Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29988 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ko-operazzjoni — Agrikoltura

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk kienx hemm diskussjonijiet ta' kooperazzjoni fl-oqsma ta' l-Agrikoltura bejn Malta u New Zealand matul dawn l-aħħar tlett snin? Jekk iva x'kienu u fliema stadju waslu? Jekk le jista' jikkunsidra li jibdew? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (BORG, JOE)

Peress li d-diskussjonijiet li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Membru jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd, nitlob li l-Mistoqsija ssir lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #29891 Sitting 646 2001-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

European Security and Defense Policy

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-interlocutors li ġew nominati minn Malta fuq il-political and security committe u il-military committeee kif wkoll il-point of contact mal-military staff fil-kuntest tal-european security & defence policy tal-UE?

Response (BORG, JOE)

Il-persuni nominati minn Malta huma kif ġej: 1. L-Interlocutor fuq il-political and security committee huwa l-Ambaxxatur Victor Camilleri, u bħala sostitut, hemm Ms Michelle Micallef, First Secretary. 2. L-Interlocutor fuq il-military committee huwa l-Kurunell Carmel Vassallo, Deputy Commander AFM. 3. Il-Point of contact għall-military staff huwa l-Maġġur Martin Xuereb, CFSP Attache fl-Ambaxxata ta' Malta fi Brussell.
Leg 9 PQ #29885 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Konvenzjonijiet kontra l-Korruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Malta mistennija li tiffirma il-Council of Europe Civil Law Convention on Corruption? Meta mistennija taċċedi għall-OECD Convention on Combating Bribery of Foreign Public Officials in International Business Transactions kif wkoll meta mistennija tingħaqad mal-UN anti-corruption programme for Drug Control and Crime Prevention? Malta għandha xi ħsieb li tal-lineja ruħa mal-konvenzjoni għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-kommunita ewropeja u il-protokolli tagħha?

Response (BORG, JOE)

Ninsab infurmat li l-Gvern Malti qiegħed jagħmel l-istudji meħtieġa sabiex ikun jista' jikkunsidra l-implikazzjonijiet tal-iffirmar minn Malta tal-Council of Europe Civil Law Convention on Corruption u dawk biex Malta taċċedi għall-OECD Convention on Combating Bribery of Foreign Public Officials in International Business Transactions (avolja Malta għadha mhiex membru ta' l-OECD). Dwar il-UN Anti-Corruption Programme for Drug Control and Crime Prevention, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li Malta, bħala stat membru tal-UN, diġa tattendi laqgħat ta' dan il-programm. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nixtieq ngħid li Malta qegħda tagħmel l-preparamenti neċessarji biex tallineja ruħha ma din il-Konvenzjoni u l-Protokolli tagħha. Din il-Konvenzjoni u l-Protokolli huma miftuħa biss għall membri ta' l-Unjoni Ewropea, u għalhekk Malta tkun f'pożizzjoni li taċċedi għal din il-pożizzjoni meta tissieħeb fl-Unjoni.
Leg 9 PQ #29878 Sitting 644 2001-11-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

National Programme for the Adoption of the Acquis

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jitlesta n-national programme for the adoption of the acquis aġġornat? Meta mistenni jiġi ippreżentat lill-kummissjoni ewroppeja?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-National Programme for the Adoption of the Acquis għall-2001 qiegħed jiġi ffinaliżżat. Huwa mistenni li jitlesta u jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea sal-aħħar ta' dan ix-xahar. Malli dan isir titqieghed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29879 Sitting 644 2001-11-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

European Social Charter

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li jiġi iffirmat il-european social charter rivedut? Malta meta mistennija tiffirma il-protokolli 4 u 7 tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Response (BORG, JOE)

Il-European Social Charter rivedut bħalissa qiegħed jigi studjat minn Kumitat imwaqqaf għal dan il-għan fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Socjali. Wara dan l-istadju tittieħed id-deċiżjoni dwar l-iffirmar u r-ratifika. Il-protokolli 4 u 7 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem qegħdin jigu kkunsidrati mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali sabiex jiġi determinat jekk emendi fil-liġi ikunux meħtieġa qabel ir-ratifika.
Leg 9 PQ #29634 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Trade Meeting

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien ir-rappreżentant ta' pajjiżna fil-Qatar WTO Trade meeting li sar f'Novembru ta' din is-sena? X'Kienu t-talbiet li għamel il-gvern Malti lill-WTO sabiex jiproteġġi l-interessi tal-poplu?

Response (BORG, JOE)

Id-delegazzjoni ta' Malta fil-Qatar għall-Konferenza Ministerjali tal-WTO kienet immexxija mill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, il-Professur Josef Bonnici, u kienet tinkludi lis-Sur Paul Zahra, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, lis-Sur Ray Cachia Zammit, Assistent Personali tal-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u lis-Sur P Clive Agius mill-Missjoni Permanenti ta' Malta f'Ġinevra. Nitlob lill-Onorevoli Membru biex jirreferi t-tieni parti tal-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #29635 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'inhuma l-539 special safeguard provision for agriculture produce li l-UE għandha reġistrati mad-WTO sabiex tiproċedi l-Biedja tal-popli tal-pajjiżi membri? Ma jħossx li fid-dawl ta' dan, ma jagħmilx sens li pajjiżna jneħħi l-ftit protezzjoni li għandu sabiex jiproteġġi s-settur tal-Biedja tal-gzejjer tagħna?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #29637 Sitting 643 2001-11-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'inhuma l-87 Tariff Quotas li l-UE għandha reġistrati mad-WTO sabiex tipproteġġi prodotti partikulari li jipproduċu l-bdiewa u raħħala tal-pajjiżi membri? Ma jħossx il-Ministru li fid-dawl ta' dawn is-sistemi ma jagħmilx sens li l-Gvern Malti jċedi l-protezzjoni żgħira li għandu sabiex jipproteġġi s-settur tal-Biedja tal-gżejjer tagħna u dan meta l-biedja hija l-garanzija tal-provista ta' l-ikel frisk tal-poplu tagħna?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #29577 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28170?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġa irrispondejt il-Mistoqsija numru 28170 fis-seduta numru 610 meta weġibt il-Mistoqsija numru 28341 li kienet tirreferi għall-Mistoqsija 28170.
Leg 9 PQ #29578 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ħabsin Maltin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif mitlub f'mistoqsija parlamentari nru. 24158 aġġornat għal-lum?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li diġa' rrispondejt il-mistoqsija numru 24158 fis-seduta 529 meta weġibt għall-Mistoqsija numru 24703 li kienet tirreferi għall-Mistoqsija numru 24158. Kif mitlub, qiegħed nagħti l-informazzjoni li ġejja biex naġġorna t-tagħrif mogħti minni fir-risposta għall-Mistoqsija numru 24703. Pajjiż Numru ta' priġ unieri Akkuż a Sentenzjat/arrestat Aċ ċ ess konsolari Franza 1 Attentat ta' qtil Arrestat Iva U.S.A. 1 Offiża ta' droga Arrestat Iva U.A.E. 1 Sewqan taħt l-influwenza ta' xorb Sentenzjat Iva Nixtieq ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li persuna li kienet qed tiskonta sentenza ta' ħabs fil-Marokk ġiet meħlusa wara intervent mill-Gvern Malti.
Leg 9 PQ #29613 Sitting 641 2001-11-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Sajjieda Għawdxin

Question

B'referenza għat-tweġiba parlamentari nru 29209 dwar il-problema tas-sajjieda Għawdxin, jista' l-Ministru jinfurmani min informa lis-sajjieda Għawdxin bl-iżviluppi li seħħew min naħa tal-Gvern Malti? Jista' l-Ministru jinfurmani meta saru il-laqgħat ta' kontinwazzjoni mal-kooperattivi tas-sajjieda u sajjieda Għawdxin dwar din is-sitwazzjoni?

Response (BORG, JOE)

Il-Ministeru tiegħi ma kellux kuntatt dirett mas-sajjieda Maltin jew Għawdxin dwar il-kwistjoni mis-sajjieda Tuneżini. Madanakollu, il-Ministru tiegħi bagħat ittra lill-Kooperattiva Nazzjonali tas-Sajd Limited, bi tweġiba għall-ittra li l-Kooperattiva bagħtitli dadata 26 ta` Ottubru 2001. Dwar kuntatti li setgħu saru u rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant jitlob l-informazzjoni li jeħtieġ mingħand il-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #29624 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. Hemm ukoll il-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Voice of the Mediterranean li huwa magħmul minn erba` kunsillieri, tnejn nominati mill-Gvern Malti u tnejn mill-Gvern Libjan, li jaġixxu ta` Chairman on a rotation basis. Il-Voice of the Mediterranean jittmexxa mis-Sur Richard Muscat li jokkupa l-kariga ta` Managing Director.
Leg 9 PQ #29441 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Position Papar tal-Biedja

Question

B'referenza għas-supply measures li talab il-Gvern fil-position paper tal-Biedja dwar is-sħubija ta' Malta fl-UE li jkopri l-materja prima tal-prodotti ta' l-ikel jew ukoll l-istess użu ta' sors bħala kompożizzjoni fi prodotti oħra?

Response (BORG, JOE)

Peress li l-Mistoqsija hija ta' natura teknika, nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #29442 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Tneħħija ta' Levies

Question

Peress li qed jintqal li se jitneħħew il-levies ta' protezzjoni tal-biedja lokali bi sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE, u fl-istess ħin il-Gvern qed jitlob supply measures fid-diversi prodotti ta' l-ikel, dan jikkonferma li levies ta' protezzjoni se jitneħħew bejn il-pajjiżi ta' l-UE biss? Jekk huwa l-każ, x'inhuma r-raġunijiet ta' din l-politika?

Response (BORG, JOE)

Peress li l-Mistoqsija hija ta' natura teknika, nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #29347 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Korp Diplomatiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' pożizzjoni kellha l-persuna li isimha qed jintbagħat under separate cover fil-Korp Diplomatiku? Meta ngħaqdet mal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin? Fejn u meta serviet lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin barra minn Malta? Meta spiċċat mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u għaliex?

Response (BORG, JOE)

Il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant nħatret Uffiċċjal Diplomatiku (Affarijiet Ekonomiċi) b'seħħ mill-4 ta' Mejju 1984, prinċipalment biex taqdi dmirijiet fl-Ambaxxata Maltija fi Tripli. Dan l-uffiċċjal serva fl-Ambaxxata Maltija fi Tripli bejn it-12 ta' Mejju 1984 u 31 ta' Lulju 1988. Din il-persuna rtirat mis-servizz pubbliku bl-eta ta' 61 sena b'seħħ mit-30 ta' April 1997, u sa din id-data kienet għada taħdem fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
Leg 9 PQ #29488 Sitting 635 2001-11-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Free Trade Agreement

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tat-taħdidiet mal-Gvern Tuneżin f 'Tuneż dwar il-free trade agreement? Meta mistenni jiġi konkluż? Inqatgħu xi intoppi tekniċi fil-proċess tat-taħdidiet? Hemm xi taħdidiet oħrajn għaddejjin dwar ftehim ieħor simili ma xi pajjiżi oħrajn bħalissa? Jekk iva, liema huma?

Response (BORG, JOE)

Id-diskussjonijiet mal-Gvern Tuneżin għall-konklużjoni ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles waslu fi stadju avvanzat ħafna. Ta' min wieħed ifakkar li f'dawn it-taħdidiet huma nvoluti numru ta' Ministeri, fosthom il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. Huwa dan il-Ministeru illi jidderieġi t-trattattivi, u għalhekk jkun jaf aħjar x'punti tqajmu ta' natura teknika miż-żewġ naħat. Kemm l-Eġittu kif ukoll it-Turkija wrew interess fil-possibilita' li Malta tagħmel ukoll magħhom Ftehim ta' Kummerċ Ħieles. Sa issa, għadhom ma bdewx taħdidiet formali ma' dawn iż-żewġ pajjiżi.
Leg 9 PQ #29209 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar l-aħħar żviluppi tal-kwistjoni bejn is-sajjieda Għawdxin u Tuneżini? Kemm saru laqgħat Interministerjali u laqgħat ma l-Ambaxxata tat-Tuneżija f' Malta u mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Tuneżin?

Response (BORG, JOE)

Apparti mill-kuntatti diretti li saru bejn l-Awtoritajiet tas-Sajd taż-żewġ pajjiżi, meta l-Ministeru rċieva rapport uffiċċjali dwar l-inċidenti li kienu nqalgħu bejn sajjieda Maltin u Tuneżini fl-ibħra internazzjonali, l-Gvern Malti talab lill-Gvern Tuneżin sabiex jinvestiga. Fil-laqgħat li saru bejn rappreżentanti taż-żewġ Gvernijiet, kien hemm qbil li ż-żewġ naħat għandhom jikkollaboraw flimkien ħalli jsibu soluzzjonijiet dejjiema dawn il-problemi. Dan il-punt ħareġ ċar aktar u aktar matul iż-żjara li għamel il-Prim Ministru Malti fit-Tuneżija fil-25 u s-26 ta' Ottubru 2001.
Leg 9 PQ #29341 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Excise Duty

Question

Jista' l-Ministru jgħid minħabba li fl-Unjoni Ewropea l-inqas excise duty fuq is-sigaretti hi 57% tar- retail price x' kienet il-pożizzjoni ta' Malta fin-negozjati li għaddejjin? Intalab xi transition period biex l-excise duty li trid l-Unjoni Ewropea ma jidħolx mill- ewwel?

Response (BORG, JOE)

Ir-rata ta' tassazzjoni fuq is-sigaretti f'Malta, jiġifieri l-Excise Duty flimkien mall-Value Added Tax, hija diġa' konformi mar-rata minima permessibbli skond ir-regoli tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk ma kien hemm ebda bżonn li jintalab xi forma ta' arranġament speċjali f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #29424 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Tariffi

Question

Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?

Response (BORG, JOE)

Id-drittijiet għall-awtentikazzjoni ta' ċertifikati li kienu ta' LM2 ġew riveduti bis-saħħa tal-Avviż Legali 237 ta' l-2001. Jien qiegħdt kopja ta' dan l-Avviż Legali fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta 612 tat-8 ta' Ottubru 2001.
Leg 9 PQ #29097 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (BORG, JOE)

Il-Ministeru għandu postijiet vakanti fil-gradi ta' Ambaxxatur, Second Secretary, Policy Officer, Senior Legal Officer, Junior Legal Officer u MIC Support Officer. Diġa ttieħdu passi biex jimtlew postijiet fil-gradi ta' Second Secretary, Policy Officer u MIC Support Officer.