Jogħġbu l-Ministru jara x'sar mis-siġar li ġew maqlugħa minn biswit il-playing fields f'Tarxien (ħdejn St. Mary Street) sabiex isir il-proġett tal-kunsill lokali ta' Ħal Tarxien?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill ta' Ħal-Tarxien ħa ħsieb sabiex is-siġar li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant jitħawlu fi bnadi oħra f'Ħal-Tarxien stess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-valur fi flus tax-xogħlijiet / proġetti li qed isiru fil-mument mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru għall-Ambjent fuq talba tal-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħati b/down (kunsill kunsill) tal-kontijiet pendenti li għandhom il-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex mad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni għada qed tinġabar, u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'kienu r-raġunijiet li ma applikax l-użu tal-vaċċina bħala miżura ta' prevenzjoni?
Jista' jgħid meta saru laqgħat mat-tobba, veterinarji u l-kooperattivi tar-raħħala u/jew rappreżentanti tagħhom sabiex tiġi diskussa din il-posizzjoni ta' miżura ta' protezjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u dwiefer fil-ġżejjer tagħna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kif diġa ġie spjegat fi Press Release No. 376, il-vaccin kontra l-Foot and Mouth jintuża biss jekk epidemioloġikament ikun hemm raġuni.
Ninsab infurmat illi mbarra laqgħa ġenerali li saret għal kull min hu kkonċernat fis-19 ta' Marzu 2001, saru ħafna laqgħat oħra u kuntatti regolari ma gruppi jew individwi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24297?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nies li jaħdmu l-biċċerija bħalissa huwa 158 filwaqt li nies li kienu jaħdmu f'Settembru 1998 kien 145. Postijiet li mtlew dawn l-aħħar sentejn u nofs kienu 16 u dawn bħala biċċiera, veterinarji, spiżjar, uffiċjal agrikolu u security guards.
Jista' l-Minstru jinfurmani kemm u meta saru laqgħat bejn il-ko-operattivi u dipartiment tas-servizzi veterinarji sabiex jingħataw linji ta' gwida lill-kooperattivi u l-produtturi lokali tal-majjal u ħalib frisk?
Jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-linji gwida?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jispeċifika xi jrid ifisser "b'linji ta' gwida".
Jista' l-Ministru jara li jingħataw linji ta' gwida lill-koperattivi tar-raħħala dwar prekawzjonijiet li jeħtieġu li jieħdu fuq l-irziezet tagħhom sabiex jsiru kontroll aktar street għall-prevenzjoni tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-linji ta' gwida fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċirkulari, li kienet diġa tqassmet qabel ma' l-Onor. Interpellant għamel id-domanda tiegħu.
Jista' l-Ministru jara li jingħataw linji gwida lir-raħħala li għandhom il-merħliet tal-mgħoż u n-ngħaġ sabiex jassiguraw li jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa għall-prevenzjoni tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer?
Jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-linji ta' gwida għar-raħħala għal dan il-pjan?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24365.
Jista' l-Ministru jara li jinħarġu u jingħataw linji gwida lill-kooperattiva u l-produtturi tal-majjal sabiex jassiguraw li jieħdu l-passi u l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa għall-prevenzjoni tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-linji ta' gwida li se jinħarġu biex tkun assigurata din il-prevenzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24365.
Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-ġibjun f'tas-Silġ limiti ta' Marsaxlokk mhux qed ikollu ilma sabiex jaqdi l-ħtiġijiet tal-bdiewa ta' dik iz-zona?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat mill-uffiċjal responsabbli illi l-ġibjun f'tas-Silġ ġie fornut bl-ilma minn nhar it-Tnejn 12 ta' Marzu, 2001.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'miżuri ta' prevenzjoni u kontroll ittieħdu kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fil-gzira ta' Għawdex?
Kemm-il laqgħa saret għall-produtturi tal-majjal, ħalib frisk eċċ sabiex ikun nfurmati dwar dawn il-miżuri u meta saru?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-misuri rrikmandati lil produtturi/raħħala Maltin ġew ukoll rrikmandati lil dawk Għawdxin.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-Onor. Interpellant suppost li jaf li mhuwiex il-mument li jitlaqqaw il-produtturi/raħħala flimkien minħabba l-miżuri kontra l-marda tal-FMD. Pero' nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24365 fejn poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' ċirkulari li ntbagħtet lill-produtturi u r-raħħala.
Jista' l-Ministru jikkunsidra li jingħata kumpens lill-bdiewa li jieħdu l-ilma għat-tisqija tar-raba' mill-impjant ta' San Antnin, peress li dawn tħallew ġimgħat twal bla ilma u ma setgħux isaqqu l-uċuħ tagħhom? Kemm-il tomna raba' fil-fatt tissaqqa minn dan l-impjant?
Response (ZAMMIT, NINU)
Skond l-uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, ma jirriżultax li jkun ġustifikat li jingħata kumpens f'dan il-każ. 2,500 tomna raba tissaqqa bl-ilma msaffi mill-impjant ta' Sant Antnin.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 23935 u jgħid meta nħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni tal-laħam tal-majjal peress li fit-tweġiba huwa refera biss għall-permess li jingħata propju minħabba li jkunu nħarġu dawn il-liċenzji għall-importazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liċenzji jinħarġu mid-Dipartiment tat-Trade fuq rakomandazzjoni ta' numru ta' dipartimenti. Hija ħaġa ovvja illi jekk iddaħħal majjal f'Malta, daħal taħt licenzja ta' importazzjoni li nħarġet fis-snin imsemmija, jiġifieri 1995, 1996, 1997, 1999, 2000 u 2001.
Fid-dawl tar-regoli tal-EUROGEP Protocoll 2000, jista' l-Ministru jinfurmana bil-pożizzjoni tal-bdiewa li jesportaw il-patata għas-suq Olandiż?
Response (ZAMMIT, NINU)
Naħseb li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-EUREPGAP Protocoll 2000. Jekk inhu hekk din hija proposta tal-membri tal-għaqda tan-negozjanti tal-ħxejjex u frott EUREP sabiex bdiewa jiġu approvati li qed jużaw l-Integrated Pest Management u l-Integrated Crop Management, ħalli jkunu jistgħu jikkompetu aktar mal-prodotti tal-bdiewa li huma approvati bħala organic. Il-bdiewa li jkabbru l-patata f'Malta tista' tgħid li diġa
jadottaw sistemi tal-
Integrated Pest Management
u tal-
Integrated Crop Management
għaldaqstant dan il-Protocol ma jaffetwax il-pożizzjoni tal-bdiewa li jesportaw il-patata għas-suq Olandiż.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu l-biċċerija bħalissa? Kemm kien hemm f'Settembru 1998? Liema postijiet imtlew dan l-aħħar sentejn u nofs?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 23832, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra jew jgħaddili kopja kunfidenzjalment dwar l-arranġament ta' esportazzjoni li ntlaħqu ma' l-esportaturi Olandiżi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma sar ebda tibdil għal ftehim dwar l-esportazzjoni tal-patata lokali matul 1999-2000 li kien rivedut fil 31 ta' Jannar 2000.
Iżda din is-sena kawża tal-mard tal-bhejjem li qiegħed jaħkem fl-Ewropa inħolqot skarsezza tal-mezzi tal-ġarr fiċ-ċirkulazzjoni. Għaldaqstant kien meħtieġ li isir qbil mal-kuntratturi Olandiżi biex jinbidel il-mod ta' tagħbija għal parti mill konsenja totali.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 23831, jista' l-Ministru jwieġeb għas-sena 1999 u 2000? Jista' jgħid għaliex ma kien hemm ebda pjan f'dawn is-snin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma għandi xejn xi nżid mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23831.
Jista' l-Ministru jgħid lid-Dipartiment tas-Sajd jinfurmani bis-sitwazzjoni taż-żewġ koperativi dwar it-tender tat-tonn separatament?
Jista' jinfurmani jekk ikkomunikax xi forma ta' proposta partikolari lil xi waħda mill-koperattivi?
Jekk fl-affermattiv, x'kienu l-proposti u l-iżviluppi?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba diġa ingħatat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24074.