MFSC — Funzjonijiet ta' Superviżjoni - Regolatorji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandu data indikattiva ta' meta biħsiebu jgħaddi il-funzjonijiet ta' superviżjoni u dawk regolatorji lill-MFSC?
Għandu xi żmien transitorju f'moħħu? Dan ser jeffettwa l-complement ta' nies jaħdmu mal-Bank Ċentrali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u r-risposta ser tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kif il-Gvern beħsiebu jattwa is-suġġeriment tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali biex jkun hemm ftehim ċar dwar modalitajiet ta' ko-operazzjoni bejn il-Bank Ċentrali, l-MFSC u l-Borża ta' Malta u l-Ministru tal-Finanzi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-erbgha istituzzjonijiet msemmija ghandhom jiltaqghu sabiex jiddeciedu dwar it-tishih tal-kooperazzjoni bejniethom bil-ghan li tkun mharsa bl-ahjar mod l-istabbilita' finanzjarja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru set-offs mid-dipartiment tat-taxxi sena b'sena mill-1998 'l hawn ma' taxpayers li jagħtu lill-gvern iżda li fl-istess waqt kienu għadhom qed jistennew ħlasijiet mill-gvern lilhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda tingabar u ser tinghata f'xi seduta ohra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk dak li hemm f'paġna 17 tal-guidelines tal-fringe benefits dwar scholarships, ifisser li jekk il-gvern bħala employer jibgħat lill xi ħaddiem minn tiegħu għal scholarship dan jkun jammonta għall-fringe benefit taxxabli?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li jekk il-Gvern, jew kwalunkwe ‘employer’, jibghat lil xi haddiem minn tieghu ghal ‘scholarship’ ghal finijiet ta’ ‘training’ konness max-xoghol tieghu, dan ma jikkostitwixxix ‘fringe benefit’.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskors dwar Exchange Rate Policy Option in a Pre-Accession Scenario li il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali għadu kif għamel fil-14th Annual European Finance Convention li saret Pariġi nhar il-Ġimgħa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li meta l-Bank Centrali bhala istituzzjoni awtonoma jhoss il-htiega li jikkomunika xi informazzjoni ta' interess pubbliku, dan jaghmlu permezz tal-publikazzjonijiet tieghu u tal-website tal-Bank. Jien ninsab informat li dan il-kriterju japplika wkoll ghad-diskorsi tal-Gvernatur tal-Bank.
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-1995 sal-lum kemm kienu jammontaw: (a) id-depożiti fissi; (b) kontijiet ta' tifdil; u (c) kontijiet kurrenti f'pajjiżna?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda tingabar u r-risposta ser tinghata f'xi seduta ohra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iħossx li għandu jsir studju tekniku u indipendenti dwar l-impatt li sħubija sħiħa fl-UE jista' jkollha fuq is-settur finanzjarju f'pajjiżna?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema taghna hi diga hafna qrib ta' dik ta' l-Ewropa. Ghalhekk is-shubija taghna tnehhi r-restrizjonijiet li jezistu llum fuq l-operazjoni ta' enti finanzjarji li jahdmu minn Malta. L-indikazzjonijiet huma illi dan is-settur ghandu jifjorixxi bid-dhul eventwali ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jikkonsidra li fil-lotterija li titla' kull xahar minn dawk il-fiscal receipts li jirċievi id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku mingħand il-pubbliku, ikun hemm xi forma ta' inċentiv fl-istess lotterija għar-Retail Outlets li jkun ħareġ l-istess irċevuta?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma nħossx li tkun ħaġa xierqa li jingħata xi forma ta’ inċentiv lill-operaturi tan-negozju li huma stess huma obbligati skond l-Att ta’ l-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud li joħorġu irċevuta fiskali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-ex-servicemen mhux se jieħdu ż-żieda ta' Lm1.50 mħabbra mill-gvern fl-aħħar budget?
Il-pensjonanti bl-eta' se jeħduha din iż-żieda?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba l-fatt li d-Dipartiment tat-Teżor ma jagħtix iż-żidiet għall-għoli tal-ħajja, nitlob lill-Onorevoli Membru li jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT?
Jista' jaqsamhom skond il-kategorija ta' xogħol?
Jista' jgħid ukoll kemm hemm, jekk jeżistu, persuni li għandhom aktar minn reġistrazzjoni waħda?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf l-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' persuni attivi registrati mad-Dipartiment tal-VAT ghall-fini ta' l-Att ta' l-1998 dwar it-Taxxa Fuq il-Valur Mizjud skond il-kategorija ta' l-attivita' ekonomika taghhom hu kif jidhru fid-Dokument li qed inqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Safejn hu maghruf, kull persuna jew entita' ghandha biss numru ta' registrazzjoni wiehed.
Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament wara li ħallset madwar Lm1,000 f'taxxi, reġgħet ġiet mitluba tħallas aktar taxxi mid-Dipartiment tat-Taxxi?
Jista' jara li jiġi mistħarreġ mill-ġdid dan il-file sabiex jiġu riveduti l-pagamenti żejda li setgħu saru?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista jmur it-Taxpayer Service u jkun jista’ jinqeda minn hemmhekk.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma n-numru ta' oġġezzjonijiet li saru lid-Dipartiment tat-Taxxi bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?
Kemm minnhom saru minn ħaddiema tal-pagi u self-employed separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-total ta’ oġġezzjonijiet kontra stimi ta’ taxxa dwar is-snin ta’ stima sas-sena ta’ stima 1998 magħmulin minn Jannar sa Ottubru 2000 kien 4,820. Minn dawn 4,324 saru minn individwi filwaqt li 496 saru minn kumpaniji.
Ma teżisti l-ebda statistika li tiddistingwi bejn oġġezzjonijiet magħmulin minn ħaddiema impjegati u minn ħaddiema self-employed.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont totali li se jitħallsu lill-għalliema tal-gvern meta jingħataw l-20% żieda fl-1 ta' Jannar, 2001? Kemm hu provdut għal dan l-iskop għall-għalliema ta' l-iskejjel tal-Knisja? F'kull każ kull għalliem se jingħata żieda ta' 20% jew se tingħata xi forma pro-rata? Iż-żieda titħallas fuq is-salarju annwali ta' kull għalliem?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill Onorevoli Interpellant li il-fondi neċessarji biex jitħallsu l-għalliema s-sena d-dieħla huma pprovduti taħt il-Vot Rikurrent Nru 18. L-ammont ġlobali bħala paġi u salarji hu ta' Lm35.4 miljuni kontra l-ammont għal din is-sena ta' Lm28.5 miljuni.
Il-fondi neċessarji għall-għalliema ta' l-iskejjel tal-Knisja huma pprovduti taħt item 5024 fil-Vot Rikurrenti Nru 17. L-ammont għas-sena d-dieħla hu ta' Lm9 miljuni kontra l-ammont rivedut għal din is-sena ta' Lm8 miljuni.
Il-paġa l-ġdida ta' l-għalliema hi kif tidher f'pagna 404 ta' l-Estimi Finanzjarji għall-2001 taħt skala 9.
Jista' l-Ministru jara jistax issir xi ħaġa sabiex fil-każ ta' persuni separati li jħallsu manteniment lill-mara wara deċiżjoni mill-qorti, jiġi kkalkulat il-ħlas tal-manteniment qabel jiġu ntaxxati?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-formola tat-taxxa u “self-assessment” tipprovdi fejn persuna separata tkun tista’ titlob tnaqqis fil-kaz li tkun hallset ghall-manteniment tal-konjugi. L-Onor. Interpellant jista’ jaqra l-ktejjeb ta’ taghrif li jintbaghat mal-formola lil kull taxpayer.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' oġġezzjonijiet li għandu pendenti d-dipartiment tat-taxxi interni fil-preżent?
Kemm minnhom saru minn ħaddiema bil-pagi u kemm saru min self-employed?
Kemm huma l-ammonti f'ċifra ta' flus separatament taż-żewġ kategoriji li qed jitlob li jiġu eżentati li jħallsu lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ oġġezzjonijiet li għandu pendenti d-Dipartiment tat-Taxxi Interni fil-preżent huwa 52,464. In-numru ta’ oġġezzjonijiet pendenti minn individwi jammonta għal 44,505 filwaqt li dak minn kumpaniji huwa 7,959.
Ma teżisti l-ebda statistika li tiddisdingwi bejn in-numru ta’ oġġezzjonijiet magħmulin minn ħaddiema impjegati u minn ħaddiema self-employed. Lanqas ma teżisti statistika li turi totali separati ta’ taxxa li hija in kwistjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk b'effett tal-miżuri tal-budget, u cioe' ż-żieda fid-dazju fuq is-sigaretti u t-tabakk, is-sigaretti u t-tabakk impurtat huwiex se jgħola bir-rata biss kif imħabbra fil-budget?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill Onorevoli Interpellant li fil-kaz ta' sigaretti maħduma lokalment, il-prezz għall-konsumatur hu magħruf u stabbilit u d-dażju li qed jitħallas jirrifletti dak li hemm fl-Abbozz ta' Liġi.
Il-prezz bl-imnut tas-sigaretti impurtati jistabbilixxih l-impurtatur wara li jieħu in kunsiderazzjoni l-ispejjeż u t-taxxi inkluz f'dal-kaz id-dazju tas-sisa li jrid jit]allas a bazi tal-prezz bl-imnut li jkun wasal għalih hu.
Dwar tabakk wieħed jista' jgħid ukoll li huwa l-impurtatur li jrid jidditermina jekk ikunx hemm bżonn ta' ċaqliq fil-prezz għall-konsumatur.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu jew le li l-ħaddiema nvoluti fil-preparazzjoni tal-budget ġew ipprovduti bl-ikel u x-xorb għas-spejjeż tal-Ministeru tal-Finanzi? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm-il darba dan sar matul il-ġurnata u għal kemm ġranet? Jista' jgħid ukoll kemm laħqet l-ispiża ta' dan kollu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill Onorevoli Interpellant li ma nħosx li għandi nirispondi mistoqsijiet frivoli bħal dawn.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-okkażjoni li għaliha ġie organizzat il-festin li sar mill-Ministeru tal-Finanzi nhar il-Ġimgħa 24 ta' Novembru, 2000? Jista' jgħid kemm kien jammontaw il-mestidnin u r-raġuni li għalih ġew mistiedna? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm laħqet b'kollox l-ispiża ta' dan ir-riċeviment u fiex kienet tikkonsisti? Jista' jgħid mingħand min saru l-ordnijiet ta' l-ikel u xorb u affarijet oħra u sarux b'direct order jew jinġabrux quotations?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill Onorevoli Interpellant li dan hu x'isir kull sena għal dawn l-aħħar ħmistax il-sena bħala rikonaxxciment għal kull min ikkontribuixxu fil-proċess tal-Budget.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' ċittadini reġistrati ma' l-Inland Revenue li ħalsu l-NI (National Insurance Contribution) bejn l-1999 u sena 2000, sena b'sena bħala ħaddiema u bħala self-employed?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ ċittadini rreġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni li ħallsu s-Social Security Contributions huwa kif ġej:
Impjegati
:
1999 : 135,886
2000 : L-informazzjoni tasal fi Frar 2001 meta jintbagħtu d-dokumenti tal-FSS.
Self-employed
jew
Self-occupied:
1999 : 18,904
2000 : 18,634
Nota: Fil-każ tas-
self employed
, in-numru rreġistrat mad-Dipartment jinġabar matul is-sena mal-ħlas tal-
Provisional Tax.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sussidju li ħallas il-gvern lill-korporazzjonijiet pubbliċi u entrapriżi oħra din is-sena?
Kemm hu dan l-ammont f'perċentaġġ mal-GDP?
Kemm kien l-ammont fis-sentejn ta' qabel?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni kollha li qiegħed jitlob hi ppubblikata.