Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tas-Sliema – każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irraportati każijiet ta’ serq fil-lokalità ta’ Tas-Sliema fix-xahar ta’ Ottubru 2015 u Novembru 2015 separatament? Jista’ jgħid jekk u kemm minn dawn is-serqiet ġew solvuti mill-pulizija u jekk u kemm tressqu persuni l-Qorti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul ix-xahar ta` Ottubru ġew rapurtati 64 il-serqa lill-Pulizija ġewwa il-lokalita` ta’ Tas-Sliema, filwaqt li matul ix-xahar ta’ Novembru ġew irrapurtati 47.

Is-Swieqi – każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irraportati każijiet ta’ serq fil-lokalità tas-Swieqi fix-xahar ta’ Ottubru 2015 u Novembru 2015 separatament? Jista’ jgħid jekk u kemm minn dawn is-serqiet ġew solvuti mill-pulizija u jekk u kemm tressqu persuni l-Qorti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul ix-xahar ta` Ottubru ġew rapurtati 20 il-serqa lill-Pulizija ġewwa il-lokalita` ta’ tas-Swieqi, filwaqt li matul ix-xahar ta’ Novembru ġew irrapurtati 11.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — individwu

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlmentari 21491, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-pakkett finanzjarju tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid kemm-il siegħa jaħdem fil-ġimgħa?

Response (ABELA, CARMELO)

Filwaqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 21491, ninformah li l-persuna taħdem 30 siegħa fil-ġimgħa.

Pulizija – sistema PISCES

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammont ta’ Alġerini li ġew Malta mat-titjiriet diretti tal-Air Malta mill-Alġerija u ddaħħlu fis-sistema tal-Personal Identification Secure Comparison and Evaluation System (PISCES) tal-pulizija tal-immigrazzjoni fil-perjodu ta’ bejn Marzu 2013 u l-31 ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont ta’ Alġerini li telqu lura minn Malta lejn l-Alġerija fuq titjiriet tal-Air Malta fl-istess perjodu, minħabba fis-sistema PISCES tal-pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-ammont ta’ Alġerini li ġew Malta mat-titjiriet diretti tal-Air Malta mill-Alġerija u ddaħħlu fis-sistema tal-Personal Identification Secure Comparison and Evaluation System (PISCES) tal-Pulizija tal-immigrazzjoni fil-perjodu ta’ bejn Marzu 2013 u l-31 ta’ Novembru 2015 kien ta’ 5, 365. L-ammont ta’ Alġerini li telqu lura minn Malta lejn l-Alġerija direttament fuq titjiriet tal-Air Malta fl-istess perjodu u huma rregistrati fis-sistema PISCES hu 2, 784.

Ħal Safi — Forzi Armati ta' Malta - qtugħ ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li tissolva l-problema ta' qtugħ ta' dawl fir-range tal-Forzi Armati ta' Malta f'Ħal Safi li dawn kulma jridu huwa extention?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għandu jkun infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta huma konxji ta’ din is-sitwazzjoni u qegħdin jittieħdu l-mizuri neċessarji biex tiġi rimedjata.

Qorti – nies li ttellgħu fuq reati kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18734 u jgħid minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm ittellgħu nies il-Qorti, sena b’sena b’mod separat, fuq reati kriminali u jikkategorizza dawn ir-reati kriminali?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Marzu 2013 sa Novembru 2015, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 16,722 il-persuna fuq reati kriminali punibbli b’piena ta’ aktar minn sitt xhur priġunerija u 17,131 il-persuna fuq reati kriminali punibbli b’piena ta’ anqas minn sitt xhur priġunerija jiġifieri bi proċedura sommarja. Dan kif jidher skont it-tabella t’hawn taħt. Sena Reati punibbli b’aktar minn sitt xhur priġunerija (Kumpilazzjoni) Reati punibbli b’anqas minn sitt xhur priġunerija (Sommarji) Marzu sa Diċembru 2013 4,065 5,170 2014 6,884 5,915 2015* (sa Novembru) 5,773 6,046 Total 16,722 17,131

Vetturi kkonfiskati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn qed jinżammu l-vetturi illi jiġu kkonfiskati jew maqbuda, kemm għax ikollhom pjanċi barranin u ma jkunux hawn Malta skont il-liġi, kif ukoll dawk li jiġu kkonfiskati fuq sentenza tal-Qorti? Jista’ jgħid x’inhi l-capacity ta’ dawn il-postijiet? Jista’ jgħid kemm hemm vetturi fil-postijiet fejn qed jinżammu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi l-vetturi illi jiġu kkonfiskati jew maqbuda mill-Pulizija, kemm għax ikollhom pjanċi barranin jew ma jkunux hawn Malta skont il-liġi jinzammu fil-kumpless fil-Garage tal-Pulizija li għandha kapaċita ta’ madwar disgħin vettura. Bħalissa f’dan il-kumpless hemm ħamsa u tmenin (85) vettura. Barra min dan hemm ukoll il-kumpless ta’ St. Andrew’s li għandu kapaċita ta’ madwar erba’ mitt (400) vettura. Parti min dan il-kumpless ukoll jintuza mill-Pulizija u bħalissa hemm tnax (12) il-vettura mizmuma hemm. Madankollu il-kumpless jintuza għall-vetturi li jiġu kkonfiskati mill-Qorti u fl-istess kumpless hemm madwar 364 vettura oħra.

Ċittadini Libjani – permess ta’ residenza revokati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21289 u jgħid kemm-il permess ta’ residenza ta’ ċittadini Libjani ġiet revokata jew mitmuma fl-2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u l-aħħar ta’ Novembru 2015 Identity Malta rrevokat 78 permess ta’ residenza lil ċittadini Libjani. Din hija l-ewwel darba li qed tinzamm statistika ta’ dan it-tip għax ma nstabet l-ebda statistika dwar permessi li ġew irrevokati qabel il-ħolqien tal-Aġenzija Identity Malta fi zmien amministrazzjoni preċedenti.

Breathalyser Units

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21315 u jgħid jekk hux veru li l-breathalyser units kollha li għandu l-Korp tal-Pulizija huma bil-ħsara? Għaliex illum bdew jinġabru mill-għases?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Visas lill-Barranin għall-raġunijiet mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19420, 19423, 20222, 20542 u jgħid sena b’sena kemm ingħataw visas mal-wasla fl-ajruport (border visas) lill-barranin għal raġunijiet mediċi minn Marzu 2013 sal-lum? Lil liema nazzjonalità ngħataw? Jista’ jispeċifika n-numru ta’ visas skont in-nazzjonalità?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn meta bdiet tinzamm l-istatistika b’mod elettroniku, minn Frar 2015 sa Settembru 2015 inħarġu ħames mija, disgħa u għoxrin (529) visa għal raġunijiet mediċi. Din il-figura tikludi l-qraba tal-pazjenti li akkompanjawhom hawn Malta waqt il-perjodu tal-kura. In-numru ta’ visa skont in-nazzjonalita’ hija kif tidher hawn taht. Pajjiz Numru ta’ visas Libanu 1 Libja 518 Marokk 3 Filippini 1 Sirja 5 Ukraina 1

Identity Malta — CEO

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21221, fejn il-Ministru wieġeb biss kemm hu l-pakkett finanzjarju, jista’ jikkonferma jekk is-CEO ta’ Identity Malta huwiex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk hemmx kuntratt definit jew indefinit għall-pożizzjoni ta’ CEO li qed jokkupa dan l-individwu? Jista’ jgħid għal kemm żmien hu validu l-kuntratt tas-CEO preżenti ta’ Identity Malta u meta jiskadi? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tas-CEO ta’ Identity Malta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpelllant li l-Aġenzija Identity Malta m’għandiex Kap Ezekuttiv, imma Executive Chairman. L-individwu imsemmi huwa l-Kap Ezekuttiv tal-Programm ta’ Cittadinanza b’Investiment.

Korp tal-Pulizija – Kuntratt tal-breathalyzers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li l-kuntratt li l-Korp tal-Pulizija kellu rigward il-breathalyzers skada? Jista’ jgħid jekk hux minnu li bħalissa m’hemmx breathalyzers fl-għases madwar Malta u Għawdex? Jista’ jgħid jekk hux minnu li bħalissa min jinqabad taħt l-influwenza tax-xorb alkoħoliku, il-pulizija m’għandhiex breathalyzers biex isiru t-tests skont il-liġi? Jista’ jikkonferma li ftit tal-ġranet ilu, inqabdet persuna taħt l-influwenza tax-xorb u l-pulizija mill-għassa tal-Qawra ma kellhiex breathalyzers biex tagħmel it-test lis-sewwieq tal-karozza?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri ta’ sess femminil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ta’ sess femminil sad-data li qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid x’persentaġġ tal-popolazzjoni kollha fil-ħabs jirrappreżenta dan l-ammont? Jista’ jgħid kemm minn dawn id-detenuti femminili li preżentament qegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qegħdin jiskontaw sentenza ta’ ħabs deċiża mill-Qorti u kemm minnhom għadhom għaddejjin bi proċeduri l-Qorti u qegħdin miżmuma taħt arrest preventiv? Jista’ jipprovdi l-etajiet tal-priġunieri nisa li preżentament qegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jista’ jgħid kemm kien hemm nisa li mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-ġurnata li qed issir din il-mistoqsija skontaw is-sentenza tal-ħabs tagħhom u ħarġu mill-istess ħabs? Jista’ jgħid kemm min-nisa preżentament detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin huma mistennija li jkunu skontaw is-sentenza tal-ħabs tagħhom sal-aħħar ta’ Diċembru 2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin kien hemm erbgħin (40) detenuti ta’ sess femminil sal-lum. Dan l-ammont jirrappre¿enta 7% tal-popolazzjoni kollha fil-ħabs. Tmienja u għoxrin (28) minn dawn id-detenuti femminili qegħdin jiskontaw sentenza ta’ ħabs deċiza mill-Qorti u t-tnax (12) l-oħra qegħdin mizmuma taħt arrest preventiv. Id-dettalji dwar l-etajiet qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Mill-1 ta’ Jannar sal-lum, sebgħa u għoxrin (27) mara skontaw is-sentenza tal-ħabs tagħhom u ħarġu mill-istess ħabs. Ħdax (11) minn dawn in-nisa prezentament detenuti fil-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin huma mistennija li jkunu skontaw is-sentenza tal-ħabs tagħhom sal-aħħar ta’ Diċembru 2016.

Klieb mikroċippati — każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ każijiet ta’ sidien li ma kellhomx klieb mikroċippati (identifkati elettronikament) li ttieħdu passi legali dwarhom mill-Pulizija mis-sena 2013 s'issa bid-data ta’ meta ġew reġsitrai dawn il-każijiet? Kemm kien hemm każijiet li weħlu multa mill-Qorti u kemm kienu l-multi rispettivi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi l-kazijiet ta’ sidien li ma kellhomx klieb mikroċippati u li ttieħdu jew ser jittiehdu passi legali dwarhom mill-Pulizija mis-sena 2013 s'issa kienu tmienja (8) kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. It-tabella turi wkoll f’hiex wasal kull wieħed minn dawn il-kazi.

Għases tal-Pulizija – rapporti ta’ serqiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21239 u ċjoè:B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20953, jista' l-Ministru jgħid kemm mir-rapporti li saru rigward pick-pocketing f'kull lokalità msemmija, spiċċaw il-Qorti? Jista' jgħid ukoll jekk mill-persuni li ttelgħu fuq pick-pocketing, kemm instabu ħatja, lokalità lokalità?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-ebda minn dawn il-kazi ma ġie solvut.

Għases tal-Pulizija – rapporti ta’ serqiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21240 u b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20953, jirriżulta illi filwaqt li fl-2014 kien hemm 113 każ ta’ pick-pocketing fil-Belt Valletta, din is-sena sal-lum kien hemm 219 każ, żieda ta' 106 każ. Jista' jgħid x'qiegħed jagħmel biex irażżan il-pickpocketing? Jista' jgħid x'miżuri ħa, qiegħed jieħu u ser ikompli jieħu biex jara illi dawn ir-reati jitrażżnu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-pulizija kemm dawk tad-distrett kif ukoll dawk tat-Taqsima tal-Investigazzjonijiet Kriminali, iwettqu sorveljanza regulari u f’ħinijiet differenti sabiex kemm jista jkun titrazzan il-problema ta’ reati tal-pickpocketing. Apparti minn dan wara kull rapport li tirċievi il-Pulizija titkellem mal-vittmi sabiex kemm jista jkun tiġbor informazzjoni dwar l-aggressur suspettat u lokalitajiet fejn dawn ir-reati jkunu qed isiru biex tkun tista tiffoka aktar ix-xogħol tagħha u zzid l-ispezzjonijiet u sorveljanza fil-lokalitajiet fejn dawn ir-reati jiġu rrapurtati.

Is-Swieqi – break-ins, serq, hit and run u vandaliżmu ieħor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati rapporti ta’ break ins, serq, hit and run u kull tip ta’ vandaliżmu ieħor fil-lokalità tas-Swieqi, sena b’sena mill-2008 sad-data li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni relatata ma’ rapporti hekk kif reġistrati mill-pulizija fir-rigward tal-lokalita’ ta’ Swieqi, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Ġwann – break-ins, serq, hit and run u vandaliżmu ieħor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati rapporti ta’ break-ins, serq, hit and run u kull tip ta’ vandaliżmu ieħor fil-lokalità ta’ San Ġwann, sena b’sena mill-2008 sad-data li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni relatata ma’ rapporti hekk kif reġistrati mill-pulizija fir-rigward tal-lokalita’ ta’ San Ġwann, qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Pembroke – break-ins, serq, hit and run u vandaliżmu ieħor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati rapporti ta’ break-ins, serq, hit and run u kull tip ta’ vandaliżmu ieħor fil-lokalità ta’ Pembroke, sena b’sena mill-2008 sad-data li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni relatata ma’ rapporti hekk kif reġistrati mill-pulizija fir-rigward tal-lokalita’ ta’ Pembroke, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-Imsida – break-ins, serq, hit and run u vandaliżmu ieħor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati rapporti ta’ break-ins, serq, hit and run u kull tip ta’ vandaliżmu ieħor fil-lokalità tal-Imsida, sena b’sena mill-2008 sad-data li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni relatata ma’ rapporti hekk kif reġistrati mill-pulizija fir-rigward tal-lokalita’ tal-Imsida, qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.