Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjonit tal-Ugwaljanza – Kummissarju/Direttur Eżekuttiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandha żewġ rwoli fi ħdan il-Kummissjoni tal-Ugwaljanza (l-NCPE)? Kif jista' jkun li l-istess persuna hija Kummissarju u Direttur Eżekuttiv? Kemm qed titħallas biex tkun Kummissarju u kemm qed titħallas biex tkun Direttur Eżekuttiv?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjonit tal-Ugwaljanza – Kummissarju/Direttur Eżekuttiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandha żewġ rwoli fi ħdan il-Kummissjoni tal-Ugwaljanza (l-NCPE)? Kif jista' jkun li l-istess persuna hija Kummissarju u Direttur Eżekuttiv? Kemm qed titħallas biex tkun Kummissarju u kemm qed titħallas biex tkun Direttur Eżekuttiv?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Safar fuq xogħol minn persuna f’kariga pubblika

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il-darba siefret il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq xogħol barra minn pajjiżna? Fejn marret, min akkumpanjaha, f'liema kariga, għal-liema konferenza u kemm kienet in-nefqa fuq kull mawra?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Safar fuq xogħol minn persuna f’kariga pubblika

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il-darba siefret il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq xogħol barra minn pajjiżna? Fejn marret, min akkumpanjaha, f'liema kariga, għal-liema konferenza u kemm kienet in-nefqa fuq kull mawra?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – rappreżentazzjoni minn persuna f’kariga pubblika

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f'liema okkażjonijiet u f'liema dati, f'Malta jew barra minn Malta, hija kienet rappreżentata mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – rappreżentazzjoni minn persuna f’kariga pubblika

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f'liema okkażjonijiet u f'liema dati, f'Malta jew barra minn Malta, hija kienet rappreżentata mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Direttorju ta’ nisa professjonisti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal il-proġett tad-direttorju tan-nisa professjonisti mmexxi mill-NCPE li ħabbret lura f'Ġunju 2013? Il-Gvern kif biħsiebu juża dan id-direttorju biex isib nisa li jimmeritahom jinħatru f'pożizzjoni ta' deċiżjoni (minn grad 4 'l fuq)?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li wara sensiela ta' laqgħat u diskussjonijiet bejn il-MITA u l-NCPE, l-MITA qiegħda fi stadju li jibda’ l-proċess ta’ żvilupp ta’ software tad-Direttorju. Mat-tlestija ta’ dan is-software, l-NCPE se tniedi uffiċjalment kampanja pubbliċitarja li tinkludi l-użu ta’ reklami fuq gazzetti lokali, reklami fuq rivisti li huma relatati man-Negozju u Kummerċ, kif ukoll reklami fuq Social Media. Permezz ta’ din il-kampanja nisa professjonisti se jiġu inkoraġġuti sabiex ikunu parti minn dan id-Direttorju. Barra minn hekk, din il-kampanja għandha sservi biex tħeġġeġ lil min qed iħaddem sabiex jaħtar aktar membri nisa fuq bordijiet, kumitati, kummissjonijiet jew pożizzjonijiet oħra li jinvolvu t-teħid ta' deċiżjonijiet.

Proġett — Forms of Violence in Malta, A Gender Perspective

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal il-proġett Forms of Violence in Malta - a gender perspective?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-diversi miri tal-proġett kważi lesti u oħrajn qegħdin fi stat avvanzat biex jitlestew. Meta l-istudji kollha jiġu ffinalizzati ikun ippublikat kollox skond kif ikun meħtieġ.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — bordijiet - chairpersons u membri

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista taċ-chairpersons u membri tal-bordijiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCCAA –Diretturi Ġenerali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min kien qed jokkupa l-kariga ta’ Direttur Ġenerali tal-erba’ entitajiet tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) sal-1 ta’ Ottubru 2014?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-Sur Marcel Pizzuto kien jokkupa il-kariga ta’ Aġent Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) u s-Sur Godwin Mangion kien jokkupa il-pożizzjoni ta’ Agent Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) sal-1 ta’ Ottubru 2014. Il-pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali fiż-żewġ entitajiet l-oħra f’din l-Awtorita’ huma preżentament vakanti.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — safar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefret, għal liema konferenza, kemm tul ta' ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kienet akkumpanjata u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru magħha?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġibiet mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari 26812, 26813, 26814, 26815, 26816, 26817, 26818 u 26819 tal-Legislatura IX.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — direct orders

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tagħha mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Tista’ tgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?

Response (DALLI, HELENA)

L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li għal perjodu msemmi minnhu ingħataw 6 direct ordersmill-entitajiet li jaqgħu taht dan il-ministeru u ngħataw naturalment fil-parametri tar-regolamenti tal-procurement tal-gvern.

Uffiċċju tal-Kompetizzjoni — każijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il każ ta’ kull għamla kienu reġistrati mal-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni, taħt liema kategorija jaqgħu u kemm ilhom pendenti dawn il-każijiet?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sal–24 ta’ Ottubru 2014 l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni għandu 47 każ pendenti. Minn dawn is-47 każ, 45 jikkoncernaw investigazzjonijiet dwar il-ksur tal-Att dwar il-Kompetizzjoni jew/u it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropeja, kaz dwar konċentrazzjoni u każ minnhom huwa nkjesta settorjali. Fost dawn il-każijiet li għadhom pendenti quddiem l-Uffiċċju hemm: Każ wieħed li nfetah fl-2006 Żewġ każijiet li nfetħu fl-2007 Tlett każijiet li nfetħu fl-2008 Tlett każijiet li nfetħu fl-2009 Ħames każijiet li nfetħu fl-2010 Seba’ każijiet li nfetħu fl-2011 Għaxar każijiet li nfetħu fl-2012 Seba` każijiet li nfetħu fl-2013 Disa` każijiet li nfetħu fl-2014

MCCAA – ċertifikazzjoni ta’ prodotti organiċi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il ċertifikazzjoni ta’ prodotti organiċi nħarġu sal-lum mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Tista’ tgħid x’inhuma l-ħlasijiet li jridu jagħmlu dawk li jitolbu ċ-ċertifikazzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtoritá, ħarġet 25 ċertifikat għall- organizzazzjonijiet li jimmaniġġaw prodotti organiċi. Il- ħlasijiet li jridu jagħmlu dawk il-produtturi u l-proċessuri li jitolbu ċ-ċertifikazzjoni jvarjaw skond id-daqs tal-operatur minn €120 sa €540. Importaturi minn pajjiżi terzi jħallsu miżata annwali ta' €800.

MCCAA – uffiċjali kkwalifikati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm uffiċjali fl-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ikkwalifikati biex jispezzjonaw organizazzjonijiet li jitolbu ċertifikazzjoni għall-prodotti organiċi?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità għandha tlett uffiċjali ikkwalifikati biex jispezzjonaw organizazzjonijiet li jitolbu ċertifikazzjoni għall-prodotti organiċi.

MCCAA – ċertifikazzjoni ta’ prodotti organiċi

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li fl-aħħar missjoni tal-FVO (Food and Veterinary Office) tal-Unjoni Ewropea fl-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) dawn sabu problemi dwar kif l-Awtorità qiegħda toħroġ iċ-ċertifikati tal-prodotti organiċi?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-rapport tal-FVO għadu ma ntbgħatx lill-Awtorità kompetenti għall-prodotti organiċi. Għalhekk hu prematur li wieħed jikkumenta f’dan l-istadju.

MCCAA – livelli ta’ pesticide residue

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk matul din is-sena kienx hemm każijiet fejn il-livell tal-pesticide residue kien daqs jew aktar mil-livell aċċettat? Jekk iva, tista’ tgħid kemm-il darba dan irriżulta, liema kienu l-prodotti involuti u x'azzjoni ttieħdet mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minn testijiet li saru matul din is-sena, pesticides residues daqs jew għola mill-livell aċċettat instabu fi ħdax il-kampjun ta’ solanum tuberosum u żewg kampjuni ta’ cucumis sativus. L-Awtoritá qegħda tieħu l-passi neċessarji skont l-Att dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi.

MCCAA – uffiċjali li jagħmlu xogħol ieħor wara l-ħin

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm uffiċjali tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) li matul din is-sena ngħataw permess biex jaħdmu xogħol ieħor wara l-ħin? Jekk iva, minn min u meta nħareġ dan il-permess?

Response (DALLI, HELENA)

L-Awtorita’ ma rċeviet l-ebda talba minn xi uffiċċjali tagħha għal permess biex jaħdem overtajm fil-perjodu msemmi.

MCCAA – online questionnaire

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8781, tista’ l-Ministru tpoġġi koja tar-riżultat tas-survey li sar fost l-impjegati tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarjiet tal-Konsumatur (MCCAA)?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ngħatat preżentazzjoni fuq ir-riżultati ta' dan is-Survey lill-Bord tal-Gvernaturi. Kif indikat fiċ-ċirkolari li ntbagħtet lill-impjegati, dan l-eżerċizzju kellu jkun wieħed konfidenzjali biex iħajjarhom jipparteċipaw u għalhekk jidhrilna li m’għandniex nippublikawh barra din l-Awtorita’. Barra minn hekk anke fl-istess rapport hemm enfasi biex tiġi prottetta il-kunfidenzjalita.