Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista' ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista' ta' xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Awtorità tad-Djar – irranġar ta’ post – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat dan il-każ mal-Awtorità tad-Djar, tal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament rigward applikazzjoni sabiex tirranġa d-dar tagħha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament, ġie konkluż. L-individwu ġiet ukoll infurmata bl-eżitu fejn ingħatat spjega tal-pagament li kien dovut lilha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jinsabu fuq pensjoni non-kontributorja minn Malta u li l-pensjoni qed titnaqsilhom għax kienu ħadmu barra minn Malta? Jista’ jgħid kemm qed idaħħal minn dan it-tnaqqis?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, 149 persuna qegħdin jieħdu pensjoni minn barra minn Malta u li b’xi dħul ieħor li jista’ għandhom magħdud mal-pensjoni barranija ma jaqbiżx l-ammont tal-Pensjoni Mhux Kontributorja, u li għalhekk qed jirċievu din l-istess Pensjoni Mhux Kontributorja mnaqqsa.
Minħabba li kif għidt minbarra d-dħul minn pensjoni ta’ barra, hemm dħul ieħor li jiġi mnaqqas mir-rata tal-Pensjoni tal-Età Mhux Kontributorja, mhux possibbli tikkwantifika l-ammont li kien jitħallas kieku ma kellhomx pensjoni. Dan għaliex sabiex tinġabar din l-informazzjoni jridu jinqalgħu l-każijiet u jiġu ċċekkjati wieħed wieħed.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-pensjonijiet minn barra mhux dejjem huma relatati ma’ xogħol li l-persuna tkun ħadmet barra minn Malta, eżempju pensjonijiet tar-romol.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li kienu single u kienu jieħdu l-Benefiċċju tal-Wens u wara li mietu l-familjari u talbu biex jieħdu pensjoni jew għajnuna soċjali u minħabba li qabżu l-kwota, din ġiet irtirata? Jista’ jagħti din l-informazzjoni mill-2013 sal-lum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-means test għall-Pensjoni tal-Wens hija l-istess bħal tal-Għajnuna Soċjali u l-Pensjoni mhux kontributorja tal-Età. Għal din ir-raġuni, meta jiġi nieqes il-pazjent, il-benefiċjarju xorta jibqa’ jibbenefika mill-benefiċċji msemmija, sakemm ma jiġix fil-pussess ta’ assi minn wirt li jeċċedu l-iskala kif stabbilita fil-liġi tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318).
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, ma tinżamm l-ebda statistika dwar it-talbiet li jiġu rrifjutati għar-raġuni msemmija minnu. Tajjeb jingħad li ħafna minn dawn il-benefiċjarji jirritornaw fid-dinja tax-xogħol wara l-mewt tal-pazjent.
B’rabta mal-qasam tal-adozzjonijiet, jista’ l-Ministru jindika dwar liema pajjiżi u sitwazzjonijiet intalab il-parir tal-Avukat Ġenerali u x’kienu l-pariri mogħtija mill-istess Avukat Ġenerali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-parir tal-Avukat Ġenerali jiġi mitlub meta jkun hemm l-ħtieġa, fuq materji marbuta ma’ adozzjonijiet minn pajjiżi terzi.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji aġġornati dwar adozzjonijiet (b’mod separat) mill-Albanija, mis-Slovakkja, mill-Vjetnam, mill-Istati Uniti, mir-Russja, mill-Bulgarija, mill-Indja u mill-Brażil?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ ta’ adozzjonijiet mill-Albanija, mill-Islovakkja u mill-Indja, il-proċess miexi b’mod normali u ġenituri adottivi prospettivi jistgħu jibgħatu l-applikazzjoni tagħhom f’dawn il-pajjiżi.
Fil-każ ta’ adozzjonijiet mill-Vjetnam l-aġenzija akkreditata lokalment li tissodisfa l-kriterji stipulati mill-Awtorijitajiet tal-Vjetnam qiegħda tibgħat id-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex eventwalment tiġi akkreditata mill-Awtorijitajiet tal-Vjetnam biex ikunu jistgħu jibdew l-adozzjonijiet minn dan il-pajjiż.
Barra minn hekk, fil-każ ta’ adozzjonijiet mir-Russja, waħda mill-aġenziji akkreditati lokalment qiegħda tiffaċilita’ l-proċess tal-adozzjoni minn dan il-pajjiż waqt li dwar adozzjonijiet mill-Bulgarija, l-aġenziji akkreditati lokalment ser jibdew jipproċedu bl-adozzjonijiet minn dan il-pajjiż.
Finalment, fil-każ ta’ adozzjonijiet mill-iStati Uniti tal-Amerika, l-Awtoritá Ċentrali qiegħda fil-preżent f’kuntatt ma’ aġenzija tal-adozzjoni Amerikana fil-waqt li fil-każ ta’ adozzjonijiet mill-Brażil hemm il-ħsieb li fil-futur qarib isiru laqgħat ġewwa l-Brażil bil-ħsieb li eventwalment jibdew ukoll l-adozzjonijiet minn dan il-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex intitolata għal xi żieda/pensjoni oħra oltrè l-pensjoni tar-romol peress li fi xbubitha kienet f’impjieg produttiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu ġie mistħarreġ u l-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament, ġiet infurmata bl-eżitu.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Qasam ta' relazzjoni mal-media - impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew impjegati persuni fil-qasam ta’ relazzjoni mal-media, jew ta’ konsulenza fl-istess qasam, jew bħala persons of trust fl-istess qasam, inkluż xogħol ta’ kitba jew preparazzjoni ta’ materjal ieħor għall-media (inkluż laqgħat u attivitajiet ta’ konsultazzjoni pubblika), kemm full-time, kemm part-time, kif ukoll permezz ta’ ħlas ta’ għoti ta’ servizzi, fid-dekasteru kollu tiegħu? Kemm tħallsu f’dan il-perjodu? Jista’ jgħid min huma?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnha għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża annwali biex iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Persuni b’Diżabilità Intelletwali jopera? Hemm il-ħsieb li jinfetħu aktar Ċentri? Jekk iva, fejn sejrin jinfetħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-ispiża annwali biex joperaw id-9 Ċentri ta’ Matul il-Jum li għandha taħt ir-responsabilità tagħha l-Aġenzija Sapport, għas-sena 2015, kienet tammonta għal € 6,543,190.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa qegħdin isiru t-tħejjijiet biex jinħareġ it-tender ħalli nkunu nistgħu nkabbru ċ-Ċentru tal-Imtarfa. Meta jitlesta dan ix-xogħol, minbarra l-faċilitajiet terapewtiċi ġodda, l-għadd ta’ klijenti li jkunu jistgħu jattendu ġewwa dan iċ-Ċentru ħa jkun qiegħed jiżdied b’60 persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għal dawn l-aħħar sentejn baqa’ ma’ kienx mimli l-post vakanti għat-tielet kariga ta’ Avukat tat-Tfal fil-Qorti Ċivili (Reġistru tal-Familja)?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.