Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21113 u jaqsam id-dħul ta' surcharge fuq konsum ta' dawl u ilma minn: 1) lukandi; 2) fabbriki/manifattura u mill-kumplament tal-konsumaturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21041 u jgħid kemm qed toħroġ flus fi produzzjonijiet farmed out il-kumpannija PBS? X'persentaġġ huma dawn il-flus tan-nefqa tal-PBS fuq produzzjoni tal-programmi tagħha għall-iskeda kurrenti tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-isbokk tad-drenaġġ f'Wied il-Għajn u x-Xgħajra se jiġi mdawwar lejn jew jiġi mressaq aktar viċin lejn Wied il-Għajn? Jista' il-Ministru jagħti assigurazzjoni li dan mhux se jseħħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda sbokk ta' drenaġġ f'Wied il-Għajn. L-isbokk preżenti ta' drenaġġ f'Wied Għammieq se jispiċċa darba għal dejjem meta jinbena l-Impjant ta' tisfija tad-drenaġġ.
Ninsab infurmat li l-PBS tħoss li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija ta' natura kummerċjali. Dan minħabba li din l-informazzjoni tista tkun ta' preġudizzju għan-negozju li l-PBS jista jkollha mal-Production Houses fil-futur.
Dawn id-djar tal-produzzjoni huma wkoll fornituri ta' stazzjonijiet televiżivi oħra kompetituri ta' TVM, u allura nifhem li l-PBS trid iżżom il-pożizzjoni kummerċjali tagħa mingħajr ma toħloq għalija żvantaġġi bil-publikazzjoni taċ-ċifri li qed jitlob l-Onor Interpellant.
Jista' il-Ministru jara għaliex fossa fi Triq it-Telleritu, Ħal Għaxaq li suppost titnaddaf b'xejn, mhux l-ewwel darba li ddum ma tiġi mnaddfa, b'inkonvenjent għar-residenti? Jista' il-Ministru jara li nies mid-dipartiment jaraw x'inhu jiġri sabiex jitneħħa l-inkonvenjent?
Response (GATT, AUSTIN)
Jista' l-Onorevoli Interpellant jgħaddi aktar dettalji sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni immedjata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il kumpannija fetħet back office operations f'Malta fl-2004, fl-2005 u fl-2006? Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet li fetħu back office operations f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informażżjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn azjendi jew organizzazzjonijiet li jaħdmu bi qligħ li għandhom kontijiet pendenti mal-WSC u/jew Enemalta bħalissa? Kemm hemm azjendi li nqatalhom id-dawl jew ilma din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21039 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi privatizzata l-petroleum division ta' l-Enemalta? Jekk fl-affermattiv, meta hu previst li ssir din il-privatizzazzjoni? L-aviation fuel se jiġi privatizzat separatament? Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Enemalta qabbdet ħaddiema barranin f'din is-sezzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha l-ħsieb li tikkommerċjalizza id-diviżjoni tal-Petroleum inkluż l-Aviation u qed isir xogħol fuq l-RFP relattiv.
Mhux minnu li l-Enemalta qabdet ħaddiema barranin fis-sezzjoni tal-Avjazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslu t-talbiet li saru għal ftuh ta' sub-post office f'Ħad-Dingli peress li din hi faċilita' neċessarja ħafna f'dan ir-raħal?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 21119.
Jista' il-Ministru jgħid hux se jerġa' jinfetaħ subpost office tal-Maltapost f'Ħad-Dingli peress li n-nuqqas tiegħu qiegħed joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti, b'mod partikolari dawk anzjani? Jekk fl-affermattiv, meta se jinfetaħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Maltapost qiegħda tieħu passi biex tiftaħ Sub-Uffiċju tal-Posta f'Ħad Dingli, fix-xhur li ġejjin.
Peress li kmieni din is-sena l-Ministru fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi dwar il-bdil ta' arbli tad-dawl fil-periklu li jagħtu fi Triq il-Katakombi, Salina, l/o Naxxar, kien qal li se jissewwew qabel is-sajf, jista' jgħid issa meta se jissewwew peress li għadhom fil-periklu li jaqgħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta biddlet tliet arbli fl-area msemmija fil-mistoqsija tiegħu. It-tliet arbli l-oħra mhumiex f'sitwazzjoni daqshekk ħażina li jridu jinbidlu b'urġenza u għalhekk dawn jinbidlu iżjed 'l quddiem.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21047 u jgħid, b'riferenza għad-dipartiment tad-drenaġġ fi ħdan il-water services corporation: kemm inħarġu sejħiet għal promotions matul dawn l-aħħar 12-il xahar? kemm applikaw f'kull każ? Kemm intgħażlu persuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tneħħew ħaddiema mit-tarznari fil-proċess ta' ristrutturar?
Kemm iddaħħlu ħaddiema ġodda fuq bażi full time? Kemm iddaħħlu ħaddiema ġodda fuq bażi part-time?
X'inhu n-numru ta' ħaddiema fit-tarzna llum?
Jista' il-Ministru jaqsam it-tweġiba skond in-nazzjonalita' tal-ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tneħħew ħaddiema mit-tarznari fil-proċess ta' ristrutturar?
Kemm iddaħħlu ħaddiema ġodda fuq bażi full time? Kemm iddaħħlu ħaddiema ġodda fuq bażi part-time?
X'inhu n-numru ta' ħaddiema fit-tarzna llum?
Jista' il-Ministru jaqsam it-tweġiba skond in-nazzjonalita' tal-ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li:
In-numru ta’ ħaddiema li spiċċaw matul il-proċess ta’ ristrutturar li sar f’ Novembru ta’ l-2003 kien jammonta għal 902.
In-numru ta’ ħaddiema ġodda li ddaħħlu fuq bażi full time kien jammonta għal 31 ħaddiem.
In-numru ta’ ħaddiema ġodda li ddaħħlu fuq bażi part time kien jammonta għal 87 apprentist.
In-numru ta’ ħaddiema fit-tarzna illum huwa kif ġej:
Maltin - 1735
Inglizi - 3
Total - 1738.
In-numru ta’ ħaddiema barranin fit-tarzna mpjegati fuq kuntratt temporanju fid-9 ta’ Ottubru 2006 kien jammonta għal 200 maqsuma kif ġej:
Bulgari - 183
Filippini - 14
Polakki - 3
Total - 200.
Jista' il-Ministru jgħid hux minnu li ċ-chairman u CEO tal-MITTS se jirriżenja mill-kariga tiegħu? Huwa minnu li konsulent mal-MITTS li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament se jinħatar minfloku?
Jekk fl-affermattiv, meta se tiġi fis-seħħ ir-riżenja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ġejt infurmat li ċ-Chairman u CEO tal-MITTS Ltd. jixtieq itemm it-term tiegħu fil-bidu tas-sena 2007.
Il-MITTS Ltd. ħarġet applikazzjoni għal-pożizzjoni ta' Kap Eżekuttiv u bħalissa qed isiru l-interviews għal din il-pożizzjoni.
Il-Gvern iħabbar l-ħatra taċ-Chairman tal-MITTS meta jkun f'waqtu.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra s-sejħa li kien hemm għall-privatizzazzjoni tad-depot tal-gass li jinsab fil-Qajjenza ġewwa Birżebbuġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Rapporti
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati rapporti fid-dekasteru tiegħu kull sena għal dawn l-aħħar erba' snin? Kemm swew kull wieħed u x'inhuma dawk pendenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Napprezza jekk l-Onor. Interpellant jispjega x'qed jifhem bil-kelma rapporti.
Jista' il-Ministru jgħid fl-iskeda ġdida kurrenti tal-PBS x'persentaġġ mill-ħin tal-programmi huma maħduma u mtella' mill-ħaddiema tal-PBS stess u farmed out lill-kumpanniji privati?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-percentaġġ mill-ħin tal-programmi li huwa maħdum u mtella' mill-ħaddiema tal-PBS stess huwa ta' 30.5%. Dan il-percentaġġ jinkludi wkoll co-productions bejn il-ħaddiema tal-PBS u dawk kumpaniji privati.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki (bini) u kumpanniji joperaw fl-oqsma industrijali ta' Ħ'Attard, Bulebel, Ħal Far, Kordin, Ħal-Luqa, Marsa, Mosta, Imrieħel, Ricasoli, San Ġwann, Ta' Dbiegi, Ħal Safi/Kirkop u Xewkija? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dawn l-oqsma industrijali?
Jista' jgħid kemm kienu l-fabbriki li waqqfu l-operat tagħhom bejn Jannar u Settembru 2006? Kemm kienu ilhom joperaw f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li n-numru ta’ fabbriki li joperaw mill-oqsma industrijali amministrati mill-Malta Industial Parks Ltd huma dawn:
Attard: 18
Bulebel: 81
Hal Far: 55
Kordin Hutment area: 16
Kordin: 76
Luqa: 110
Marsa: 92
Mosta: 22
Mriehel: 24
Ricasoli: 24
San Gwann: 66
Ta' Dbiegi: 18
Tal-Karwija: 2
Kirkop: 2
Xewkija: 39
Total: 645
Rigward il-parti tal-mistoqsija parlamentari, fejn qiegħed jigi mistoqsi n-numru ta’ impjegati li qegħdin jiġu mħaddma mill-istess fabbriki, nitlob lill-Onor. Interpellant , jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Bejn Jannar u Settembru 2006 ġew lura f’idejn il-Malta Industrial Parks Ltd. 24 fabbrika.
Iż-żmien ta' l-operat ta’ dawn il-fabbriki ivarja bejn is-sena 1973 u Settembru 2006.”