Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni li jifformaw ir-rehabilitation project committee? Jista' jgħid xi kwalifiki jipposedu? Jista' jgħid xi ħlas qed jirċievu?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill- Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mir-rehabilitation project committee sa mit-twaqqif tagħhom, sena b'sena? Jista' jgħid liema huma l-proġetti li saru sa mit-twaqqif u kull proġett kemm ġie jiswa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid jekk ġietx ikkonsultata l-Malta tourism authority qabel ma saret din il-proposta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1202.
Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx ikkonsultati persuni tekniċi tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma peress li l-landfills proposti huma viċin ferm tar-reverse osmosis plant li hemm f'Għar Lapsi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1202.
Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid jekk ġewx ikkonsultati l-kunsilli tas-Siġġiewi u tal-Qrendi qabel ma saret din il-proposta?
Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid jekk ġiex ikkonsultat id-dipartiment tal-mużewijiet qabel ma saret din il-proposta?
Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, il-Ministru fil-press conference li ta l-bieraħ semma li kien hemm sitt barrieri li jistgħu jintużaw għal dan l-iskop f'Malta kollha minħabba l-bżonn li s-sit magħżul ikun 'il barra mill-ground water protection zone, jista' jgħid liema huma l-erba' barrieri l-oħra li għandhom il-potenzjal li jintużaw għal dan l-iskop?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-barrieri kollha li ġew ikkunsidrati fir-rigward ta' l-engineered temporary landfills u li qegħdin barra mill-ground water protection zone, jinsabu f'dokument li tħejja apposta sabiex fuqu jkunu jistgħu jibdew il-konsultazzjonijiet ma' l-entitajiet kollha kkonċernati fuq il-proġett propost.
Dan id-dokument, magħruf aħjar bħala l-Project Description Statement (PDS), jinkludi l-informazzjoni kollha u dettalji oħra fuq dan il-proġett. Il-PDS ġie mgħoddi lill-MEPA u wieħed jista' jarah fuq il-website ta' l-Awtorita'
Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, kulħadd jaqbel li l-barrieri li qed jiġi propost li jintużaw għal dan l-iskop għandhom jiġu riabilitati għax qed ikerrħu l-ambjent? Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-ministeru tiegħu jissuġġerixxi barriera oħra fil-viċinanzi li qed ikollha impatt ferm akbar fuq l-ambjent tiġi kkontrollata wkoll?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1209.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 920, jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol ta' upgrading li kien imwiegħed li se jsir fix-Xgħajra issa jidher li mhux se jsir?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta' disinn fuq il-proġett ta' tisbiħ fix-Xatt tax-Xgħajra għadu għaddej.
Bħalissa għaddejjin taħdidiet mal-MEPA biex jinbidlu xi affarijiet mid-disinn. Fil-fatt dan il-proġett għadu nkluż fil-Business Plans tat-Taqsima tax-Xogħlijiet 2004/2006. Ix-xogħol indikat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 920 jirreferi għax-xogħol li fuqu t-taqsima tax-Xogħlijiet ser tkun qiegħda taħdem bejn Ottubru u Ġunju 2004.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikmanda li z-zona shaded fuq is-site plan annessa separatament tingħata wiċċ xieraq minħabba l-inkonvenjent kbir u l-istat preżenti tagħha qed jikkawża?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tingħata f'xi seduta oħra.
Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid xi studji saru u minn min saru fir-rigward ta' l-impatt ambjentali li se jkollhom dawn il-landfills f'din iz-zona pittoreska?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed isegwi l-proċeduri kollha meħtieġa mill-Awtorita' Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar fir-rigward ta' engineered temporary landfills. Għal dan il-għan, tħejja il-Project Description Statement (PDS) sabiex fuqu jkunu jistgħu jibdew il-konsultazzjonijiet ma' l-entitajiet kollha konċernati. Dan il-PDS diġa' qiegħed għand il-MEPA sabiex jitqassam lil kull min jista' b'xi mod jew ieħor jiġi affettwat b'dan il-proġett. B'hekk l-entitajiet kollha konċernati qed jingħataw żmien biżżejjed biex jikkummentaw u jinfluwenzaw it-Terms of Reference li ser jinħareġ wara li jiskadi ż-żmien ta' konsultazzjoni. Wara dan l-istadju jsir l-Environment Impact Assessment (EIA) li fost l-affarijiet oħra, jara x'impatt ambjentali jista' jkun hemm ta' l-inħawi.
Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista' il-Ministru jgħid xi studji saru u minn min saru fir-rigward ta' l-impatt li se jkollhom dawn il-landfills fuq is-siti storiċi li hemm fil-viċinanzi?
Fir-rigward tat-temporary landfills li hemm propost li jsiru fil-limiti tas-Siġġiewi u l-Qrendi sakemm jiġi żviluppat il-controlled landfill fil-limiti tan-Naxxar, jista il-Ministru jgħid xi studji saru u minn min saru fuq l-impatt li se jkollha l-attivita' konnessa ma' dawn il-landfills fuq it-toroq ta' l-inħawi li diġa' huma fi stat ħażin ferm?
Jista' il-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern għall-xogħlijiet ta' upgrading f'zoni turistiċi ?
Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta se jsiru u kemm huwa mistenni li jiswew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li qiegħed jiġi ppjanat bħala upgrading f'żoni turistiċi għall-perjodu Ottubru 2003 - Ġunju 2004 hu dan li ġej:-
xogħol ta' tisbiħ fit-toroq interni ta' Paceville, stmat madwar Lm800,000;
xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk, stmat madwar Lm200,000;
xogħol ta' tisbiħ fil-bajja ta' San Tumas, Marsaskala, stmat madwar Lm50,000;
jitlesta' x-xogħol ta' tisbiħ fl-inħawi tal-Gillieru, San pawl il-Baħar, stmat madwar Lm200,000;
it-tieni fażi ta' xogħol ta' tisbiħ fil-
promenade
tax-Xemxija, stmat madwar Lm80,000
Jista' il-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern għall-xogħlijiet ta' restawr tas-swar ?
Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta se jsiru u kemm huwa mistenni li jiswew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm il-ħsieb li jsiru diversi xogħlijiet ta' restawr fosthom tal-Belt u l-Kottonera. Uħud minn dawn ix-xogħlijiet, bħal il-Landfront tal-Belt Valletta, St. John's Cavalier fil-Belt Valletta, St. Anne's Gate/St. Michael's Bastion ġewwa l-Isla u Fort Ricasoli, diġa' qegħdin fl-idejn.
L-Onor. Membru japprezza li l-ispiża tvarja skond il-proġett, u għalhekk mhux il-każ li wieħed jagħti xi figuri f'dan l-istadju.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet ta' restawr fuq s-swar fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003?
Jista' jghid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' restawr fuq swar inkluż strutturi oħra ta' difiża militari li saru fis-snin 2000 - 2003 huma kif ġej:-
LOKALITA'
AMMONT (Lm)
Restoration of st. Thomas tower, M'Scala
Pembroke Battery
Tal-Ħamrija Tower, L/O Qrendi
Restoration of M'Scala Redoubt
St. Julian's Tower, Sliema
Notre Dame Gate, Floriana
Għajn Tuffieħa Coastal Tower
Westreme Battery, Mellieħa
Rinella Battery
Nadur Tower, Binġemma
Conservation works at Couvre' Porte
Restoration works at Polverista Gate, Bormla
Paving works at Notre Dame Gate, Birgu
Conservation works to St. Anne's Gate, Senglea
Conservation works to St. Helen's Gate, Bormla
Conservation works to Rinella Gunpowder Magazine
Guardhouse
Conservation works to St. John's Bastions, Birgu
Restoration works, Victoria lines
Conservation works to Fort Ricasoli
Cleaning and restoration of Portes des Bombes
40,000
24,000
28,000
11,500
11,000
8,000
6,000
7,000
23,000
5,500
15,000
47,000
15,000
10,000
55,000
19,000
20,000
19,000
28,000
30,000
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' karozzi rresġistrati mad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi li jintużaw mid-Dipartiment fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet huwa ta' 37. Disgħa jintużaw minn dawn id-Diretturi:-
Vincent Cassar - Anthony Abela - Nicholas Grech - Ray Farrugia - Victor Sant - C. Mifsud Borg - Joseph Degiorgio - Joseph Sammut - Mario Rodgers.
Karozza oħra bhal issa mhux qed tintuża.
Id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi jagħmel użu minn 8 karozzi. Tlieta minnhom jintużaw għall-użu ġenerali fis-sezzjoni ta' Kordin. L-oħrajn jintużaw mill-uffiċjali fis-sezzjoni tal-Marsa msemmija hawn taħt:-
Jimmy Mercieca, S.T.O. - Andrew Seychell, S.T.O. - Joe Gauci, S.T.O. - Franco Abela, S.T.O. - Silvio Deleonardo, A.T.O.
Wara l-ħin normali tax-xogħol, dawn il-vetturi jinżammu maqfulin fil-garaxxijiet tad-Dipartiment.
Il-karozzi l-oħra huma mqssmin f'dawn id-Dipartimenti:-
Segretarjat Permanenti 1
Finanzi u Amministrazzjoni 2
Dranaġġ 5
Direttur Ġenerali 4
Kostruzzjoni 2
Distretti 1
Ministeru 2
Bini u Inġinerija 2
L-ammont ta' karozzi mikrija mid-Dipartiment tal-ManIfattura u Servizzi għan-nom tat-Taqsima tax-Xogħlijiet huwa ta' 59. Dawn il-karozzi huma kollha mikrija u n-numru tagħhom ivarja minn żmien għal żmien.
Il-lista tal-persuni li qed jagħmlu użu minn dawn il-karozzi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jara li r-Rabat, Malta ikun jifforma parti mill-Mdina Rehabilitation Project? Jekk fl-affermattiv, jista' jalloka aktar flus fl-estimi tal-budget li ġej għar-Rabat Mdina Rehabilitation Project ħalli jkun jista' jibda x-xogħol fir-Rabat minn din is-sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat li s-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant għadu qiegħed jiġi kkunsidrat. Fl-eventwalita' li jkun adottat, il-Kamra tkun informata.
Jista' il-Ministru jghid kemm saru xoghlijiet ta' restawr fuq siti storici fis-snin 2000,01,02,03?
Jista' jghid liema huma dawn ix-xoghlijiet, meta saru u kemm swew?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet ta' restawr fuq siti arkeoloġiċi fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003? Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta' restawr fuq siti arkeoloġiċi kienu dawn:-
konservazzjoni ta' siti medjevali ġewwa s-Simblija, Dingli li tlestew aktar kmieni din is-sena u swew madwar Lm20,000;
restawr u rijabilitazzjoni ta'
Pembroke Battery
li tlesta' fis-sena 2002 u sewa madwar Lm25,000.