Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żebbuġ — Proprjeta' Tal-Baruni

Question

Jista' il-Ministru juża l-mezzi kollha disponibbli għalih biex jara li ma jingħalqux it-toqob li huma essenzjali biex ma jkunx hemm flooding fi Triq Ħali, Ħaż-Żebbuġ, fil-ħajt tal-proprjeta' magħrufa bħala Tal-Baruni, kif, fil-fatt, kien hemm attentat li jseħħ dan l-aħħar?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Baħrija — Servizz ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir id-drenaġġ fi Triq il-Ġirna, Baħrija issa li qiegħed isir dan is-servizz fl-area kollha tal-madwar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sistema tad-drenaġġ ta' Triq il-Girna, Baħrija bħalissa tista titqabbad biss minn ġo passaġġ privat billi aktar l-isfel it-triq għadha ma nfetħitx u hemm ħafna siġar tal-ħarrub. Is-sidien ta' dan il-passaġġ oġġezzjonaw bil-miktub permezz ta' l-avukat tagħhom li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tgħaddi d-drenaġġ minn dan il-passaġġ. Qed isiru diskussjonijiet ma' dawn is-sidien bl-iskop li tinsab soluzzjoni bonarja għal din il-problema.

PBS

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul is-sena 2005 kemm ħallset il-PBS lill-kumpanniji privati għall-programmi li pproduċewlha? Kemm-il kumpannija għamlet xogħol farmed out lill-PBS u f'kull każ kemm tħallset kull kumpannija mill-PBS tul is-sena 2005?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li matul is-sena 2005 il-PBS ħallset l-ammont ta' Lm492,806 lil 13 il-Kumpanija privata għall-produzzjonijiet tal-programmi. Il-PBS ma tarax li għandha tati l-informazzjoni dwar kemm ħallset lil kull Kumpanija minħabba li tqis li din l-informazzjoni hija ta' natura kummerċjali.

Malta Enterprise — Operaturi fil-qasam ta' l-istampar

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li fuqhom tingħata assistenza lill-operaturi fil-qasam ta' l-istampar mill-Malta Enterprise? Jista' jgħid kemm-il operatur f'dan il-qasam ibbenefikaw minn assistenza mill-Malta Enterprise matul l-2006? Jista' jgħid kemm-il talba saret minn operaturi f'dan il-qasam għal assistenza mill-Malta Enterprise matul is-sena 2006?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kriterji użati mill-Malta Enterprise li fuqhom tingħata asistenza ma japplikawx biss għall-qasam ta’ l-istampar imma japplikaw għas-setturi kollha. Dawn il-kriterji jinkludu: 1. Numru ta’ impjegati; 2. Ammont ta’ valur mizjud; 3. Potenzjal ta’ esportazzjoni; 4. Element ta’ innovazzjoni 5. Ammont ta’ investiment 6. Ammont ta’ assistenza mitluba komparat mal-benefiċċju lill-ekonomija ta’ Malta. 7. Fattibilità u vijabbilità tal-progett fosthom · Analisi ta’ swieq, pjan ta’ bejgħ u strateġija · Pjan u strateġija finanzjarja · Il-kapaċitajiet tal-“promoters” fl-intrapriża · L-effett pożittiv ta’ “clustering” li l-proġett joħloq ma’ kumpaniji eżistenti Matul l-2006 il-Malta Enterprise approvat assistenza favur hames (5) intrapriżi nvoluti fil-qasam ta’ l-istampar. Żewġ talbiet oħra ghal assistenza ġew miċħuda filwaqt li talba oħra għada pendenti. Matul l-2006 il-Malta Enterprise irċeviet seba’ (7) talbiet għal assistenza u kien hemm talba oħra li kienet għada pendenti mis-sena ta’ qabel.

Fabbriki

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki joperaw f'kull wieħed miz-zoni industrijali ta' pajjiżna u kemm hemm ħaddiema f'kull zona?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ fabbriki li joperaw mill-oqsma industrijali amministrati mill-Malta Industial Parks Ltd huma dawn: Attard: 18 Bulebel: 81 Hal Far: 55 Kordin Hutment area: 16 Kordin: 76 Luqa: 110 Marsa: 92 Mosta: 22 Mriehel: 24 Ricasoli: 24 San Gwann: 66 Ta' Dbiegi: 18 Tal-Karwija: 2 Kirkop: 2 Xewkija: 39 Total: 645 Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil-Ministru konċernat.

Enemalta — Petroleum division

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi privatizzata l-petroleum division ta' l-Enemalta? Jekk fl-affermattiv, meta hu previst li ssir din il-privatizzazzjoni? L-aviation fuel se jiġi privatizzat separatament? Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Enemalta qabbdet ħaddiema barranin f'din is-sezzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tad-Drenaġġ — Promozzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid, b'riferenza għad-dipartiment tad-drenaġġ fi ħdan il-water services corporation: kemm inħarġu sejħiet għal promotions matul dawn l-aħħar 12-il xahar? kemm applikaw f'kull każ? Kemm intgħażlu persuni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kontijiet tad-Dawl u l-Ilma

Question

Jista' il-Ministru jara li jitħaffef il-proċess tal-bord ta' l-appell fuq kontjiet tad-dawl u l-ilma fil-każ ta' koppja anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li jidher li hemm xi żball fil-mod kif inħadmu l-kontiijet b'konsegwenza li hemm Lm136.63 bħala outstanding?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-każ għandu jiġi mressaq quddiem l-Advisory Board tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fl-ewwel laqgħa li jmiss. Il-konsumatur ser ikun nfurmat bid-deċiżjoni li jkun ħa l-Advisory Board.

Vetturi ġejjin minn Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex numru ta' sidien ta' vetturi kbar ġejjin minn Għawdex għal Malta l-ġimgħa l-oħra (wara xogħol fuq ġbid ta' film) intalbu sabiex jorbtu l-istess vetturi fuq il-vapur minħabba ċ-ċaqliq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hija proċedura ta' sigurta' meta, fil-maltemp u baħar imċaqlaq, il-Kaptan tal-vapur jiddeċiedi li l-vetturi kbar jintrabtu bi ktajjen, u dan biex jiġu evitati inċidenti ġewwa 'l-garage deck'.

Ħal Kirkop — Triq l-Imdina

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk id-diviżjoni tad-drenaġġ hijiex konxja li d-drenaġġ li qed jgħaddi fi Triq l-Imdina, Ħal Kirkop qiegħed jiġi mgħoddi fl-għelieqi tal-bdiewa u jekk dawn il-bdiewa jistgħux jitolbu kumpens għall-fatt li dan id-drenaġġ se jgħaddi mir-raba' privat tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li r-rotta u l-katusi li qed jitħaffru f’dawn l-għelieqi huma meħtieġa sabiex titjieb is-sistema tad-drenaġġ ta’ l-inħawi. Il-bdiewa ġew ikkonsultati fuq dan u se jieħdu kumpens mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma skond stimi li jsiru mid-Dipartiment tal-Agrikultura.

WSC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom is-servizzi ta' l-ilma u/jew tad-dawl maqtugħa għax ma ħallsux il-kontijiet dovuti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-11 ta' Awissu 2006, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kellha 315 il-servizz domestiku tad-dawl u 353 il-servizz domestiku ta' l-ilma sospiżi. L-Enemalta ma żżomx din it-tip ta' informazzjoni.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru, mingħajr ma jsemmi ismijiet, jagħti dettalji dwar l-istruttura tal-membri tas-segretarjat tiegħu, bit-titli kollha tal-karigi involuti? Jista' jindika kemm u liema minn dawn il-postijiet - inklużi ħaddiema tas-segretarjat non-klerikali - huma okkupati minn nies bil-kuntratt definit?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istruttura tal-membri tas-segretarjat tiegħi hija kif ġej u skond l’ Engagement of Staff for Ministers’ Secretariat li kienet tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra. Head Minsters’ Secretariat 1 Private Secretary to Minister 1 Assistant Private Secretary to Minister 1 Communications Co-Ordinator 1 Policy Co-Ordinator 1 Ministry Co-Ordinator 1 Secretariat Officer 5 Secretariat Pool 4 Secretariat Messanger 4 Personal Driver / Security Officer 2 Il-persuni kollha huma fuq kuntratt definit.

Rabat — Three phase ta' l-elettriku

Question

Jista' il-Ministru jara l-każ ta' bidwi part-time mir-Rabat li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jixtieq idaħħal three phase ta' l-elettriku u qed jintalab iħallas Lm2,700 għal transformer ġdid? Is-somma mitluba hija minnha u tajba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rabat — Tas-Salib - three phase electricity supply

Question

Jista' il-Ministru jara li jiġi żviluppat it-three phase electricity supply fl-area tas-Salib fir-Rabat li bħalissa qiegħda b'single phase, sabiex il-vultaġġ elettriku jissaħħaħ bħalma sar ġewwa Binġemma u Bieb ir-Ruwa peress li numru ta' bdiewa qed iħallsu mijiet ta' liri f'diesel biex iħaddmu l-generators tagħhom? Jekk fl-affermattiv, meta hemm il-ħsieb li tiddaħħal din is-sistema?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li minn stħarrig li sar riċenti f’tas-Salib limiti tar-Rabat jirriżulta li l-vultaġġ jinstab fil-limiti stabbiliti mill-Malta Standards Authority u għalhekk ma jirriżultax li hemm bzonn li jsir xi xogħol ta tisħiħ. Jekk hemm xi konsumaturi li jixtiequ jdaħħlu t-3 phase, dawn għandhom japplikaw fuq formoli apposta.