Jista' l-Ministru jara li jsir x-xogħol neċessarju ħalli l-air conditioners imwaħħlin mal-ħajt ta' barra tal-Qorti fuq Triq id-Dejqa ma jitħallewx iqattru l-ilma ta' condensation fuq in-nies kollha li jkunu għaddejjin fit-triq taħthom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ġbit l-attenzjoni tal-amministrazzjoni tal-Qorti biex x-xoghol imsemmi mill-Onor. membru jsir mill aktar fis possibli.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward fiex waslet l-investigazzjoni u jekk jirriżulta x'kien l-eżitu, dwar rapport li żewġ bankijiet pubbliċi proprjeta' tal-Kunsilli Lokali, Żejtun ġew irrapportati nieqsa mill-pjazza ta' biswit il-knisja?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jaġixxi skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 10458 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u cioe': tista' jara li jiġi mnaddaf il-ġnien li hemm fil-ġemb ta' Garden Road, Żabbar, peress li mimlija ħmieġ u qed ikun ta' perikolu għal pedestrians minħabba l-ġrieden li hemm? X'inhu jsir biex ma jsirux abbużi fil-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kunsill lokali hawn f'Malta u f'Għawdex?
Kemm-il kunsillier hawn f'Malta u f'Għawdex?
Kemm tqassmu flus globalment lill-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex, kemm ilhom jeżistu, biex jintnefqu fil-lokalitajiet tagħhom?
Kemm kien naqqas flus lill-kunsilli lokali l-gvern preċedenti Laburista u kemm reġgħu żdiedu taħt din l-amministrazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
In-numru ta` Kunsillli f`Malta huwa ta` tlieta u ħamsin (53) li jinkorporaw 355 kunsillier waqt li f`Ghawdex hemm erbatax (14) b`72-il kunsillier.
Minn mindu twaqqfu, fl-1994, il-Kunsilli Lokali nghataw Lm48,142,263 f`allokazzjoni skond il-formola u bħala fondi speċjali.
Fil-Budget ghas-sena 1997 il-Gvern preċedenti kien ivvota l-ammont ta` 6.25 miljun liri maltin bħala allokazzjoni skond il-formola. Dan kien ifisser tnaqqis ta` miljun lira fuq is-sena ta` qabel. Ghal budget tas-sena 1998, il-Gvern preċedenti kien reġa naqqas l-allokazzjoni b`LM419,000 meta vvota is-somma ta` Lm5,831,000.
Taħt din l-amministrazzjoni, l-allokazzjoni tal-Kunsilli Lokali reġghet żdiedet. Fil-fatt ghal budget ta` din is-sena, 1999, il-Gvern alloka is-somma ta` Lm6.5 miljun - żieda ta` Lm669,000.
L-ammonti vvotati bħala fondi speċjali mill-1996 l`hawn baqghu dejjem l-istess - Lm2.5 miljun.
Billi issa l-gvern għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-liġijiet ta' Malta fuq is-CD-ROM u billi kull membru huwa mitlub li jistudja, jemenda u jiddiskuti l-liġijiet u l-emendi tagħhom, jista' l-Ministru jara li l-membri kollha ikollhom kopja ta' din is-CD-ROM?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress illi l-produzzjoni tac-CD ROM tinvolvi spiza ghall-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali jidhirli li l-mod korrett kif wieħed jimxi hu li dan is-servizz jinghata mill-Kamra tad-Deputati bħala servizzi oħra moghtija lill-membri kollha.
San Pawl il-Baħar — Reklutaġġ għas-support services
Question
Jista' l-Ministru jivverifika jekk fir-reklutaġġ għall-persuni għas-support services tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ġewx segwiti l-proċeduri legali kollha inkluż avviżi pubbliċi u proċeduri trasparenti simili?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skond kopja tal-minuti li ghad iridu jiġu approvati fil-laqgha li jmiss, is-servizz tas-Support Service Clerk fil-Kunsill Lokali ta` San Pawl il-Baħar u l-proċeduri legali rikjesti ġew segwiti.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx il-ħsieb li l-Imtarfa tinqata minn mar-Rabat u jkollha l-kunsill lokali tagħha? Jekk fl-affermattiv meta hu ppjanat li jsir dan?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi ghall-White Paper pubblikata f`Ġunju 1999.
Jista' l-Ministru jivverifika jekk fil-proċess biex jinkera bini għal Day Centre ta' l-anzjani, l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar mexiex kif suppost jew jekk ippermettiex lill-viċi sindku li tefa' offerta għall-kiri u xorta ħa sehem attiv iżur u jassessja l-bini ta' kompetituri oħra li tefgħu l-offerta wkoll?
Response (GATT, AUSTIN)
Rigward il-kirja tal-bini ghal Day Centre ta` l-anzjani mill-Kunsill Lokali ta` San Pawl il-Baħar, ninsab infurmat mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali li kull offerta kienet miftuħa ghall-pubbliku kollu u ghaldaqstant il-Viċi Sindku kellu kull dritt iżur il-postijiet kif kellu d-dritt kull min tefa` l-offerta.
Il-Viċi Sindku ma ħax parti attiva fid-diskussjoni dwar l-istess kirja.
Irrid inżid illi fil-White Paper dwar il-Kunsill Lokali il-Gvern ghamel proposta li kunnsilliera jiġu eskluzi milli jaghmlu offerti ghal `tenders` maħruġa mill-Kunsill Lokali li taghhom huma kunsilliera.
Jista' l-Ministru jieħu ħsieb jagħti d-direzzjonijiet neċessarji sabiex l-ħġieġ li ġie ordnat sabiex jiġi nstallat fil-qorti u li għal xi raġuni ma twaħħalx, jitneħħa minn ġewwa t-turġien u kurituri billi huma issa ta' periklu għal pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-ħġieġ li ghalih qed jaghmel referenza l-Onorevoli interpellant huwa ta` twieqi ta` sezzjoni li riedu li jitneħħa minħabba li kien qed jikkawza nuqqas ta` arja. Wara li ġiet rizolta problema ta` ħlas bejn il-kumpanija li kienet qed taghmel dan ix-xoghol u l-konsorzju inkarigat mill-proġett ta` l-Embassy, dan il-ħġieg fil-fatt sa llum tneħħa.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn bankina fi Triq Kottonera, Birgu nqalgħet tlett xhur ilu u sal-lum għadha maqlugħa u mkissra? Jaf il-Ministru li f'din it-triq hemm ħafna residenti anzjani, u allura hi perikoluża għalihom barra l-fatt li hemm ukoll skola fl-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob l-Onorevoli Membru jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat peress illi t-triq li ghaliha qed jirreferi hi triq arterja.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-dmirijiet ta' l-imħallfin u meta dawn ġew fis-seħħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qieghed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra skeda tad-dmirijiet tal-Imħalfin, kif korrentement imqassmin, li ġiet approvata mill-E.T. il-President skond il-legislazzjoni relattiva.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-dmirijiet tal-maġistrati u meta dawn ġew fis-seħħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qieghed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda tad-dmirijiet tal-Magistrati, kif korrentement imqassmin, li ġiet approvata mill-E.T. il-President skond il-legislazzjoni relattiva.
Jista' l-Ministru jieħu in konsiderazzjoni s-suġġeriment li l-bini tal-Qrati tal-Ġustizzja jiġi dikjarat kollu kemm huwa bħala żona fejn m'għandux isir tipjip?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-suggeriment tal-Onor. Interpellant ġie notat u jittiehed in konsiderazzjoni.
Jista' l-Ministru jieħu ħsieb jagħti d-direzzjonijiet neċessarji sabiex l-faċilitajiet sanitarji ġewwa l-Qrati tagħna jinbidlu kompletament billi jagħtu l-apparenza ta' abbandun?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li t-tlett public conveniences li hemm fil-bini tal-Qrati, kienu nbidlu ftit tas-snin ilu u ma jidhirx li huma fi stat ta` abbandun kif qed jiġi allegat.
Infurmat ukoll illi t-tindif ta` dawn il-public conveniences isir minn darbtejn sa tlett darbiet kuljum pero jirrizulta wkoll illi l-pubbliku li juza dan il-lok qieghed ta` spiss iwaddab kull xorta ta` karti u loqom tas-sigaretti li qed jikkawza sadd fid-drain, partikolarment fil-`urinals`.
Nixtieq inzid ukoll illi xhur ilu tlabt id-direzzjoni tal-Qorti biex tigi infassla `cleaning plan` professjonali u ċert li l-kumment tal-Onor. Interpellant jittieħed in konsiderazzjoni meta dan isir.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra iċ-ċirkolarijiet kollha mibgħuta lill-kunsilli lokali mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, jew dipartimenti governattivi jew enti pubbliċi oħra matul l-1999?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra iċ-ċirkularijiet kollha li ntbaghtu lill-Kunsilli Lokali mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali matul l-1999.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-assessments tal-performance bonus li ġew mgħoddija mill-kunsilli lokali lis-segretarji u skrivani għas-sena 1998/99?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Peress li fil-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta' Awissu ngħatat il-lista tal-ġurati, jista' l-Ministru jgħid kif inhu possibbli li jidhru kważi l-impjegati kollha tal-Bank of Valleta fil-lista? Kif jiġi deċiż min jiddaħħal fil-lista tal-ġurati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li huwa l-Bord tal-Ġurati li kull sena japprova numru ta` ismijiet ta` persuni li fl-opinjoni taghhom ikunu tajbin biex iservu ta` ġurati fil-Qorti Kriminali. Dan il-Bord huwa kompost minn żewġ Maġistrati, l-Kummissarju tal-Pulizija u r-Reġistratur tal-Qorti jiltaqa` ghal dan il-ghan f`Awwissu ta` kull sena, skond kif provdut bid-dettal fl-Artikolu 605 tal-Kodiċi Kriminali.