B’ referenza għall-mistoqsija parlamentari 7236, jista’ l-Ministru jgħid min kien il-proponent waħdieni li ssottometta applikazzjoni biex jieħu l-liċenzja tal-casino f’Għawdex? X’kienet ir-raġuni li dan il-proponent ma kkwalifikax għal din il-konċessjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7236.
Ma naħsibx li jkun prudenti li f’dan l-istadju nagħtu aktar informazzjoni milli diġà ngħatat.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ideat u proġetti ġodda li se jitressqu mill-aġenziji, l-awtoritajiet, l-azjendi u l-kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jitwettqu minn fondi Ewropej?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-budget tal-Awtorita' Maltija għall-Komunikazzjoni li kien approvat f'April 2013 kien jammonta għal Eur550,000. Dan il-budget kien ġie rrevedut għal Eur500,000 fit-2 ta' Lulju 2013. Din is-somma tnaqqset wara reviżjoni ta' l-estimi finanzjarji li saret mill-Ministeru tal-Finanzi, u sussegwentement ġiet diskussa mal-MCA, fejn ġie kkontestat illi l-ammont ta' Eur50,000 mhux ser jiġi utiliżżat. B'hekk il-Ministeru tal-Finanzi jista' juża din is-somma f'oqsma oħra ta' ġid għal poplu Malti u Għawdxi. Din, in linea mal-politika tal-Gvern ta' għaqal fit-tmexxija.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li ma hemmx persons of trust li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework fil-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — lista ta' direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7049 u jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — top management position
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw top management positions fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marza s’issa? Jista’ jipprovdi lista ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega għal liema Management Positions qed jagħmel referenza għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma d-ditti li ġew magħżula bħala konsulenti għall-ħruġ tal-liċenzji tal-casinos u għal proġett tal-maritime hub? X'esperjenza għandhom dawn id-ditti f'dan il-qasam? Jista' jgħid jekk dawn id-ditti tefgħux l-irħas offerta? Min għamel l-għażla tal-konsulenti? Jista' jispjega fuq liema bażi ntgħażlu l-konsulenti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri: 2879 u 4603.
Jista’ l-Ministru jekk teżistix xi forma ta' ċensura fuq logħob elettroniku li jista' jkun meqjus bħala vjolenti jew għandu messaġġ vjolenti speċjalment għat-tfal? Fid-dawl ta' dan kollu, jeżisti xi tip ta' kontroll?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħatriet saru fl-uffiċċju tal-Bord tal-Koperattivi minn Marzu 2013 ’l hawn? Kif inħatru dawn l-uffiċjali? Meta saret is-sejħa għall-ħatra f’dawn l-impjiegi? Kemm kien hemm applikanti? Min huma l-persuni li ġew ingaġġati? X’kundizzjonijiet u ħlasijiet hemm marbuta ma’ kull pożizzjoni?
Jista’ l-Ministru jgħid min ġie appuntat administration manager fl-uffiċċju tal-Bord tal-Koperattivi? Kif inħatret din il-persuna? Meta saret il-call for applications? Kemm kien hemm applikanti? X’kundizzjonijiet u ħlasijiet hemm marbuta mal-pożizzjoni ta’ administration manager? X’kwalifiki u esperjenza għandha f’dan il-qasam il-persuna maħtura?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-persuna maħtura fl-uffiċċju tal-Bord tal-Koperattivi bħala Administratiuon Manager Designate għandha esperjenza Legali, Masters fil-liġi Ewropeja u esperjenza ta' organizzazzjoni.
(
Aktar informazzjoni ingħatat dokument Nru 2345 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 121 tat-Tlieta, 18 ta’ Frar 2014)
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħatat il-liċenzja tal-casino f’Għawdex? Kemm applikaw għal din il-liċenzja? Meta se jinfetaħ dan il-casino u kemm hu mistenni li jħaddem nies?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ġie nfurmat mill-Privatisation Unit li għal din il-koncessjoni kien hemm proponent wiehed. Dan il-proponent ma setax jikkwalifika għal din il-koncessjoni, billi m’ottemporax ruħu mar-‘Request for Proposals’. Il-Gvern, tramite l-Awtorita’ ghal-Lotteriji u Loghob (LGA), qed jistudja incentivi godda biex din l-industrija taqbad f’Ghawdex in linea mal-politika tal-Gvern sabiex Ghawdex tingħata spinta ekonomika.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru wasalx għal xi konklużjoni dwar l-evalwazzjoni tar-rapport għas-sejħiet ta' operazzjoni ta' casino f'Malta wara li l-istess sejħa għall-interess għalqet numru ta' xhur ilu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — lista ta' varjazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummissjonati opri tal-arti għall-Bio Life Science Park? Jekk iva, jista’ jgħid min hu l-artist, kemm-il opra tal-arti inxtrat, il-prezz u l-mod li bih intgħażel l-artist?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li ma' ġewx ikkummissjonati ebda opri tal-arti għall-Bio Life Science Park.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7128 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u issa ġiet riferuta lilu u jagħti rendikont ta’ kemm kienet in-nefqa, sena b'sena mill-2004 sal-2012, f’xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’Dar Malta fi Brussell? Jista' jagħti break down ta’ x’kien dan ix-xogħol, sena b’sena? Jista' jagħti rendikont ta’ kemm kien id-dħul, sena b'sena mill-2004 sal-2012, li sar għall-pajjiż permezz ta’ kirjiet ta’ sulari, eċċ. minn Dar Malta?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — lista ta' direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.