Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaddiema — Abbuż min employers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' servizzi qed jingħataw il-ħaddiema li jressqu każijiet ta' abbuż minn employers quddiem il-Labour Office minħabba li ma jkunux organizzati fi trade union? X'tip ta' taħriġ għandhom l-impjegati li jitrattaw każijiet bħal dawn f'dan id-dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-'Enforcement Secion' tad-Dipartiment tas-Xogħol ma tagħmel ebda distinzjoni bejn ħaddiema rappreżentati minn xi 'union' u oħrajn li m'humiex hekk rappreżentati. Kull ilment li tirċievi jiġi eżaminat fid-dawl tal-liġi, u fit-termini tal-ftehim kollettiv u/jew tal-ftehim bil-miktub fejn dawn japplikaw. L-uffiċċjali li jipprovdu dan is-servizz huma magħżula għal tal-apposta minn fost dawk li għandhom l-adattabilita' għal dan ix-xogħol u li għandhom l-esperjenza. 9.11.98

Koperattivi — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna qed jagħti l-Gvern lill-Koperattivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li: Il-Gvern jirrikonoxxi l-valur ekonomiku u l-kontribut soċjali tal-Koperattivi huwa marbut biex isaħħaħ dawk li jeżistu u li jkattar koperattivi ġodda. Permezz tal-Bord tal-Koperattivi, il-Gvern: 1. jirreġistra u jeżerċita kontroll; 2. iħeġġeġ it-twaqqif ta' koperattivi ġodda fis-setturi kollha ta' l-ekonomija, inklużi koperattivi soċjali, dawk tal-ħaddiema, produtturi u konsumaturi; 3. jipprovdi pariri u konsulenza lil dawk li jridu jwaqqfu koperattivi ġodda kif ukoll lill-koperattivi eżistenti fl-operat tagħhom. L-Gvern jaqbel i għandu jitkompla x-xogħol tar-reviżjoni tal-liġi u b'hekk tiġi aġġornata għall-ħtiġijiet soċjali u kummerċjali b'tiżwieqa akbar ta' koperattivi. Il-Gvern jemmen ukoll fit-tixrid tal-valuri li huma s-sisien ta' koperattivi u għalhekk qed ikompli jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Proġett 'Scoops' - esperjenzi koperattivi għall-studenti fil-livell sekondarju. 9.11.98

Għajnuna Soċjali — Ħlasijiet

Question

Jaf il-Ministru bid-dewmien f'każijiet ta' ħlasijiet ta' għajnuna soċjali bħal pensjonijiet tar-romol, injury fuq il-post tax-xogħol eċċ? X'qiegħed isir min-naħa tal-Gvern biex jinqata' dan id-dewmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena konxju li f'ċerti każijiet ta' ħlasijiet ta' Benefiċċju Soċjali jista' jkun hemm xi dewmien. Ħafna drabi, jirriżulta li dan id-dewmien ikun riżultat ta' diversi fatturi. M'hemmx dubju li l-liġi fiha nifsiha titlob ċerti verifiki li huma meħtieġa biex jiġi assigurat li l-ammont ta' benefiċċju li jitħallas jkun dak korret. Dan joħloq dewmien. B'dana kollu biex kemm jista' jkun il-Benefiċċji jinħarġu f'waqthom qed isir sforz biex jiġu komputerizzati mhux biss is-sistemi tal-pagamenti tal-Benefiċċji, iżda aktar importanti s-sistemi li bihom dawn jiġu assessjati. B'hekk id-dritt għall-Benefiċċju jkun jista' jiġi stabbilit kmieni kemm jista' jkun mingħajr dewmien. 9.11.98

Indafa Pubblika — Diffikultajiet finanzjarji

Question

Jaf il-Ministru li l-Koperattiva ta' l-Indafda Pubblika għaddejja minn diffikultajiet finanzjarji minħabba li għadd ta' Kunsilli Lokali għadhom ma ħallsux tas-servizz li tagħthom din il-koperattiva? Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jagħmel il-Gvern biex jara li l-Kunsilli Lokali li għandhom jagħtu lill-Koperattiva jagħmlu dan mill-aktar fis?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Din il-Mistoqsija għandha tiġi ndirizzata lill-Ministru responabbli għall-Kunsilli Lokali. 9.11.98

INIA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huwa d-direttur preżenti ta' l-Istitut Internazzjonali ta' l-Anzjani? X'inhu s-salarju tiegħu? Meta beda fl-inkarigu tiegħu? X'inhuma l-kwalifiki li għandu d-direttur u kif dawn jirrelataw mal-qasam ta' l-anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward Mistoqsijiet Parlamentari numri 632, 633, 634, 635 u 636 l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar. 9.11.98

INIA — Impjegati part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati part-time ġewwa l-INIA? Kemm sigħat huma obbligati li jaħdmu fil-ġimgħa? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward Mistoqsijiet Parlamentari numri 632, 633, 634, 635 u 636 l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar. 9.11.98

INIA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fiċ-ċentru ta' l-INIA qabel ma d-direttur preżenti ħa l-ħatra tiegħu? Kemm hemm impjegati llum u x'inhu l-grad, l-eta' u s-salarju tagħhom? Xi kwalifiki għandu kull wieħed mill-impjegati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward Mistoqsijiet Parlamentari numri 632, 633, 634, 635 u 636 l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar. 9.11.98

INIA — Direttur

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-ġranet li d-direttur ta' l-INIA kien nieqes minn Malta mill-ħatra tiegħu 'l hawn? Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux rapporti fuq iż-żjarat uffiċjali u jistax ipoġġi kopja ta' dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra? Kemm swew lill-INIA dawn iż-żjarat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward Mistoqsijiet Parlamentari numri 632, 633, 634, 635 u 636 l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar. 9.11.98

INIA — Żjarat barrra minn Malta tad-direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il żjara għamel id-direttur ta' l-INIA barra minn Malta? Kemm minn dawn kienu żjarat uffiċjali, fejn saru u meta kienu? X'kienu l-għanijiet ta' kull żjara barra minn Malta? Jista' l-Ministru jgħid x'ħareġ konkretament minn kull żjara?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward Mistoqsijiet Parlamentari numri 632, 633, 634, 635 u 636 l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar. 9.11.98

Djar — Blokk tal-gvern - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jiddefinixxi l-politika tal-gvern dwar il-manutenzjoni tal-partijiet komuni fi blokk tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-politika tal-Gvern f'dan ir-rigward hi dik stabbilita f'Novembru ta' 1992, jiġifieri li r-responsabbilta' għall-manutenzjoni ġenerali ta' partijiet komuni hija dik tal-Gvern. Dawn ix-xogħolijiet jinkludu tibjid ta' tronob u intrajjet, tikħil tal-faċċati tal-blokki tal-'flats', tibdil jew tiswija ta' katusi tad-drenaġġ, tiswija fis-sistema tad-dawl u tibdil u tiswija ta' aperturi u 'meter cupboards' fil-komun. Xogħolijiet ta' natura żgħira huma r-responsabbilta' tar-residenti. Dawn jinkludu: t-taħlib tal-bjut, bdil ta' bozoz, hġieġ jew serraturi miksura u ż-żamma ta' l-indafa fl-intrajjet u turġien komuni. Sa l-1997 il-Gvern kien responsabbli ukoll għall-bdil tal-kanen komuni ta' l-ilma iżda wara l-'Budget' il-għadda, dan ix-xogħol beda jsir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma bla ħlas. 9.11.98

Mosta — Dar ta' l-anzjani

Question

Billi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 14 intqal li t-tibdil ta' l-istaff fid-dar ta' l-anzjani tal-Mosta sar minħabba traskuraġni, jista' l-Ministru jkun iktar ċar għal xiex qed jirriferi ħalli t-tajn li qed jintefa' ikun jista' jiġi ribattut?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għall-allegazzjoni ta' traskuraġni li saret mill-Assistenta Personali tiegħu fl-4 ta' Settembru, 1998 fuq l-istaff li jaħdem fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta. Fir-risposta tiegħi għall-mistoqsija Nru. 18 ma għidtx li kien hemm traskuraġni wara li sar l-istħarriġ meħtieġ. It-tibdil tal-istaff fid-Djar tal-Anzjani kollha qed isir skond l-esiġenzi tas-servizz. 9.11.98

Sptar Monte Carmeli — Każ ta' anzjan

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jiġi trasferit mill-Isptar Monte Carmeli għal San Vinċenz de Paule, minħabba li m'hemmx lok li jibqa' fl-isptar fejn jinsab fil-preżent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-każ ta' din il-persuna biex jiġi trasferit mill-Isptar Monte Carmeli għal San Vinċenz de Paule qed jiġi kkunsidrat. 9.11.98

Sigurta' Soċjali — Foster Mothers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li foster mother tieħu benefiċċju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi li fejn tfal ikunu qegħdin jiffurmaw parti minn familja, inkluż dik ta' ġenitur waħdu, ir-rata ta' benefiċċju, għajnuna jew allowance li titħallas tieħu f'kunsiderazzjoni lil dawn it-tfal. Dan, irrispettivament mill-fatt jekk dawn ikunux ulied naturali, addottati, ulied ir-raġel jew il-mara minn żwieġ ieħor, jew barra miż-żwieġ, inkluż tfal orfni jew li jkunu qed jiġu 'fostered'. Il-qagħda ġenerali tal-'Foster Parents' qed tiġi mħarrġa fl-aspett sħiħ tagħħa, biex naraw jekk wasalx iż-żmien li nipprovdu leġislazzjoni 'ad hoc' li tkun aktar adattata għar-realtajiet soċjali li dawn il-familji jiffaċċjaw. F'dan is-sens ikun tajjeb jekk is-suġġett jitressaq għad-diskussjoni quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali. 9.11.98

Anzjani — Dħul fi djar residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru pendenti għad-dħul fid-djar residenzjali għall-anzjani, dar b'dar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru pendenti għad-dħul fid-djar residenzjali għall-anzjani huwa kif jidher hawn taħt: San Vinċenz de Paule 672 persuna Msida 161 ' Floriana 59 ' Gżira 30 ' Żejtun 136 ' Mosta 55 ' Mtarfa 132 ' 9.11.98

Djar — Isla

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, qed iġġiegħel lir-residenti ta' Triq il-Maċina, l-Isla biex jiffirmaw u joħorġu mill-Block? Jista' l-Ministru jgħid jekk din il-persuna taħdimx mal-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien ġejt infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant m'hijiex impjegata tal-Gvern. Id-dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali ma ħa ebda inizjattiva fis-sens imsemmi mill-Onor. Membru. 9.11.98

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-figuri ta' nies, belt belt, li kienu jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Awissu u Settembru 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lil Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 339 (kopja mehmuża). L-aħħar figuri ppublikati huma ta' Awissu 1998. 9.11.98

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema tip ta' impjieg kienu qed jirreġistraw għalih dawk li kienu jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Awissu u Settembru 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, l-informazzjoni mitluba għax-xahar ta' Awwissu. L-informazzjoni dwar ix-xahar ta' Settembru għad trid tinħadem. 9.11.98

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji għall-mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jitħallsu l-benefiċċji għall-mard lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li beda s-sick leave tiegħu fit-12 ta' Frar, 1998 minħabba mard serju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna msemmija ġiet mogħtija l-Pensjoni ta' l-Invalidita' mis-17 ta' Ottubru, 1998. Il-ħlas dovut tal-Mard ta' qabel din id-data ġie kkalkulat u ser jirċievi benefiċċju għall-perjodu ta' meta kien fuq nofs paga u għal perjodu ta' meta kien bla paga. 9.11.98