Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-gvern jagħti t-trasport ta' l-istudenti b'direct order dejjem lill-istess tliet għaqdiet bil-konsegwenza li min mhux membru ta' waħda minn dawn l-għaqdiet, ma jingħatax imqar vjaġġ wieħed?
Għaliex il-gvern qed iħalli l-monopolju f'idejn dawn it-tliet għaqdiet bil-konsegwenza li dawn jaqsmu l-vjaġġi bejn il-membri tagħhom biss?
X'inhi r-raġuni li dawn il-vjaġġi ma jinqasmux bejn kulħadd jew ta' l-anqas jinħarġu b'tender minflok ix-xogħol jingħata b'direct order?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li issa għal ħafna snin t-trasport tat-tfal fl-iskejjel statali jsir mit-tlett għaqdiet tat-trasport li huma l-Għaqda tal-Mini Buses, 'Unsheduled Bus Service' u l-Għaqda Għat-Trasport Pubbliku.
Informat ukoll li dawn it-tlett għaqdiet/assoċazzjonijiet għandhom ftehim mal-gvern li jagħlaq fis-sena 2010.
Jista' il-Ministru jgħid għalfejn dawk l-istudenti fl-MCAST li għażlu kors tad-diploma u ġew mis-Sixth Form jew għandhom l-'A' levels mhumiex qegħdin jingħataw l-istipendju tal-MCAST?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija dwar is-suġġett imqanqal fil-Mistoqsija.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22623 u r-risposta relattiva fejn qed jissemma l-Avviż Legali pero' mhux jiġi speċifikat liema huma, peress li dawn l-istudenti xorta għandhom spejjeż in konnessjoni ma' l-istudji tagħhom, jista' il-Ministru jgħid x'għajnuna qed jagħti l-gvern lil dawn l-istudenti biex jinkoraġġihom ikomplu jistudjaw speċjalment lill-istudenti Għawdxin li għandhom diversi spejjeż addizzjonali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-SMGB ma tagħmilx distinzjoni bejn studenti Maltin u Għawdxin. Pero l-istudenti Għawdxin jirċievu allowance żejjed biex tagħmel tajjeb għal spejjeż ta' vjaġġar u akkomodazzjoni u li hi amministrata mill-Ministeru għal Għawdex. (Referenza ta' l-Avviż Legali - LN372/05 Artiklu 12)
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22782, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm applikanti għal postijiet vakanti ta' second secretaries fil-Malta Diplomatic Service? Kemm hemm postijiet vakanti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' applikanti għall-eżami tas-Second Secretaries fil-Ministeru tal-Affarijiet Baaranin huwa ta' 87.
Dwar in-numru ta' postijiet vakanti għal dan il-post nitlob l-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jara li żewġ Għawdxin li jattendu l-MCAST l-Imsida li ma għaddewx mill-assignment tal-Unit number 7 (Applying Physiology) jerġgħu jingħataw iċ-ċans li jagħmlu dan l-assignment sabiex jikkwalifikaw għaċ-ċertifikat tan-National Diploma in Care?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn gradwati jirreġistraw għax-xogħol illum u x'degree għandhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-aħħar ta’ Ottubru 2006, kien hemm 82 persuni gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti.
Informazzjoni dwar x'kienet d-degree tagħhom ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22506, jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa għal uffiċjali edukattivi tal-PSD matul din is-sena li ninsabu fiha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma' ħarġet l-ebda sejħa għall-uffiċjali edukattivi tal-PSD f'din is-sena li ninsabu fiha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk employer jistax jimla' l-post tax-xogħol tiegħu b'monitoring cameras prattikament f'kull rokna biex jagħmel monitoring kontinwu tal-ħaddiema u jekk dan l-aġir hux konsonanti mal-kundizzjonijiet tax-xogħol stabiliti bil-liġi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Att dwar l-Impjieg u Relazzjonijiet Industrijali, ma hemm ebda provediment dwar sigurta', kif ukoll ma hemm ebda oġġezzjoni fil-liġi biex min jimpjega jimmoniterja għal raġunijiet ta' sigurta'. Dan sakemm tiġi rispettata d-Data Protection Act.
Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel term tas-sena skolastika kemm kien l-assenteiżmu fl-iskejjel ta' l-istat imqassma fi skejjel primarji u sekondarji? Jista' jgħid ukoll kontra kemm-il ġenitur ittieħdu passi bil-Qorti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel term tas-sena skolastika kemm kien hemm assenteiżmu fl-iskejjel tal-knisja u f'dawk indipendenti separatament? Ittieħdu passi bil-qorti kontra xi ġenituri?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ngħataw permess jitilqu mill-iskola qabel ma għalqu s-16-il sena fl-ewwel term tas-sena skolastiku? Kemm kienu bniet u kemm subien? X'kienu r-raġunijiet prinċipali għaliex ingħata dan il-permess? Kemm kienu mill-iskejjel ta' l-istat, kemm minn dawk tal-knisja u minn skejjel indipendenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk :
Skejjel Taħt is-16-il sena
Spiċċaw il-kors Ma spiċċawx il-kors
skolastiku kors skolastku *
Subien Bniet Subien Bniet
Stat 8 9 8 3
Knisja 0 1 0 0
indipendenti 0 0 0 0
Totali 8 10 8 3
*Dawn l-istudenti għalqu s-16-il sena fl-istess term li nħarġu u għalhekk setgħu jiġu eżentati għalkemm ma spiċċawx il-kors skolastiku.
Informat li r-raġuni prinċipali kienet biex jaħdmu. Kien hemm każ ukoll li kien hemm raġunijiet umanitarji.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn nisa self-employed illum u jista' jagħti breakdown tax-xogħol tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta’ nisa li kienu qed jaħdmu Self-Employed Full Time huwa ta’ 2,355.
It-tip ta’ xogħol kienu qed jaħdmu huwa dan :
Informat li l-aħħar statistika ippubblikata hi dik ta’ Lulju 2006.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal jattendu l-ischool girl's mother unit illum u għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Jannar 2006 daħlu 171 każ ġdid. Bħalissa 32 tfajliet tqal minnhom jattandu għal program 3 darbiet fil-ġimgħa. 30 tfajla oħra jattendu darba fill-ġimgħa l-mother and baby support group. L-oħrajn jattendu kollha għal counselling.
Informat li dan is-servizz ilu sa minn 2002 magħruf bħala Unit Għożża.
Jista' il-Minsitru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni Maltin u barranin li għal xi raġuni ma jattendux klassijiet tar-Religion fl-iskejjel tal-gvern din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' persuni li għal xi raġuni ma jattendux klassijiet tar-Reliġjon fl-iskejjel tal-gvern din is-sena skolastika 2006/07 huwa hekk :
In-numru ta' Maltin In-numru ta' Barranin Total
380 204 584
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' bullying fl-iskejjel tal-gvern din is-sena? F'liema skejjel saru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' rapporti ta' bullying fl-iskejjel f'din is-sena skolastika 2006/07 kien ta' 48. Informat li fill-każijiet kollha kien hemm intervent mill-anti-bullying team, mill-Guidance and Counselling team fl-iskejjel sekondarji u mill-amministrazzjoni ta' l-istess skola.
Informat ukoll li ma jistgħux jingħataw l-ismijiet ta' l-iskejjel minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalita'.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każi ta' serq minn skejjel din is-sena? X'insteraq u f'liema skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' kazi ta' serq minn skejjel ta' l-Istat li ġew irrapurtati matul din is-sena kien ta' 9. It-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tispjega fid-dettal mill-liema skejjel sar is-serq, id-data u x'affarijiet insterqu.