru sound barriers għal Triq Reġjonali? Jista' jgħid ukoll meta se jiġu stallati speed limit signs fi Triq il-Ferrovija in vista li qed ikun hemm sewqan eċċessiv?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qeda tistudja diversi miżuri ta' titjib inklużi s-sound barriers bħala parti mill-proġett ta' upgrading fi Triq Reġjonali. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkjarifika għal liema Triq il-Ferrovija qed jirreferi sabiex l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta tkun tista' tevalwa din il-problema.

Wied il-Għajn — Triq it-Tiben

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk ix-xogħol fi Triq it-Tiben, Wied il-Għajn li ili ħafna nagħmel mistoqsijiet parlamentari dwarha hux se jibda f'Jannar kif kien imwiegħed is-sena l-oħra? Jaħseb li issa għandu jingħata committment ta' meta se tinbeda u titlesta din it-triq u dan fid-dawl li r-residenti ta' Triq it-Tiben ilhom snin twal jistennew li ssir din it-triq li hija mibnija kollha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-triq ser tiġi nkluża fil-batch ta' toroq li ser isiru bil-Period Contract mill-ADT. Hu ppjanat li dan ix-xogħlijiet jingħataw fi żmien 4 xhur oħra.

ADT — Rotta Numru 5

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtorita' tat-trasport tistax tikkontempla li jkun hemm servizz ta' trasport pubbliku, bħalma kien hemm żmien ilu, bil-karozza numru 5 li titlaq minn Raħal Ġdid jew anke minn Ħal Tarxien li tgħaddi minn Raħal Ġdid għal Belt, Valletta, peress li hemm ħafna residenti Pawlisti u Tarxienisti li għandhom distanzi twal għall-eqreb bus stop issa li kemm Raħal Raħal Ġdid kif ukoll Ħal Tarxien kibru sew?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Raħal Ġdid — Triq Mater Boni Consilii

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-asfaltar ta' Triq Mater Boni Consilii f'Raħal Ġdid (quddiem il-club tal-boċċi) huwiex responsabbilta' tal-kunsill lokali jew tal-gvern ċentrali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din it-triq hija responsabilita’ tal-Kunsill Lokali.

Gudja — Triq Ħal Resqun

Question

Jista' il-Ministru, fid-dawl tal-mistoqsija tiegħi lilu f'Jannar 2006 biex isir l-asfaltar ta' Triq Ħal Resqun fil-Gudja b'mod urġenti minħabba l-istat pessimu tagħha (u li ilha hekk għal dawn l-aħħar 34 sena) u r-risposta tiegħu datata 16 ta' Jannar 2006 (PQ nru. 211) fejn talabni ngħaddilu d-dettalji dwar liema parti tat-triq kont qed nirriferi, u peress li ovvjament kont qed nirriferi għal dik il-parti tat-triq li għadha mhux asfaltata, u peress li jien stess mort f'dawn il-ġranet biex nara b'għajnejja t-tbatijiet tar-residenti wara x-xita li għamlet, jara li dik il-parti ta' Triq Ħal Resqun fil-Gudja li qatt ma ġiet asfaltata tiġi asfaltata mill-aktar fis għax hemm periklu serju kemm għan-nies u kemm għall-proprjeta' tagħhom minħabba t-tajn miġmugħ li jtir fuq il-faċċati tar-residenzi kull meta jgħaddu l-karozzi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Qormi — Triq ir-Ragħaj

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq ir-Ragħaj, Qormi għadha ma ngħatatx it-tarmac meta t-tender diġa' ġie mogħti? Jista' jgħid meta se jibda x-xogħol fuq din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.