Legislature:
Category:
Reset
Active:

Manutenzjoni ta' Saqaf

Question

B'riferenza għall-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u għall-fatt li saqaf ta' l-imsemmi fond huwa perikoluż, tista' il-Ministru tirrimedja tali manutenzjoni meħtieġa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li m'hemm ebda talba quddiem id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar dwar l-ilment li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. B'dankollu rreferejt il-każ lill-imsemmi Dipartiment biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Awtorita' tad-Djar — Skemi

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema huma l-iskemi u l-inizjattivi li twaqqfu mill-Awtorita' tad-Djar fis-snin 2005 u 2006?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' tad-Djar ma waqfet l-ebda skema jew inizjattivi matul is-sena 2005 - 2006.

Awtorita' tad-Djar

Question

B'riferenza għal dak li qalet il-Ministru li kien hemm xi ħadd li kera lill-awtorita' tad-djar, tista' ġentilment tpoġġi kopja tal-ftehim li sar bejn l-awtorita' tad-djar u s-sid ta' din il-binja li qed jikri biex l-awtorita' tad-djar talloka għall-benefiċjarji ta' l-istess awtorita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kuntratt li rrefera għalih l-Onor. Interpellant.

Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga jekk il-persuna mill-Imsida li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, huwiex jirċievi l-pensjoni skond l-entitlement tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ tal-persuna ndikata minnu ma jistax jiġi nvestigat minħabba li m'għandniex dettalji biżżejjed.

B'Kara — Wheelchairs

Question

Tista' il-Ministru tara li ssir rampa tal-wheelchairs quddiem Block D, Binja tat-Torri tal-Qattus, B'Kara u dan peress li hemm residenti li għandhom ħtieġa tagħha b'mod immedjat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Enemalta/Malta Electricity — Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal ir-riaġġustament tal-pensjoni ta' l-ex-ħaddiema ta' l-Enemalta u ta' l-ex Malta Electricity Board?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali ta' l-ex ħaddiema ta' l-Enemalta u l-Malta Electricity Board, huma aġġustati sal-2005, skond l-aħħar ftehim kollettiv li kien ikopri mill-2002 sal-2005.

Karta r-Roża

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament inqatgħatilha l-entitlement għall-karta r-roża?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Imsida — Każ dwar Garage

Question

Billi fond fl-Imsida li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament se jittieħed mingħand il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kien jużah bħala store għall-ispare parts tal-garage tiegħu fil-Gżira stess, tista' il-Ministru tgħid jekk hux se jingħata xi kumpens għal dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Awtorita' tad-Djar toffri post alternattiv lir-residenti ta' djar kif ukoll ħanut alternattiv lil min l-għajxien tiegħu jkun jiddependi mill-ħanut fejn dawn ikunu milquta minn proġett ta' twaqqiegħ ta' bini. Dan ma japplikax fil-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmata li din il-persuna ġiet infurmata b'dan f'laqgħa li kellha mal-Panel ta' l-Urban Renewal.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha żmien titlob biex il-gvern jipprovdilha post peress li dak li għandha hu bit-taraġ u hi għandha problemi tal-qalb?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.

Children's allowance

Question

Tista' il-Ministru tara għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mara separata ilha ma tirċievi children allowance għal dawn l-aħħar sitt xhur? Tista' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Awtorita' tad-Djar — Care and repair

Question

Tista' il-Ministru tara li l-persuni li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li jgħixu f'post tal-gvern f'Bormla jibbenefikaw mill-iskema care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Talba għal post tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, separat Bormliż jibbenefika minn post tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.

Arretrati tal-pensjoni

Question

Peress li ftit ilu il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, ingħatat arretrati għall-pensjoni għall-perijodu 1/1/2005 sat-8/9/2006, tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex dan is-sussidju ma nħadimx sa minn meta rtira mix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex waslet it-talba għar-rikonoxximent tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-talba tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.

Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tara li persuna Bormliża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hi single parent u ma taħdimx u tgħix f'post ikkundannat u sub-standard, tingħata post alternattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn simili. Ninsab infurmata wkoll li, skond l-ispetturi ta' l-Awtorita' tad-Djar, id-dar preżenti fejn tgħix din il-persuna la hi kkundannata u lanqas hemm periklu.

Care and repair

Question

Tista' il-Ministru tara li persuna Bormliża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandha diżabilita' tibbenefika mill-iskema care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Immigranti Illegali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21865, tista' il-Ministru tikkonferma li s-somma ta' Lm62,000 fix-xahar huma fondi totalment minfuqa minn finanzi pubbliċi ta' Malta u mhux mill-ERF u l-programm EQUAL?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li s-somma ta' Lm62,000 fix-xahar tinkludi l-ispejjeż rikorrenti għat-tmexxija ta' l-Open Centres inkluż dak tal-Marsa, li dwaru hemm il-proġett approvat mill-ERF għas-somma ta' madwar nofs miljun Euro. Din is-somma tiġi rifuża lill-Gvern Malti wara li jsir l-awditjar meħtieġ.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Safar

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Immigranti Illegali

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20991, tista' il-Ministru tgħid kemm mis-somma ta' Lm62,000 fix-xahar hi ssussidjata mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-fondi mill-Unjoni Ewropeja huma marbutin ma' proġetti speċifiċi. Ninsab infurmata li fil-qasam ta' l-immigranti rregolari, il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli, din is-sena, kellu proġetti approvati għas-somma totali ta' Lm225,300, jew ftit aktar minn nofs miljun Euro mill-European Refugee Fund (ERF) u l-programm EQUAL taħt il-Fond Soċjali Ewropew.