Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista' ta' xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24846 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi u/jew l-Entitajiet u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tiegħi, ma tawx xogħol ta’ konsulenza jew għal ħidma fuq rapporti lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista' ta' xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24847 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fit-2 ta’ Lulju 2015, il-Kumpanija msemmija, ingħatat xogħol ta’ alterazzjonijet u estenzjoni tad-Dar għal persuni b'Diżabilita' ġewwa s-Siġġiewi, għall-valur ta’ €44,452.81. Ix-xogħol ingħata wara li ntalbu kwotazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fiċ-Ċentru Leap ta' Għawdex, f’liema gradi huma dawn il-ħaddiema u x’inhu r-rwol ta' kull ħaddiem?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, maċ-Ċentru LEAP f’Għawdex hemm 2 ħaddiema, fil-grad ta’ Regional Development Agent u Junior Social Mentor.
L-irwoli tagħhom, skont il-grad rispettiv, jinkludu:
· Ir-
Regional Development Agent
huwa responsabbli biex jassisti lil maniġer fl-immaniġjar, koordinament u moniteraġġ tal-aspetti relatati maċ-ċentru li tiegħu huwa responsabbli; jisssorvelja x-xogħol imwettaq mil-
Job Advisors
,
Social Mentors u l-Community Workers
, u finalment ifittex li jikkolabora mal-
istake holders
involuti, bil-għan li tinħoloq kollaborazzjoni u relazzjoni b’saħħitha bejn il-partijiet biex ix-xogħol tal-proġett LEAP ikun effettiv.
·
Il-Junior Social Mentor
huwa inkarigat milli jagħmel kuntatti ma’ diversi kumpaniji lokali biex l-benefiċjarji tal-programm LEAP ikunu integrati f’impjieg sodisfaċenti u wkoll ifittex li jassisti lill-klijenti f’dak li jkollhom bżonn tul il-programmi ta’ taħriġ li jkunu qegħdin isegwu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li huma ssekondati maċ-Ċentru Leap ta' Għawdex, xi grad kellhom dawn il-ħaddiema qabel ġew issekondati, mil-liema dipartiment jew entità governattiva ġew sekondati u xi grad u rwol għandhom issa fiċ-Ċentru Leap ta' Għawdex?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda ħaddiem maċ-Ċentru LEAP ġewwa Għawdex li ġie ssekondat minn xi Dipartment jew Entita’ Governattiva oħra.
Ċentru Leap ta’ Għawdex – ħaddiema li ma kienux impjegati maċ-ċivil
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li ma kenux impjegati maċ-ċivil jew ma’ xi entità governattiva oħra, qabel marru maċ-Ċentru Leap ta' Għawdex? Jista' jgħid kif ġew magħżula u xi grad għandhom fiċ-Ċentru Leap ta' Għawdex?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, iż-żewġ impjegati li saret referenza għalihom f’Mistoqsija Parlamentari numru 24924, ġew magħżula wara li ħarġet sejħa pubblika għal pożizzjonijiet imsemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li llum huma intitolati għall-Pensjoni tal-Invalidità? Jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li kienu intitolati għall-Pensjoni tal-Invalidità fil-31 ta’ Diċembru 2015? Jista’ jgħid kemm minn dawk il-persuni li kienu jieħdu din il-pensjoni fil-31 ta’ Diċembru 2015, illum mhumiex qegħdin jieħdu aktar din il-pensjoni tal-invalidità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnha tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Tip ta’ Pensjoni
Diċembru
Marzu
Differenza
ta’ Invalidità
2015
2016
Decreased National Invalidity Pension (DNIP)
5
5
xejn
Increased Invalidity Pension (IIP)
120
115
-5
Invalidity Pension (IP)
224
213
-11
National Minimum Invalidity Pension(NMIP)
3,750
3,647
-103
Total
4,099
3,980
-119
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24602, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi li jingħataw lill-anzjani li huma inklu¿i fl-iskema tal-Public Private Partnership?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizzi li jingħataw lill-anzjani li huma nklużi fl-iskema tal-Public Private Partnership huma kif stipulat u ndikat fl-istess kuntratt partikulari bejn id-Departiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` u s-Service Provider partikulari.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22460, jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-informazzjoni dwar koppji anzjani li qegħdin jistennew biex jidħlu fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern jew fir-Residenza San Vinċenz de Paul ma tinżammx fil-lista ta’ stennija għad-dħul fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern jew fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Jista’ jgħid teżistix lista ta’ stennija separata għall-koppji anzjani li qed jistennew li jidħlu flimkien fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern jew fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hemm koppji anzjani li qegħdin imniżżla f’din il-lista separata li qed jistennew li jidħlu bħala koppja f’xi waħda mid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern jew fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, b’żieda mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22460, fl-applikazzjonijiet għal dħul fid-djar tal-anzjani tal-Gvern jew fir-Residenza San Vinċenz de Paule, ma jinżammux dettalji separati għall-koppji. Din l-informazzjoni tkun imniżżla, jekk ikun il-każ, meta jsir l-assessjar mit-Tim Mediku Multidixxiplinarju. Jista’ jiġri wkoll li jsiru żewġ applikazzjonijiet separati flok waħda konġunta.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, kull applikazzjoni tiġi kkunsidrata b’mod individwali u abbażi tal-kura meħtieġa fuq bażi personali. Madanakollu, meta jkun il-każ li koppja jkun jista’ jingħatalha l-kura meħtieġa fl-istess Dar jew Residenza, f’din iċ-ċirkustanza ikun possibli li l-koppja tidħol fl-istess Dar jew Residenza dejjem skont jekk ikunx hemm sodod vakanti.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, din is-sena ġew identifikati każijiet ta’ koppji li ġew integrati flimkien.
Residenza ta’ persuni li applikaw għall-Pensjoni tal-Invalidità – assessjar u reviżjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta jkun qed isir l-assessjar u r-reviżjoni tal-Pensjoni tal-Invalidità, issirx ukoll spezzjoni fid-Djar tal-applikanti jew tal-benefiċċjarji? Jekk iva, jista’ jgħid min jorda li jsiru dawn l-ispezzjonijiet, min jagħmel dawn l-ispezzjonijiet u x’inhu l-iskop wara dawn l-ispezzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, spezzjoni fid-djar tal-applikanti jew benefiċjarji ssir fuq talba tal-Bord Mediku fejn, f’ċertu każijiet, ikun jinħass il-b¿onn. Dan isir fuq każijiet fejn barra l-kundizzjoni medika jkun hemm bżonn ukoll assessjar tas-sitwazzjoni soċjali tal-persuna.
Dawn iż-żjarat isiru mis-social workers tad-Dipartiment fejn jagħmlu rapport li jkun ukoll riferut għall-attenzjoni tal-Bord Mediku biex dan tal-aħħar ikun jista’ jasal għal deċiżjoni infurmata.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar il-Victims’ Fund li ġiet imħabbra f’Settembru 2014? Kemm fih fondi, kemm ibbenefikaw nies minnu, u x’inhu l-proċess sabiex wieħed japplika għall-għajnuna taħt dan il-fond?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ikkummissjonax li jsir rapport mill-Caritas? Jekk iva, jista' jgħid jekk dan ir-rapport hux lest? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport? Jekk ir-rapport għadu mhux lest, jista' jgħid meta huwa maħsub li jkun lest?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli ma kkumissjona l-ebda rapport mill-Caritas.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista' ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24841 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi u jew l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tiegħi, ma tawx xogħol ta’ konsulenza jew għal ħidma fuq rapporti lil individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista' ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24839 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi u jew l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tiegħi, ma tawx xogħol ta’ konsulenza jew għal ħidma fuq rapporti lil kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista' ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24840 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi u jew l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tiegħi, ma tawx xogħol ta’ konsulenza jew għal ħidma fuq rapporti lil kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista' ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24838 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista' ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24837 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi u jew l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tiegħi, ma tawx xogħol ta’ konsulenza jew għal ħidma fuq rapporti lil kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ftehim kollettiv ġie rreġistrat mal-Ministeru tiegħu, sena b’sena, għall-perjodu tas-snin mill-2010 sal-2015 u ta’ liema kumpaniji kienu? Jista’ jgħid ta’ liema kumpaniji indikati, l-ex ħaddiema li huma pensjonanti, kellhom il-pensjoni tagħhom aġġustata riżultat ta’ dawn il-ftehim? Jista’ jagħti indikazzjoni meta l-ex ħaddiema pensjonanti l-oħra se jkollhom il-pensjoni tagħhom aġġustata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2010 u l-2015 ġew reġistrati 39 ftehim kollettiv mad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista' ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24842 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi u jew l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tiegħi, ma tawx xogħol ta’ konsulenza jew għal ħidma fuq rapporti lil individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista' ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista' ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.