Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32081 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gżira — Bouverie Str

Question

Jista' l-Ministru jgħid minħabba fid-dawl li hemm fil-parti ta' fuq ta' Bouverie Street Gżira jista' jsir strret lighting adegwat lejn in-nofs ta' din il-parti u dan minħabba fil-periklu ta' serq u abbużi bid-droga li jista' jkun hemm fl-inħawi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ fit-triq imsemmija għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Leg 9 PQ #32123 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

B' riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru 31624, jista l-Ministru jgħid kemm hija l-paga ta' l-ex kummissarju tal-pulizija li ismu qed jintbagħat separatament mas-soċjeta Technical and Management Services Limited, sussidjarja tal-Maltacom plc? X' fringe benefits għandu ma' l-impjieg tiegħu, jekk hemm? Min kien responsabbli mit-tfassil tas-salarju ta' l-ex kummissarju? Min huma l-persuni li intervistawh qabel sar l-ingaġġ tiegħu mal-kumpannija? Min għazel il-bord ta' l-intervisti? Jista jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati ta' l-intervisti li saru ghal dan il-post?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li s-salarju u l-benefiċċji li għandha l-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant huma simili għal dawk li jgawdu uffiċjali f'karigi simili fil-kumpaniji sussidjarji tal-Maltacom. It-termini u l-kundizzjonijiet ta' dan l-impjieg kienu mfassla miċ-Chairman tal-Maltacom fuq inkarigu mogħti lilu mill-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija Technical & Management Services Limited. Il-bord ta' l-għażla, li kien magħmul miċ-Chairman tal-Maltacom, id-Direttur tal-Group Information Teċhnologgħ u d-Direttur tal-Group Administration and Human Resources, kien appuntat mill-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija sussidjarja msemmija b'konformita' mal-proċeduri eżistenti. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ma naħsibx li jkun fl-interess kemm tal-Maltacom kif ukoll tal-kumpanija sussidjarja li l-informazzjoni mitluba ssir pubblika.
Leg 9 PQ #32178 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

Peress li l-ex-ħaddiema tal-ATCC ġarrew magħhom il-kundizzjonijiet kollha meta saru parti mill-MIA, jista' jispjega għaliex uħud minnhom tilfu d-dritt li jieħdu ż-żidiet marbuta mar-re-organizzajoni tal-pagi taċ-ċivil?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #32180 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi ta' l-Ilma — Riforma

Question

Jista' l-Ministru jispjega r-riforma li saret fis-sezzjoni tad-distretti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-iskop wara din ir-riforma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #32182 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Periti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 31877 u cioe, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm periti jaħdmu full-time jew part-time mal-kumpanija Kalaxlokk? Min huwa dawn il-periti u meta bdew jaħdmu mall-kumpanija? X'inhu x-xogħol li qegħdin jagħmlu dawn l-periti? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tagħhom? Kemm tħallsu dawn il-periti s'issa, kull wieħed separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li mis-sena 1999 il-kumpanija Kalaxlokk għamlet użu mis-servizzi ta' erba' periti li ħadd minnhom ma' għandu kuntratt ta' xogħol mal-kumpanija, la fuq bażi "full-time" u lanqas fuq bażi "part-time". Il-periti huma s-sinjuri Joseph Grech, Etienne Micallef Grimaud, Philip Mifsud u Pierre Zammit. Sa issa dawn l-erba' periti tħallsu, VAT inkluża, kull wieħed rispettivament Lm6,800; Lm1,955; Lm4,150; u Lm1,955. Ix-xogħol assenjat lil dawn il-periti huwa: 1. preparazzjoni ta' dokumenti ta' offerti 2. preparazzjoni ta' Bill of Quantities 3. kwotazzjonijiet 4. programm ta' xogħol għal proġetti 5. spezzjonijiet fuq il-lantijiet tax-xogħol 6. superviżjoni tax-xogħolijiet 7. kejl ta' xogħolijiet u preparazzjoni ta' kontijiet 8. cost analysis ta' proġetti.
Leg 9 PQ #32202 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE

Question

B'riferenza għat-tweġiba parlamentari mogħtija għal mistoqsija parlamentari nru. 31495, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari li ma ġietx indirizzata? Jista' l-Ministru wkoll jelabora dwar in-nuqqas ta' kooperazzjoni allegata mis-sidien tal-kalkari tal-ġir u jaġġorna l-Kamra dwar x'passi qed jittieħdu biex kwestjonarji mill-NSO jiġu mwieġba fuq dan il-qasam?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li peress li l-industrija tal-ġir hija waħda relattivament żgħira fis-settur tal-manifattura, l-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jikkonċentra aktar fuq industriji akbar u aktar importanti għall-ġbir ta' tagħrif li jkun jeħtieġ. Dan ma jfissirx li ma jsirx kull sforz biex jinġabar it-tagħrif anke f'każijiet bħal tal-kalkari tal-ġir. Għaldaqstant ninsab infurmat li l-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jinsab f'kuntatt ma' dawk is-sidien tal-kalkari tal-ġir li qabel kienu jibgħatu l-kwestjonarju tagħhom lill-Uffiċju biex ikun jista' jiġi miġbur it-tagħrif dwar din l-industrija. Il-kalkari tal-ġir ilhom żmien għaddejjin minn bidliet fundamentali, kemm minħabba raġunijiet ambjentali kif ukoll minħabba l-evoluzzjoni ta' l-industrija tal-bini. F'dan il-każ, is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea hija biss element addizzjonali f'dan il-proċess ta' bidla. Din l-attivita', aktar milli salvagwardata, tenħtieġ li tiġi mħeġġa biex tkompli bir-ristrutturar meħtieġ. Dan qed isir, per eżempju, permezz tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini (BICC) fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi u Infrastruttura.
Leg 9 PQ #32207 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Orkestra Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-PQ 31948 dwar il-kumpanija governattiva li tmexxi l-Orkestra Nazzjonali u cioe jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu opera performances fit-Teatri Għawdxin matul l-perjodu 1/1/1997 sa 30/9/1998? Liema kienu dawn u fejn ittellgħu? X'kienet l-ispiża nvoluta f'kull każ? JIsta' jwieġeb l-istess mistoqsijiet għall-perjodu mill-1 t'Ottubru 1998 sal-aħħar tas-sena li għaddiet? X'kontribut għamel il-Gvern f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Rigward l-ewwel erba' partijiet tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni għal mistoqsija numru 31948 waqt is-Seduta numru 707. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, jkun apprezzat jekk l-Onorevoli Membru jkun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #30883 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsa Power Station

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ħsarat kawżati fil-Power Station tal-Marsa matul is-sena li għaddiet? Kemm minn dawn l-ispejjes tħallsu u kemm għandhom pendeti? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall aħħar snin sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni għal din il-mistoqsija hija inkluża fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 30830 waqt is-Seduta numru 704.
Leg 9 PQ #32139 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

ATCC — MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hi d-data effettiva meta l-ex ħaddiema tal-ATCC (Air Traffic Control Corps) ġew ikkunsidrata li jagħmlu parti mill-MIA?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #32164 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jiswa x-xogħol li qiegħed isir fit-Terminal ta' l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta? Min hu l-kuntrattur li qiegħed jagħmel dan ix-xogħol? X'inhu n-numru tal-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol li qiegħed isir fit-terminal ta' l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta huwa stmat li jiswa seba' mitt elf lira. In-numru tal-permess maħruġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal dan ix-xogħol huwa PA03655/00. Peress li l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija hija ta' natura kummerċjali, ma nħossx li din tkun fl-interess ta' l-istess kumpanija li ssir pubblika.
Leg 9 PQ #32169 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jispjega x-xogħlijiet li qegħdin isiru bħalissa mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bejn Għeriexem u l-Fiddien ir-Rabat? X'inhu l-iskop ta' dawn ix-xogħlijiet? Kemm hu stmat li jiswew ix-xogħlijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħolijiet imsemmija twettqu sabiex jitwasslu l-ilma ġieri li jkun ġej mill-Għajn ta' l-Għexierem għand il-bdiewa li għandhom l-għelieqi tagħhom lejn in-naħa tat-triq li tagħti għall-Fiddien. Qabel, dan l-ilma kien jitwassal minn gandott antik ħafna li maż-żmien instadd. Ġie kkalkulat, li biex jitnaddaf dan il-gandott, l-ispejjeż kienu ser jaqbżu l-ispiża tax-xogħol kif qed isir bħalissa, peress li t-tindif ried isir bl-idejn. L-ispiża ta' dan ix-xogħol tlaħħaq is-somma ta' Lm8,400.
Leg 9 PQ #32177 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

ATCC

Question

Peress li l-ex-ħaddiema tal-(ATCC) Air Traffic Control Corps saru parti mill-MIA, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn (f'ħafna każi wara għexierien ta' snin servizz) humiex intitolati għal-titjib li kien hemm fil-pagi wara r-re-organizzazjoni li saret ftit ilu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #32179 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titwaħħal il-bozza fi Triq Dun Cachia Abela, Binja San Martin, iz-Żejtun minħabba l-fatt li diġa ġraw diversi inċidenti minħabba d-dlam li hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li din it-talba qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #32184 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni u it-tielet parti tal-mistoqsija parlamentari nru. 31587 li ġiet riferuta lilhu u cioe: Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-bozoz ta' xi sulari fil-Blk D, Dr B, Triq Pietro Gagliardi, Tarxien mhumiex qed jinbidlu? Jaf il-Ministru li r-residenti ilhom ix-xhur jgħidulhom li hemm xi ħsarat fil-main u madanakollu mhux qed isir xejn biexdin il-ħsara tissewwa? Jista' l-Ministru jara kif tista' tirranġa din is-sitwazzjoni nġusta għar-residenti tal-blokk u dawk li jżuruhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fil-fatt diġa' saret.
Leg 9 PQ #32198 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma il-kuntratturi li għal dawn l-aħħar tliet snin taw is-servizzi tagħhom lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u kemm kien l-ammont ta' pagamenti li ħadu individwalment għal dan ix-xogħol? Kien hemm xi kuntratturi li ġew black listed minħabba xogħol li għamlu ħażin? Jista jqassam it-tweġiba sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #32218 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm dwar il-każ ta' frodi li saret riferenza għalih fir-Rapport Annwali 2000-2001 tal-Korporazzjoni għas-Servizi ta' l-Ilma meta kien għadu Chief Executive s-sur Antoine Riolo? Jikkonferma li f'dan il-każ kien involut direttament l-ex-segretarju privat ta' Ministru? X'ried jgħid bha l-frażi tar-Rapport 'The Corporation is in the process of recovering the funds involved in this case?' Il-pulizija f'hiex waslet fl-investigazzjoni? Saru investigazzjonijiet interni mill-KSI dwar dawn il-fondi? X'kien ir-riżultat? Għaliex il-persuna suspettata dwar din il-frodi, tħalliet tiġi boarded-out?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-investigazzjonijiet li qed isiru mill-Pulizija dwar dan il-każ għadhom ma ġewx konklużi. Peress li dan il-każ kien jikkonċerna numru ta' kontijiet li fihom ingħata kreditu bla ġustifikazzjoni, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ħadet il-passi meħtieġa biex dan il-kreditu jitħassar u l-ammonti dovuti jintalbu mingħand il-konsumaturi konċernati. Mhux korrett jingħad li 'il-persuna suspettata dwar din il-frodi, tħalliet tiġi boarded out'. Il-'boarding out' isir għal raġunijiet mediċi li ma naħsibx li għandhom ikunu effettwati minn suspetti ta' terzi fuq dak li jkun. Fuq kollox, persuna li tkun 'boarded out' xorta tista' tkun akkużata fil-Qorti fuq dak li tkun għamlet meta kienet għadha impjegata.
Leg 9 PQ #32246 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li nhar is-sibt 23 ta' Frar 2002 il-Pulizija fuq talba tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bdiet investigazzjonijiet dwar korruzzjoni ta' uffiċjali tal-KSI minn kuntratturi? Hemm xi rabta bejn din l-investigazzjoni u l-inċidenti vjolenti li seħħu fl-uffiċċju taċ-chairman f'Diċembru tal-2001 u li sal-lum ma nafux x'azzjoni ttieħdet dwarhom kemm mill-Pulizija u kemm mill-KSI?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba għall-ewwel mistoqsija hija fl-affermattiv. Dwar it-tieni mistoqsija ninsab infurmat li ma jidhirx li hemm rabta ma' l-inċident li kien seħħ fit-23 ta' Novembru 2001. Dwar dan il-każ, il-proċeduri fil-Qorti għadhom pendenti.
Leg 9 PQ #32256 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalkara — Dawl fi Triq l-Missjoni Taljana

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Enemalta m'hix tagħti każ ta' l-ilmenti li saru mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara, mir-residenti u anke minni bħala rappreżentant fl-għola istituzzjoni tal-pajjiż li għalkemm għaddew ħafna ġimgħat minn kemm ilhom isiru ilmenti biex il-lampi ta' ħdejn id-dar nru 14 u l-lampa ta' blokk A u blokk B fil-Housing Estate ta' Triq il-Missjoni Taljana, Kalkara, għadhom ma nxtelux?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #32260 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalkara — Dawl fi Triq il-Convoy ta' S'Marija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jittieħdu l-passi neċessarji sabiex s-street lighting ta' Triq il-Konvoy ta' Santa Marija u l-akwati, fil-Kalkara ma jibqgħux jintefgħu fl-4.00 ta' filgħodu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa diġa' saret.
Leg 9 PQ #32273 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Bozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir bozza fi Triq 194/196 Alessio Arardi, Żabbar kantuniera ma' Triq il-Qalb Mqaddsa, Żabbar peress li f'din il-parti hemm ħafna dlam?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi neċessarji.