Jista' l-Ministru jgħid xi problemi strutturali jeżistu fil-pont tal-Mistra? Meta saret l-aħħar sorvelja tal-bini tiegħu? Xi nstab? Xi pjani hemm biex isir x-xogħol meħtieġ? Meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq ħareġ sejħa għall-offerti għall-proposti dwar it-tiswija tal-pont tal-Mistra u l-offerta qegħda tiġi aġġudikata.
Jista' l-Ministru jgħid xi problemi strutturali jeżistu fil-pont tal-Mellieħa li jgħaqqad it-triq prinċipali ma' Triq Dun Franġisk Sciberras? Hemm xi pjan biex issir it-tiswija meħtieġa? Meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-Kunsill Lokali informa lid-Direttorat tat-Toroq bil-ħtieġa li jiġi spezzjonat il-pont ta' Triq Adenaw u d-Direttorat qed jieħu ħsieb li ssir l-ispezzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser titkompla Triq San Ġwann Bormla? Jista' jagħti time frame ta' kif ser isiru x-xogħlijiet peress li hemm ilmenti esagerti fuq dranaġġ miftuħ, triq imkisra u pajpijiet tal-ilma fil-wiċċ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant qed isir flimkien ma' xogħol ieħor fi Triq il-Polverista.
Diġa sar xogħol biex jiġu rranġati il-mains tad-drenaġġ u fil-fatt saru testijiet fuq l-art sabiex ikun jista jinbeda x-xogħol ta' l-asfalt.
Ix-xogħol kollu hu maħsub li jitlesta sa l-aħħar ta' Ġunju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru?
Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' sigħat li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ. f'kull Dipartiment, is-sigħat li tħallsu minnhom u kemm għad iridu jitħallsu huwa kif ġej:
Dipartiment Nru. ta' ħaddiema Nru. ta' sigħat Nru. ta' sigħat
li ħadmu overtime li nħadmu li tħallsu
fl-2001 fl-2001 fl-2001
Dipartiment ta' l- 16 776.5 776.5
Avjazzjoni Ċivili
Direttorat għall- 45 6291 6291
Liċenzji u Testijiet
Direttorat għat- 32 5200 5200
Toroq
Dipartiment tat- 6 178 178
Telegrafija
mingħajr Fili
Dipartiment tas- 6 463 463
Servizzi Korporattivi
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex qabel jitkompla l-asfaltar ta' Triq Indri Grima, Swatar Imsida, jinbidlu s-servizzi li hemm peress li dawn huma antiki u jenħtieġu jinbidlu? Jista' jieħu l-passi wkoll biex ix-xogħol jitkompla peress li bħalissa huwa wieqaf u dan b'inkonvenjent għar-residenti li saħansitra ma jistgħux jidħlu bil-karozza fejn joqgħodu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi d-Direttorat għat-Toroq f'diskussjoni li kellu mall-Utilities, irriżulta li dawn għandhom bżonn jibdlu biss il-komunikazzjonijiet tas-servizzi ta' l-ilma għal ġod-djar. Is-Sindku ta' l-Imsida nforma lid-Direttorat illi r-residenti kienu nkwetati li l-main tad-drenaġġ seta' għandu xi ħsarat u għalhekk id-Direttorat għat-Toroq qed jieħu l-passi biex issir inspection bis- CCTV.
Ix-xogħol għadu għaddej u l-kuntrattut ingħata struzzjonijiet mid-Direttorat għat-Toroq biex jassigura li kulħadd ikollu aċċess raġonevoli għall-propjeta' tiegħu.
B'riferenza għax-xogħol li qiegħed isir fi Triq Indri Grima, Swatar, Msida jista' l-Ministru jara li jiġu ikkunsidrati t-talbiet tar-residenti fil-petizzjoni mibgħuta lilu jiġifieri li s-servizzi infrastrutturali jiġu mibdula u sir retaining ħalli jilqa' għall-ammont kbir ta' radam li hemm fil-pedamenti ta' din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tieni parti tar-risposta Parlamentari Numru 33956.
Dwar il-bini tar-Retaining Wall ninsab infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qed jeżamina jekk hemmx il-ħtieġa għal dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li qed isiru f'Mediatrix Square, Zabbar humiex isiru mill-gvern? Jekk iva, meta nbeda x-xogħol u meta hu maħsub li jitlesta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol li qed isir f'Mediatrix Square, Zabbar qed isir mill-Kunsill Lokali.
Ix-xogħol f'din il-pjazza beda f'Awisssu 2001 u għandu jitlesta sa Awissu 2002.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li qed isiru fi Pjazza s-Sliem, Zabbar humiex qed isiru mill-gvern? Jekk iva, meta inbeda x-xogħol u meta hu maħsub li jitlesta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol li qed isir fi Pjazza s-Sliem, Zabbar, qiegħed isir mill-Kunsill Lokali.
Ix-xogħol f'din il-pjazza kien parti minn xogħlijiet li saru mill-Kunsill fi Triq is-Santwarju u hu maħsub li jitlesta sal-bidu ta' Awissu 2002.
Jista' l-Ministru permezz tar-roads department jidħol biex jagħmel patching ta' Triq Spadaro Zabbar għax minkejja li din taqa' taħt il-kunsill lokali tinsab fi stat ħażin ħafna? Billi din it-triq hi waħda prinċipali possibli r-roads department jikkunsidra li jagħmel il-patching hu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq biex jagħmel inspection fit-triq sabiex ikun jista' jiġi kwantifikat ix-xogħol li jrid isir kif ukoll minn min għandu jsir.
Jista' l-Ministru jgħid hux possibli l-awtorita' għat-trasport pubbliku tikkunsidra li terġa tressaq il-bus stop, għal mal-ġemb tal-knisja parrokkjali f'Mediatrix Square (ħdejn il-mużew tal-knisja parrokjali) fejn kien oriġinarjament peress li mindu tresssaq għal Labour Road, f'Ħaz-Zabbar, jinsab ftit 'il bogħod minn fejn kien oriġinarjament bosta anzjani li qabel kienu jsibu l-bus stop ħdejn il-knisja konvenjenti issa qed issibuha diffiċli jimxu sal-bus stop il-ġdid?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li wara li kien sar xogħol biex isebbaħ il-Pjazza Mediatrix irriżulta li ma kienx aktar possibli li l-bus stop jibqa' fejn kien. Għaldaqstant, tressaq fi Vjal Labour. Ta' min ifakkar li ftit l-isfel fi triq is-Santwarju hemm il-venda kif ukoll bus stop ieħor faċċata tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fuq id-dredger ''il-kennies''? Jista' jgħid kemm hemm Maltin u kemm hemm barranin jaħdmu fuqu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sa llum l-Awtorita' Marittima ta' Malta ma tistabbilixxix in-numru ta' impjegati fuq id-dredgers. Mgħarraf ukoll li ma jeżisti l-ebda dredger bl-isem ta' il-Kennies.
Bħalissa kemm hemm vapuri li jtajru l-bandiera Maltija li huma miżmuma f'xi port barrani minħabba xi nuqqasijiet? X'inhu l-isem ta' kull vapur, tunnellaġġ u f'liema port qed jinżamm? Jista' jgħid ukoll x'inhuma n-nuqqasijiet li nstabu mill-awtoritajiet marittimi ta' dak il-pajjiż? Kemm ilu jinżamm fil-port kull wieħed?
Response (GALEA, ĊENSU)
Huwa ferm diffiċli biex wieħed igħid kemm mill-kważi 300 bastiment inklużi yachts li huma reġistrati taħt l-Att Dwar il-Bastimenti Merkantili huma miżmuma f'xi port barrani. Ir-raġunijiet għaliex bastiment jista' jinżamm milli jsallpa anke' għal ftit sigħat huma diversi. Dawn jistgħu jinkludu kemm raġunijiet kummerċjali kif ukoll minħabba xi nuqqasijiet jew defiċenzi tekniċi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa t-tunnelaġġ totali u x'inhu n-numru ta' bastimenti,
jottijiet, eċċ li huma reġistrati ta' bastimenti li ġew irreġstrati għall-ewwel darba mill-
1 ta' Jannar s'issa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu 2002 ġew reġistrati, taħt l-Att Dwar il-Bastimenti Merkantili, 111-il bastiment, inkluż yachts b'tunellaġġ gross totali ta' 1,263,371.
Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar sal-lum kemm-il vapur reġistrat Malta tneħħa
mir-reġistru? Ta' kemm-il tunellaġġ kien kull wieħed? X'kienu r-raġunijiet li tneħħew
mir-reġistru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bejn 1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu 2002, 99 bastiment, inklużi yachts, ma baqgħux aktar reġistrati taħt l-Att Dwar il-Bastimenti Merkantili. It-tunellaġġ totali gross ta' dawn il-bastimenti kien ta' 1,009,448. Diversi jkunu r-raġunijiet għaliex bastiment ma jibqax iktar reġistrat Malta. Dawn jinkludu anke dawk li s-sidien tagħhom stess ikunu talbu l-għeluq tar-reġistru Malti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33504, jista' jgħid matul is-snin 2001 u 2002 s'issa xi spezzjonijiet saru mill-istrutturi rilevanti dwar il-livell ta' radjazzjoni elettro-manjetika tal-mobile phone base stations imwaħħla fuq bjut ġewwa l-Imġarr, Malta? Kemm saru minn dawn l-ispezzjonijiet? X'irriżulta minnhom? Meta saru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-11 ta' Frar 2002 saru tlett spezzjonijiet mid-Dipartiment tat-Telegrafija Mingħajr Fili fejn sar kejl tar-radjazzjoni fil-viċinanzi ta' mobile phone base station installat fl-Imġarr, Malta.
Fil-fatt jirriżulta li l-livelli mkejjla fl-inħawi madwar dan il-base station kienu anqas minn 1.5% tal-livelli ta' espożizzjoni permissibli għall-pubbliku ġenerali kif stabbiliti mir-rapport intitolat Report on Recommendations for Limiting Human Exposure to Time-Varying Electric, Magnetic and Electro-magnetic Fields in the Frequency Range from 0Hz and to 300GHz li ġie ppreparat minn Kumitat inter-dipartimentali magħmul mill-Ministeru għas-Saħħa flimkien mall-Ministeru għall-Politika Soċjali u dak għat-Trasport u Kommunikazzjoni.
Peress li f'diversi risposti għall-mistoqsijiet parlamentari l-Ministru wieġeb li d-direttorat tat-toroq, flimkien mal-kunsilli lokali qegħdin jimplimentaw għall-asfaltar ta' toroq ma' Malta kollha, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja dettaljata ta' dan il-programm li tinkludi l-ismijiet tat-toroq li jridu jsiru b'mod prijoritarju?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-lista mitluba tvarja minn Kunsill Lokali għal l-ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' mobile telephones, linji tat-telefon fissi, satelliti, cable televisions u internet f'Settembru 1998 u kemm hu llum?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta':
Settembru 1998 April 2002
Mobile Telephones 21,083 235,770
Linji fissi tat-telefon 190,068 207,640
Abbonati tal-cable 68,149 90,610
Internet Subscribers 46,436
TVRO (Satellite) 4,188 12,650
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru pelican lights u traffic lights minn Settembru 1998? Wara li jitwaħħlu ssir analiżi ta' l-effett u jekk kienx hemm tnaqqis jew żidiet fl-inċidenti fl-inħawi fejn ikunu twaħħlu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' lokalitajiet fejn ġew installati pelican lights u traffic lights minn Settembru 1998.
B'kollox ġew installati 67 pelican lights, 3 huma traffic lights, u waħda li hija kemm traffic light kif ukoll pelican light.
It-tħaddim u l-operat ta' dawn il-junctions ikun qiegħed jiġi mmoniterjat u aġġustamenti fil-programm tagħhom isir skond il-prijoritajiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' vetturi reġistrati f'Settembru 1998 u kemm hu llum? Jista' jgħid kemm ġew karozzi ġodda minn Settembru 1998 sa issa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej:
Vetturi rreġistrati f'Settembru 1998 253,059
Vetturi rreġistrati f'April 2002 293,026
Minn Settembru 1998 sa April 2002 ġew impurtati u rreġistrati 43,450 vetturi ġodda.