Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għargħur — Zebra crossing

Question

Tista' issir zebra crossing fi Triq Dun Salvatore Zarb li tisbokka għal Triq Caravaggio, fil-Għargħur?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li ma kien hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali Għargħur għal tali zebra crossing.

Donazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ingħataw sitt sponsorships ta' bejn Lm100 u Lm200 il-wieħed total ta' Lm 1,100 għal skopijiet ta' eżibizzjonijiet relatati ma' l-arti jew arkitettura.

Ħaż-Żebbuġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx talba biex Triq Dun Karm Psaila, Ħaż-Żebbuġ issir one way 'l isfel minn Misraħ Ħal Dwieli? Jista' jgħid jekk it-talba hux se tintlaqa' u meta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic Management Unit irriżulta li m'hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali Żebbuġ sabiex Triq Dun Karm Psaila issir one-way ‘l isfel minn Misraħ Ħal Dwieli. It-Traffic Management Unit ser jikkuntattja lill-Kunsill rigward din it-talba.

Attard — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru f'H'Attard fl-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'din is-sena? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel grupp ta’ toroq li se jsiru f’Ħ'Attard u l-kuntratturi li se jagħmlu dan ix-xogħlijiet huma:- Triq Zragen - Central Asphalt Ltd Triq Bettija Triq il-Mixtla - Road Servicing Ltd Triq is-Sardinella Triq il-Fikus Triq iż-Żbiba p/o Triq L Manche’ Triq il-Larinġ - Alfred Schembri & Sons Ltd Triq iż-Żahar Triq it-Taħħan p/o Triq Emvin Cremona Triq Peter Paul Rubens. Dawn ix-xogħlijiet se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.

Mosta — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru fil-Mosta fl-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'din is-sena? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevol Interpellant li l-ewwel grupp ta’ toroq li se jsiru fil-Mosta u l-kuntratturi li ser jagħmlu dawn ix-xogħlijiet huma:- Triq San Gużepp - Penza Tarmac Ltd Triq San Paċifiku Triq Salvu Gatt Triq il-Kultellazz - Bonnici Bros Triq Runzinjol Triq Ħuttaf - Road Servicing Ltd Triq Gardell Triq iċ-Ċinju - Road Maintenance Services Triq it-Torri Triq Ruzar Mizzi - Philip Agius & Sons Ltd Triq l-Għadajjar - Blockrete Ltd Triq in-Naħal Ix-xogħol fi Triq San Ġużepp, San Paċifiku u Salvu Gatt inbeda filwaqt li x-xogħol l-ieħor mistenni li jibda fil-ġimgħat li ġejjien.

Ħaż-Żebbuġ — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru f'Haż-Żebbuġ fl-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'din is-sena? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevli Interpellant li l-ewwel grupp ta’ toroq li se jsiru din is-sena f’Ħaż Żebbuġ huma:- Triq Għarram Dawret in-Niżla ta’ San Pawl Triq Geraldu Farrugia Triq l-Għeneb Ix-xogħlijiet fi Triq Għarram, Dawret in-Niżla ta’ San Pawl u Triq Geraldu Farrugia ser isiru minn E & S Mifsud Ltd filwaqt x-xogħlijiet fi Triq l-Għeneb se jsiru minn Bonnici Bros Ltd. Dawn ix-xogħlijiet huma mistennija li jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.

Rabat, Malta — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru fir-Rabat, Malta fl-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'din is-sena? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li hemm ippjanat li fir-Rabat ser isiru t-toroq li ġejjin:- Triq San Martin Triq il-Mitħna Triq Doni l-Qadima p/o Triq Ta’ Namura. Dawn ix-xogħlijiet se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Imġarr — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru fl-Imġarr fl-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'din is-sena? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq Triq Ġorġ Zammit. Dan ix-xogħol qed isir minn Bitmac Ltd.

Tas-Sliema — Reserved Parking

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22447, il-każ huwa ġo Triq Howard Tas-Sliema, l-uniku każ li ħa deċiżjoni dwaru l-ombudsman. L-ombudsman għandu dritt huwa stess jagħti reserved parking u f'każ fl-affermattiv, b'liema legal notice jew liġi jista' ikun hemm iżjed każi fejn l-ombudsman jordna li jsiru reserved parking?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Skond l-Att dwar l-Ombudsman, il-funzjoni ta’ l-Ombudsman hi li jinvestiga kull azzjoni li ssir minn jew f’isem il-Gvern jew awtorità wara li, fost l-oħrajn, jasallu ilment bil-miktub minn xi persuna li tippretendi li tkun ġiet leża minn dik l-azzjoni. F’każ li l- Ombudsman isib li bl-azzjoni li dwarha jkun sar l-ilment tkun inkisret xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ l-artikolu 22 ta’ l-imsemmi Att, hu jista’ jirrakomanda – u mhux jordna – li jingħata xi rimedju. Jien infurmat min-naħa ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport li qatt ma ġiet ordnata mill- Ombudsman biex isir xi parkeġġ riservat. Fir-rigward tal-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, li l-persuna konċernata kienet ħadet il-każ tagħha quddiem l- Ombudsman u dan irrakkomanda li fid-dawl ta’ kif qed tkun applikata l- policy eżistenti din il-persuna għandha tkun intitolata għal parkeġġ riservat. Huwa fid-diskrezzjoni tal-ADT jekk tapplikax ir-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman. F'dan il-każ partikolari l-persuna li resqet l-ilment mietet u għalhekk il-każ waqa'.

Gżira — Unloading signs

Question

Jista' il-Ministru jgħid għal liema raġunijiet tneħħiet it-tabella ta' l-unloading li kien hemm mal-ħanut li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li hija bżonnjuża ħafna għall-ħanut u li għal snin sħaħ ma ħolqot problema għal ħadd fit-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta ġiet mitluba mill-Kunsill Lokali tal-Gżira, b'ittra datata 15 ta' Ġunju 2006, sabiex tinvestiga każ ta' allegat abbuż mill-użu ta' un/loading bay li għaliha qed tirreferi din il-mistqosija parlamentari. L-użu ta' tali un/loading bay ġie investigat minn uffiċjali ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta u ġie kkonfermat li tali bay kienet qed tintuża bħala estenzjoni tal-ħanut billi bdew jiġu eżibiti oġġetti għall-bejgħ fuqha u f'ġranet oħrajn tali bay kienet qed tintuża għal-parkeġġ tal-karozzi privati. Għaldaqstant, il-permess ta' tali un/loading bay ġie revokat fit-30 ta' Novembru, 2006.

Toroq f'Ħal Qormi

Question

Wara li l-Gvern ħabbar f'Awissu 2006 u ġie speċifikat permezz ta' leaflet ippubblikat mill-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq flimkien ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta (ADT) fil-11 ta' Awissu 2006, il-lista ta' toroq residenzjali li se jinbnew u issa li anke ġew allokati l-kuntratti lill-kuntratturi li se jagħmlu dan ix-xogħol, jista' il-Ministru jgħid b'liema dati huma marbutin il-kuntratturi biex jibdew dan ix-xogħol u jispiċċawh, fuq dawn it-toroq f'Ħal Qormi: Triq Fonzu Meli; Triq il-Kaċċaturi; parti minn Triq Bellic; Triq ta' l-Armal; Triq ir-Ragħaj; Triq Mons Gerald Frendo u Triq Ġuże Maria Camilleri?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li l-kuntratturi ġew allokati t-toroq li ser jaħdmu fihom, dawn applikaw għal permessi meħtieġa mill-ADT liema permess ikun jinkludi proċess ta’ koordinazzjoni mall-entitajiet tas-servizzi. Kif joħorġu dawn il-permessi l-ADT toħroġ l-ordni biex jibda x-xogħol. Il-kuntrattur hu marbut bi tnax-il ġimgħa sabiex ilesti dawn ix-xogħlijiet.

Toroq fis-Siġġiewi

Question

Wara li l-Gvern ħabbar f'Awissu 2006 u ġie speċifikat permezz ta' leaflet ippubblikat mill-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq flimkien ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta (ADT) fil-11 ta' Awissu 2006, il-lista ta' toroq residenzjali li se jinbnew u fis-26 ta' Diċembru 2006, tħabbar li għadd ta' toroq se jitlestew sa Mejju 2007, jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju tal-proċess wasal ix-xogħol għal bini ta' dawn it-toroq li ġejjin fis-Siġġiewi: Ta' Fonzu Area (Wearing Course); NS in Blat il-Qamar; NS parallel to Blat il-Qamar; Triq Dun Manuel Zammit; NS in Triq Nicolo Baldacchino; Part of Triq Angelo Dorin; Triq John Debattista? Għaldaqstant meta hu ppjanat li jinbeda u jitlesta x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li Triq John Debattista diġa ġiet mibnija u asfaltata f’Diċembru li għadda. It-toroq li se jsiru fis-Siġġiewi kienu indikati bħala prijorita mill-Awtorita dwar it-Trasport flimkien mall-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi. It-Toroq li ser isiru ma' l-ewwel lot :- 1) Triq Dun Manwel Zammit 2) Triq Gdida fi Triq Blat il-Qamar 3) Triq Gdida parallel ma’ Triq Blat il-Qamar u 4) Triq Gdida fi Triq Angelo Dorini. Il-kuntrattur jingħata l-ordni biex jibda x-xogħol kif joħroġ il-permess meħtieġ liema permess jinkludi proċess ta’ koordinazzjoni mall-entitajiet tas-servizzi. Il-kuntrattur ħa jkun marbut b’sittax-il ġimgħa sabiex ilesti dawn ix-xogħlijiet. It-toroq l-oħra jiġu mibnija bħala parti mill- lots li jridu joħorġu sa l-2008.

Toroq f'Ħal-Luqa

Question

Wara li l-Gvern ħabbar f'Awissu 2006 u ġie speċifikat permezz ta' leaflet ippubblikat mill-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq flimkien ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta (ADT) fil-11 ta' Awissu 2006, il-lista ta' toroq residenzjali li se jinbnew u fis-26 ta' Diċembru 2006, tħabbar li għadd ta' toroq se jitlestew sa Mejju 2007, jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju tal-proċess wasal ix-xogħol għal bini ta' dawn it-toroq li ġejjin f'Ħal-Luqa: Triq Ġanni Vassallo; Triq Patri Indri Schembri; Triq Sebastjanu Saliba; Triq Dun Ġużepp Micallef; Triq Ġużeppi Elul; Triq Pietru Saliba; Triq l-Ekru u Misraħ iż-Żgħażagħ? Għaldaqstant meta huwa ppjanat li jinbeda u jitlesta x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li x-xogħol f’Misraħ iż-Żgħażagħ mistenni jibda dan ix-xahar u jieħu ħames ġimgħat biex jitlesta. Triq Ġanni Vassallo, Triq Ġużeppi Micallef u Triq l-Ekru huma t-toroq li se jinbnew f’Ħal-Luqa ma’ l-ewwel lot wara li jkunu indikati mill-Awtorita dwar it-Trasport li jimmerithom prijorita'. Il-kuntrattur jingħata l-ordni biex jibda x-xogħol kif joħroġ il-permess meħtieġ liema permess jinkludi proċess ta’ koordinazzjoni mall-entitajiet tas-servizzi. Il-kuntrattur ħa jkun marbut bi tnax-il ġimgħa sabiex ilesti dawn ix-xogħlijiet. It-toroq l-oħra jiġu mibnija bħala parti mil- lots li jridu joħorġu sa l-2008.

Żabbar — Triq l-Għaxra ta' Settembru 1797

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex Triq l-Għaxra ta' Settembru 1797, Żabbar tiġi rranġata minħabba li kull meta tagħmel ftit xita qed tispiċċa mgħarrqa u dan minbarra l-fatt li hemm bosta ħofor kbar li huma ta' periklu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li ADT qed tagħmel xogħol ta’ maintenance f’din it-triq biex jitnaddfu l-culverts. L-ADT qed tagħmel il-pjanti neċessarji biex din il-problema tissolva.

Mosta — Triq il-Mitħna

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22186, jista' l-Ministru jikkonsidra li jirrikmanda li Triq il-Mitħna, Mosta titwessa' mill-aktar fis possibbli kif hemm ħsieb li jsir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Mosta — Vjal l-Indipendenza

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22187, jista' l-Ministru jikkonsidra u jirrikkmanda li ssir speed camera fi Vjal l-Indipendenza, Mosta minħabba l-overspeeding li hemm f'din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rrakomandazzjoni tiegħu qed tiġi kkunsidrata.

Imġarr — Trasport Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'għadhomx isiru trips mit-trasport pubbliku dirett mill-Imġarr għall-irħula prinċipali wara nofsinhar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Rabat, Għawdex — Trasport Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jerġgħu jibdew isiru t-trips b'mod regolari mit-trasport pubbliku mir-Rabat għal San Lawrenz, Għarb u Għasri, liema trips ġew imnaqqsa minħabba x-xogħlijiet fit-Triq ta' Pinu li issa nfetħet?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Munxar — Triq Ras il-Bajada

Question

Jista' il-Ministru jara jekk fi Triq Ras il-Bajada, Munxar tistax issir sleeping policeman jew xi ħaġa oħra li permezz tagħha l-vetturi jnaqqsu l-veloċita' tagħhom f'ċertu partijiet perikolużi peress li f'ċertu partijiet ta' din it-triq qed iseħħu diversi inċidenti tat-traffiku?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninfurmak fuq it-talba tiegħek sabiex ssir sleeping policeman jew xi ħaġa oħra li permezz tagħha l-vetturi jnaqqsu l-veloċita’ tagħhom f’ċertu partijiet perikolużi fi Triq Ras il-Bajjada l-Kunsill Lokali tal-Munxar diġa ħa l-prewkazzjonijiet meħtieġa billi waħħal tabelli fil-bidu ta’ l-istess triq biex jindikaw li l-veloċita għandha tkun ta 35km/hr u anke għamel s-sinjali fl-art li jindikaw lix xufiera li għandhom inaqqsu l-veloċita tagħhom.