B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 27774, jista' l-Ministru jwieġeb għad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat illi minn Settembru 1998 sal-lum kien hemm 6 persuni li ġew impjegati fi gradi industrijali fl-entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru kif jidher hawn taħt:
Ministeru tas-Saħ
ħ
a
Grad
Numru ta` Impjegati
Fondazzjoni għ
as-Servizzi Mediċ
i
1998
Nil
1999
Office Assistant
1
Messenger
1
2000
Messenger
1
2001
Nil
Sptar Zammit Clapp
1998
Nil
1999
Domestic Help
3
2000
Nil
2001
Nil
Rigward il-persuni fi gradi industrijali li ġew impjegati mas-Servizz Pubbliku għall-istess perjodu nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtja mill-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27774.
Jista' l-Ministru jindika għalfejn il-mediċina 'Madopar' qiegħda tkun out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-GPS jixtri tlett dosi ta` "Madopar":
Levodopa 200mg with Benserazide 50mg
- jinstab in stokk kemm fil-GPS kif ukoll fl-ispiżerija tal-Gvern.
Levodopa 100mg with Benserazide 25mg
- jinstab in stokk fl-ispiżerija tal-Gvern wara li sar tqassim aħjar ta` stokk bejn l-ispiżeriji. Il-GPS iltaqa` ma problemi biex jixtri stokk għax ma kien hemm l-ebda offerta għat-tender. Riċentement il-GPS ikkonferma ordni li mistennija fi żmien ġimgħa.
Levedopa 50mg with Benserazide 12.5mg
- jinstab in stokk fl-ispiżeriji tal-Gvern wara li wasslet konsenja fil-11 ta` Settembru 2001. L-istokk li wasal tqassam kollu fl-ispiżeriji tal-Gvern biex jilqa` għad-domanda wara li kien hemm nuqqas temporanju ta` din id-dosa fix-xahar ta` Awissu.
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk jirriżultax li l-kwalita tat-tuffieħ li pporvda l-kuntrattur fl-Isptar San Luqa u Monte Carmeli kien inferjuri għal xi ġimgħat b' detriment li kien hemm ilmenti mill-pazjenti stess? Jekk iva, x' passi ttieħdu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li l-kwalita tat-tuffiegħ li ġie provdut fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Monte Carmeli kien inferjuri għal xi ġimgħat.
Jekk l-Onor Interpellant għandu informazzjoni mod ieħor nitolbu jaddihieli kunfidenzjalment.
Jista' l-Ministru jirriżulta għal ġimgħat twal ma kienx hemm povista ta' larinġ għall-pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli? X' miżuri u passi ttieħdu? Xi kkawża dan in-nuqqas?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li għal ġimgħat twal ma kienx hemm provvista ta` larinġ għall-pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli. Il-larinġ normalment jintuża biss fix-xitwa. Matul is-sajf il-pazjenti jingħataw frott tas-sajf bħal ma hu dulliegħ u bettiegħ. Mal-bidu tax-xitwa jerġa jibda jingħata l-larinġ bħala deżerta.
Jekk l-Onor Interpellant għandu informazzjoni mod ieħor nitolbu jaddihieli kunfidenzjalment.
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk jirriżultax li l-kwalita tal-larinġ li pporvda l-kuntrattur fl-Isptar San Luqa u Monte Carmeli kien inferjuri għal xi ġimgħat b' detriment li kien hemm ilmenti mill-pazjenti stess? Jekk iva, x' passi ttieħdu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma jirriżultax li l-kwalita tal-larinġ li ġie provdut fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Monte Carmeli kien inferjuri għal xi ġimgħat.
Jekk l-Onor Interpellant għandu informazzjoni mod ieħor jaddiehieli kunfidenzjalment.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, l-awtoritajiet, l-kummissjonijiet mwaqqfa mill-gvern? X' inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba hi skond kif ġej:
STATUTORY BOARDS AND COMMITTEES
MALES
FEMALES
Council of Health
11
1
Medical Council
13
0
Pharmacy Board
10
7
Nursing & Midwifery Board
12
4
Board for the Professions Supplementary to Medicines
7
4
Hospital Management Committee - St. Luke's Hospital
6
4
General Services Board
8
2
Mental Health Review Tribunal
4
2
Burials Board
2
1
Clean Air Board
5
2
Ta` Braxia Committee
3
1
Committee on Smoking and Health
5
5
Foundation for Medical Services
7
1
Zammit Clapp Hospital Management Committee
6
0
Hospital Management Team - MCH
8
2
Sexually Transmitted Infections Preventions Committee
3
3
National Steering Committee on Diabetes
10
4
Bioethics Consultative Committee
7
5
National Commission for Mental Health
8
10
TOTAL
135
58
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-riżultati tac-child carers ħarġux? Jekk iva kemm intagħżlu u kemm applikaw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riżultat ta` l-eżami tal-Care Workers ġie ppublikat. Kien hemm 295 (mitejn u ħamsa u disgħin) applikanti, li minnhom għaddew 129 (mija u disa u għoxrin).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu fl-Isptar San Luqa kawża ta' food poisoning matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena? X'passi ttieħdu mid-Dipartiment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis in-numru ta` pazjenti li ġew ammessi fl-Isptar San Luqa minħabba "food poisoning" minn 1996 sa 2000 jidhru hawn taħt. Fit-terminu "food poisoning" huma inklużi wkoll infezzjonijiet tas-sistema gastroenteroloġika kkawżati minn viruses li jistgħu jkunu trasmessi mill-ikel (ICD-9 codes: 001 009 u 988, ICD-10 codes A00-A09 u T61-T62).
Sena
Numru
1996
14
1997
12
1998
15
1999
34
2000
17
Jista' l-Ministru jara x'passi jistgħu jittieħdu sabiex Triq Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq ma tibqax infestata bil-ġrieden?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jien infurmat li ħaddiema mis-sezzjoni tal-'Pest Control' ta` l-istess Dipartiment għamlu trattament intensiv ta` tqegħid ta` velenu fit-triq indikata, illum 4 ta` Ottubru 2001. Matul din is-sena ma ġie rrapurtat l-ebda lment ieħor simili minn din it-triq.
Il-problema ser tibqa` tiġi segwita sakemm l-infestazzjoni ta` ġrieden tiġi kkontrollata.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex care workers li jaħdmu mal-Gvern qed jiġu mġiegħela jħallsu għat-tilqim tal-Hepitithis meta qed jaħdmu f' ambjent ta' riskju?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat illi d-Diviżjoni tas-Saħħa tipprovdi t-tilqim kontra l-Hepatite B b'xejn għal dawk il-membri tal-professjoni medika, infermiera, qwiebel u membri tal-professjonijiet relatati li għandhom xi jaqsmu direttament fil-kura tal-pazjenti. Dawn jinkludu care workers, nursing aides, health assistants u cleaners li jaħdmu fl-ambjent ta` l-isptarijiet akuti fejn jista` jkun hemm ċertu riskju.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tinkoraġġixxi sabiex jitlaqqmu kontra il-Hepatite B il-care workers jew cleaners kollha li jaħdmu ma` l-anzjani (fejn ir-riskju huma ferm iżgħar), iżda bħal fil-każ tal-pulizija, l-armata, tal-refuse, tal-ħabs, is-social workers, etc, dan għandu isir bil-ħabs mid-dipartiment rispettiv tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti fl-aħħar sentejn ġie rifjutat lilhom it-trasport mid-dar għas-social centre fl-isptar Monte Carmeli?
Jekk fl-affermativ, jista' l-Ministru jgħid f'kull każ x'kienet ir-raġuni? X'passi qed jittieħdu biex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata u dawn il-pażjenti jerġgħu jibdew jingħataw dan is-servizz bħal qabel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-Isptar Monte Carmeli qatt ma eżista servizz għall-pazjenti biex dawn jiġu trasportati mid-dar tagħhom għas-Social Centre ta` dan l-isptar.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti, t-tobba u l-persuni tekniċi li wettqu d-diagnostic and titration sleep studies lil 15-il pazjent li ntbagħtu jagħmlu dawn it-testijiet fis-sena 2001, skond ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 28282?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li s-servizz kien mogħti fil-privat ma nħossx li hija etika li nsemmi l-ismijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu l-isptar kawża ta' overdose u xorb eċċessiv matul Jannar u Awissu ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu taħt il-35 sena u kemm taħt is-16 il-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar sa Ġunju 2001 ġew ammessi fl-Isptar San Luqa 96 każ ta` "overdose" u 32 każ ta` xorb eċċessiv. Dawn kienu mqassmin skond il-kategoriji li jidhru hawn taħt:
It-terminu "overdose" jinkludi dawn it-tliet kategoriji:
Kategorija A: Avvelenament inċidentali ikkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40-X44).
Kategorija B: Attentat ta` suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64).
Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10-Y14).
Sena
Kategorija
Numru
Inqas minn 35 sena
Inqas minn 16-il sena
Jan-Ġun 2001
A
24
24
24
B
0
0
0
C
72
39
1
Total
96
63
25
It-tagħrif dwar in-numru ta` pazjenti li ġew ammessi minħabba f'xorb eċċessiv fl-Isptar San Luqa jidher hawn taħt. Il-każijiet jitqassmu f'żewġ kategoriji:
Kategorija A: Sindromu ta` dipendenza fuq l-alkohol jew intossikazzjoni ikkawżata mill-alkohol (ICD-10 code F10.0-F10.9).
Kategorija B: Mard tal-fwied attribwit għall-alkohol (ICD-10 code K70).
Sena
Kategorija
Numru
Inqas minn 35 sena
Inqas minn 16-il sena
Jan-Ġun 2001
A
25
3
1
B
7
0
0
Total
32
3
1
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni morda bl-AIDS is-sena l-oħra u matul din is-sena? Kemm saru testijiet tal-HIV minn Jannar sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat illi matul is-sena 2000 mietet persuna waħda kaġun ta` l-AIDS. Matul din is-sena (2001), sal-lum, ma kellna l-ebda mewt kkaġunat mill-AIDS.
Mill-1 ta` Jannar 2001 sal-31 ta` Awissu 2001 saru 3561 test għall-HIV.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28025?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Matul l-2001 tħallsu LM5400 lil St. James' Hospital, Zabbar sabiex setgħu isiru 15-il test urġenti magħrufa bħala "diagnostic and titration sleep studies".
Jista' l-Ministru jara li jsir spezzjoni ta' l-ilma lill-households ta' Fuq Verdala, Bormla peress li l-ilma ta' dawn ir-residenti għandu rieħa stramba?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li nvestigazzjonijiet neċessarji fuq l-ilma ta` l-area ndikata saru fit-28 ta` Settembru 2001.
Infurmat li ma` kien hemm l-ebda lment irrapurtat lil dan id-Dipartiment dwar riħa ġol-ilma fl-area ndikata. Ninforma ukoll li l-kampjuni 'rutina' ta` l-ilma li jittieħdu minn uffiċjali ta` l-istess Dipartiment minn dan id-distrett, ħarġu tajbin.
Id-Dipartiment ikun grat jekk l-onorevoli Interpellant tista` tagħti aktar informazzjoni fuq l-indirizzi tad-djar speċifiċi.
Jista' l-Ministru jara li kartuna tas-Shedule V ta' anzjan li l-partikularijiet tiegħu jidhru separatament minn din il-mistoqsija titmexxa mill-aktar fiss peress li għadu ma rċieva xejn u qiegħed jkollu problema dwar dawn il-pilloli? Jista' dan l-anzjan jiġi infurmat bl-aħħar żvillupi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba hija ta` natura personali għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx obbligu fuq tobba, dentisti eċċ li jżommu reġistri b' dettalji ta' mard ta' kull pazjent tagħhom? Japprezza li dawn jistgħu jkunu utili f' każ ta' xi inċident serju jew f' xi omiċidju?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Filwaqt li ma hemmx l-ebda liġi li tobbliga professjonisti li jżommu reġistri jew notamenti dwar il-pazjenti tagħhom, din illum hja kkunsidrata bħala prassi stabbilita fil-professjonijiet kollha.