Jistgħux il-garages taħt binja Filippo Sciberras Floriana joħorġu b'tenders għall-użu ta' l-inkwilini/sidien ta' l-appartamenti fl-istess binja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-garages indikati mill-Onor. Interpellant huma meħtieġa mill-Awtorita' tad-Djar li diġa' qed tużhom bħala stores, arkivji għad-dokumenti, sala għal konferenzi u biex jiġu ppubblikati skemi kif ukoll għall-parkeġġ ta' karozzi ta' l-impjegati ta' l-Awtorita'. Għalhekk m'hemmx ħsieb li jiġi attwat is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant.
X'kien il-vot globali fis-snin 2000, 2001 u 2002 għall-budget taċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Iċ-Child Developmnet and Assessment Unit taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru għas-Saħħa, għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-persuna li isimha qed jintbagħat under separate cover għadha kif ġiet maħtura konsulenta mal-Ministeru tiegħu? X’ser ikun ix-xogħol tagħha? Kemm ser tkun mistennija taħdem sigħat fix-xahar? X’ser ikun is-salarju tagħha bħala advisor? X’perjodu ta’ żmien ikopri l-kuntratt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kuntratt fuq bażi part-time tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant bħala konsulenta dwar affarijiet tal-Komunita' Ewropeja ġie estiż għal tnax il-xahar b'effet mis-17 ta' Ottubru 2002.
Din il-persuna mistennija taħdem mill-anqas għal 30 siegħa fix-xahar u s-salarju tagħha hu ta Lm3,600 fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess din is-sena? Kemm minn dawn kienu qed jirreġistraw għax xogħol? Kemm kienu Maltin u kemm barranin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru 2002 kien hemm 1,067 persuna Maltija u 42 persuna barranija li nstabu jaħdmu mingħajr ma' kienu ssottomettew l-engagement form meħtieġa lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ. Minn dawn 252 kienu qed jirreġistraw għax-xogħol.
B'riferenza għal każ ta' għaxar nursing aides li jaħdmu fl-isptar San Vinċenz de Paule fejn kien hemm nuqqas ta' qbil dwar id-data ta' l-appointment tagħhom u issa jidher li anke d-direttur tad-dipartiment għall-anzjani rrakkomanda bidla fid-data ta' dawn l-appointments, jista' il-Viċi Prim Minaitru jgħid meta fil-fatt se jingħataw dawn l-appointments, u hux se jingħataw ukoll l-arrettrati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant għadu s-suġġett ta' diskussjonijiet bejn id-Dipartiment responsabbli u l-Management and Personnel Office.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li qed tfittex ix-xogħol tiġi eżentata mill-perijodu ta' taħriġ edukattiv ta' l-ETC minħabba li fl-eta` ta' 57 sena qed isibha ferm diffiċli biex tlaħħaq mat-tagħlim li qed tingħata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ hija obbligata li tipprovdi taħriġ lil persuni li qed ifittxu xogħol. Dan it-taħriġ jservi biex jagħmel tajjeb għal nuqqas ta' ħiliet li r-reġistrant jkun jipposjedi. Dawn il-programmi huma provduti f'diversi forom u jiġu addattati għal kull kategorija u livelli ta' edukazzjoni. Minn naħa tagħha il-Korporazzjoni tagħmel minn kollox biex il-parteċipanti jkunu jistgħu jsegwu t-taħriġ provdut. Għaldaqstant il-Korporazzjoni ma tara l-ebda skop li teżenta lil xi parteċipant milli jattendi.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija numru 36663?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li taħt iċ-Chairman preċedenti l-Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma tal-Welfare iltaqgħet 41 darba.
Minn mindu inħatar iċ-Chairman kurrenti, l-Kummissjoni għada ma ltaqatx f'laqgħa formali. Madankollu jiena nfurmat li fil-frattemp iċ- Chairman kien qiegħed jiġbor l-informazzjoni kollha dwar ix-xogħol voluminuż li sar s'issa. Barra minn dan iċ-Chairman talab biex malajr kemm jista' jkun tiġi identifikata persuna biex taqdi funzjoni ta' segretarju eżekuttiv għall-Kummissjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b'mod separat u li tieħu r-relief tal-gvern tistax tagħmel part time? Jekk iva kemm jista' jkun il-qliegħ addizzjonali skond il-liġi sabiex ma jinqatax ir-relief?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata, ġiet infurmata dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jagħti sturzzjonijiet li jiġi pproċessat il-file ta' individwu li d-dettalji qed jintbagħtu separatament u dan peress li l-istess file li jitratta t-talba tiegħu għal SA u SKA ilu shur pending bla ebda eżitu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid kemm irġiel qed jieħdu pensjoni tal-mara, wara li din ġiet nieqsa (mejta), minn mindu daħlet fis-seħħ din il-liġi sal-lum sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li n-numru ta' rġiel li qed jieħdu pensjoni tar-romol bis-saħħa tal-kontribuzzjonijiet li kienu laħqu ħallsu n-nisa rispettivi tagħhom qabel ġew nieqsa huwa dan:
1997 10
1998 12
1999 14
2000 16
2001 16
2002 20
Valletta — Kunvent ta' l-Ursolini-Stallazzjoni ta' lift
Question
It-talba tal-kunvent ta' l-Ursolini fi triq Marsamxett il-Belt għall-istallazzjoni ta' lift tista' tiġi milqugħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-iskema V ta' l-Awtorita' tad-Djar dwar installazzjoni ta' lifts tapplika biss għall-blokki ta' appartamenti propjeta' tal-Gvern. Għalhekk, it-talba li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ma tistax tiġi kkunsidrata.
B'referenza għal fatt illi f'Pembroke l-Awtorita' tad-Djar qiegħda tippjana li tinstalla solar heating panels, solar water panels kif ukoll photostatics, jista' il-Minstru jgħid kemm hu stmat li dawn ser jiswew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tkun tista tingħata biss wara li l-Awtorita' tad-Djar tkun iffinaliżżat id-dokumenti ta' l-offerti.
Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali — Talbiet għal akkomodazzjoni
Question
Jista' il-Minstru jgħid sal-lum kemm hemm pendenti mad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali talbiet għall- akkomodazzjoni alternattiva u talbiet għall akkomodazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36761 f'Seduta Numru 814.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva? Jista' jaqsamhom skond il-lokalita'? Jista' jaqsamhom ukoll skond il-formazzjoni u d-daqs tal-familja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija. Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika ta' l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dawk impjegati bħala securities f'St Vincent de Paule residence humiex meqjusa bħala impjegati closed shop? Jista' jgħid ukoll minn liema dipartiment dawn is-securities qegħdin jitħallsu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li s-Security li jaħdmu fir-Residenza ta' San Vinċenz huma mpjegati tad-Diviżjoni tas-Saħħa u jitħallsu mill-istess Diviżjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li hija separata u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li toqod f'fond rekwiżizzjonat tiġi kkonsidrata għal xi post battal tal-housing f'Ħaż Żabbar ħalli tkun qrib it-tfal tagħha minħabba r-raġunijiet mediċi on file.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena infurmat illi l-persuna ndikata m'għandha l-ebda applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk il-Housing Authority tistax tipproċessa għall-finijiet ta' sussidju fuq tiswijiet il-fond fil-Gżira li d-dettalji tiegħu qed jintbgħatu separatament.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant u l-Awtorita' tad-Djar mistennija jiffirmaw il-konvenju taħt Skema 5 fit-28 ta' Novembru 2002. Skond dan il-konvenju l-persuna ndikata tkun intitolata sa massimu ta' Lm780 bħala għajnuna biex tirrendi d-dar tagħha aktar abitabbli.