Legislature:
Category:
Reset

Kunsill għall-Professjoni tal-Għalliema – Kariga ta’ Segretarju tal-Kunsill

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kariga ta’ Segretarju tal-Kunsill (Council Secretary) għall-Professjoni tal-Għalliema (Council for the Teaching Profession) għadhiex vakanti, u jekk fl-affermattiv, għaliex din il-kariga għadha ma mtlietx u meta huwa mistenni li timtela?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-persuna uxxenti baqgħet taqdi dan l-irwol filwaqt li ġiet identifikata persuna oħra li ser taqdi dan l-irwol.

Kunsill għall-Professjoni tal-Għalliema – Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar laqgħa tal-Kunsill għall-Professjoni tal-Għalliema (Council for the Teaching Profession) u meta hija skedata li ssir il-laqgħa li jmiss?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-aħħar laqgħa saret matul ix-xahar ta' Ottubru.

L-Iskola Nazzjonali tal-Isport – Kriterji għad-dħul

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kriterji uffiċjali u tal-matrices tal-punteġġi applikati għas-snin skolastiċi 2025/2026 u 2026/2027 li ntużaw għall-evalwazzjoni u l-għażla tal-istudenti li japplikaw biex jidħlu fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li evalwazzjoni u l-għażla tal-istudenti li japplikaw biex jidħlu fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport kienet ibbażata fuq żewġ provi ta’ assessjar fil-ħiliet tekniċi tad-dixxiplini sportivi rispettivi tagħhom.  (Dan ma jinkludix l-għawm u l-atletika).  L-aħjar marka miż-żewġ provi tittieħed għal għażla finali.

L-Iskola Nazzjonali tal-Isport – Kriterji għad-dħul – Assessjar

Question

Jista’ l-Ministru jispeċifika x’piż jingħata lil kull komponent tal-assessjar tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, inklużi r-riżultati sportivi preċedenti, it-testijiet fiżiċi, l-assessjar tal-ħiliet tekniċi, il-potenzjal sportiv u r-riżultati akkademiċi, u jindika min jistabbilixxi u japprova dawn il-kriterji?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 4100.

Intelliġenza Artifiċjali – Titjib fil-produttività

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 793 u jgħid kif se jiġi vverifikat biex jitkejjel it-titjib fil-produttività li fuqhom ser tkun ibbażata l-għotja addizzjonali relatata mal-Intelliġenza Artifiċjali?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Niforma lill-Onorevoli Interpellant li, taħt it-tieni sejħa tal-iskema Digitalise your SME , l-benefiċjarju huwa meħtieġ li, fl-istadju tal-applikazzjoni, jidentifika u jipprovdi informazzjoni dwar it-titjib mistenni fil-produttività li għandu jirriżulta mill-investiment propost. Il-kejl tal-produttività mhuwiex ibbażat fuq indikatur finanzjarju wieħed, iżda fuq ir-riżultati effettivi tal-investiment. Dan l-approċċ jieħu inkunsiderazzjoni wkoll il-konsultazzjoni li saret mal-Kmamar tal-Kummerċ u tal-SMEs, fejn ġie enfasizzat li t-titjib fil-produttività jista’ jiġi rifless permezz ta’ riżultati tanġibbli fin-negozju, fosthom titjib fl-effiċjenza tal-operat u fil-prestazzjoni tan-negozju u mhux biss minn indikaturi fissi bhal ‘turnover-to-expenses’ per ezempju. Sena wara li jitlesta l-proġett, il-benefiċjarju jkun meħtieġ jissottometti rapport ta’ wara l-implimentazzjoni li juri t-titjib fil-produttività li jkun effettivament inkiseb bħala riżultat tal-investiment fl-Intelliġenza Artifiċjali. Dan jippermetti li r-riżultati miksuba jiġu evalwati u mqabbla mal-benefiċċji u t-titjib fil-produttività identifikati fil-bidu tal-proġett.

Korp tal-Pulizija – Membri stazzjonati f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija stazzjonati f’Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-membri kienu assenjati xogħol amministrattiv jew xogħol fl-uffiċċju u kemm minn dawn il-membri kienu assenjati dmirijiet operattivi fuq barra?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ membri fil-Korp tal-Pulizija stazzjonati f’Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena kien kif jidher fit-tabella. Din tinkludi dettalji dwar il-membri assenjati xogħol amministrattiv jew xogħol fl-uffiċċju. Dawk il-membri assenjati dmirijiet operattivi fuq barra u CPT huma nklużi. Data Total 31.12.2021 111 31.12.2022 112 31.12.2023 118 31.12.2024 123 31.12.2025 126 23.10.2026 129

Korpi dixxiplinati Għawdxin – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ membri ta’ kull wieħed mill-korpi dixxiplinati li ġejjin, li jinsabu fuq il-lista ta’ stennija sabiex jiġu trasferiti biex jaħdmu f’Għawdex: i.    il-Korp tal-Pulizija; ii.   il-Forzi Armati ta’ Malta; u iii.  d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat li fi ħdan il-Korp tal-Pulizija hemm 154 uffiċjal li huma rreġistrati bħala residenti Għawdex u li huma eliġibbli sabiex jiġu trasferiti biex jaqdu dmirijiethom f’Għawdex, filwaqt, li fil-Forzi Armati ta’ Malta hemm 91 persuna residenti Għawdex, li huma eliġibbli sabiex jiġu stazzjonati Għawdex skont il-kriterji stabbiliti. Min-naħa l-oħra, fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, fil-preżent ma hemm l-ebda ħaddiem irreġistrat bħala residenti Għawdex li jinsab fuq il-lista ta’ dawk eliġibbli sabiex jiġi trasferit biex jaqdi dmirijietu f’Għawdex. It-trasferimenti tal-membri jsiru skont l-esiġenzi tas-servizz u d-disponibbiltà tal-postijiet vakanti.

Għawdex – Akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fir-rigward ta’ Għawdex: i.    kemm hemm proprjetajiet ipprovduti mill-Awtorità tad-Djar għall-akkomodazzjoni soċjali, kemm minn dawn il-proprjetajiet huma okkupati u kemm huma vakanti u disponibbli għall-allokazzjoni; ii.   kemm hemm individwi u familji li bħalissa qed jgħixu f’dawn il-proprjetajiet; u iii.  kemm hemm individwi u familji li qed jibbenefikaw minn għajnuna għall-akkomodazzjoni jew minn sussidji fuq il-kera, b’ċifri separati għal kull skema?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli interpellant li fir-rigward ta’ Għawdex, l-Awtorità tad-Djar għandha total ta’ 338 proprjetajiet residenzjali li jintużaw għall-akkomodazzjoni soċjali.  Minn dawn it-338 proprjetà, hemm 21 proprjetà li huma vakanti u 19 minnhom disponibbli għall-allokazzjoni. Fir-rigward ta’ Għawdex, in-numru ta’ applikazzjonijiet li bħalissa qed jibbenefikaw mill-għajnuna taħt l-iskemi rispettivi huwa kif ġej: Housing Benefit Scheme (HBS): 280 applikazzjoni Skema Kera Protetta (SKP): 28 applikazzjoni

Għawdex – Triq l-Imġarr – Speed humps

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra l-installazzjoni ta’ speed humps (sleeping policemen) jew miżuri oħra biex titnaqqas il-veloċità tal-vetturi fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, bil-għan li tittejjeb is-sigurtà u jitnaqqsu l-inċidenti tat-traffiku f’din it-triq? Jekk iva, liema miżuri huma ppjanati u meta se jiġu implimentati?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 3911.

Għawdex – Triq l-Imġarr – Speed humps

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra l-installazzjoni ta’ speed humps (sleeping policemen) jew miżuri oħra biex titnaqqas il-veloċità tal-vetturi fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, bil-għan li tittejjeb is-sigurtà u jitnaqqsu l-inċidenti tat-traffiku f’din it-triq? Jekk iva, liema miżuri huma ppjanati u meta se jiġu implimentati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex bħalissa qed jaħdem fuq it-tħejjija ta’ sejħa għall-offerti (tender) sabiex jitwettqu interventi fl-infrastruttura ta’ Triq l-Imġarr, Għajnsielem, li jinkludu miżuri mmirati biex titnaqqas il-veloċità tal-vetturi u tittejjeb is-sigurtà fit-triq.

Marsalforn – Ġnien it-Tliet Għoljiet – Proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsab il-proġett ta’ Ġnien it-Tliet Għoljiet f’Marsalforn, u jgħid: i.    liema xogħlijiet saru s’issa u liema għad iridu jitwettqu; ii.   jekk kienx hemm dewmien fl-implimentazzjoni u x’kienu r-raġunijiet għalih; iii.  x’inhi l-ispiża totali prevista, kemm intefaq s’issa u minn fejn qed jiġi ffinanzjat il-proġett; iv.  jekk il-proġett għadux se jinkludi l-faċilitajiet kollha mħabbra oriġinarjament; u v.   meta hu mistenni jitlesta u l-ġnien jerġa’ jinfetaħ għall-pubbliku?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntrattur magħżul permezz ta’ sejħa pubblika biex jagħmel ix-xogħlijiet fuq il-proġett tal-Ġnien it-Tliet Għoljiet ma osservax l-iskeda tax-xogħlijiet maqbula, u dan bi ksur tal-obbligi kuntrattwali tiegħu. Għaldaqstant, il-Ministeru qiegħed jieħu l-miżuri kollha meħtieġa, inklużi dawk ġudizzjarji, sabiex jassigura li l-kuntrattur jonora dawn l-obbligi. Ix-xogħlijiet imwettqa sa issa kienu limitati biss għat-tneħħija tal-materjal qadim. Sal-lum, ma saret l-ebda nefqa fuq dan il-proġett.

Proġetti strateġiċi – Dħul

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 783 u għal-lista fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 780, jista’ l-Ministru jgħid kemm se jrendu fi dħul fl-ekonomija Maltija kull proġett strateġiku elenkat fil-lista tal-proġetti strateġiċi kollha, matul l-ewwel tliet snin minn wara li jiġu kompluti separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li fil-każ tal-Proġetti li ser jingħattaw b’konċessjoni ma hemmx spiża pubblika involuta imma ser jirrendu dħul. Fir-rigward tal-proġetti l-ohra mhuwiex possibli nagħtu indikazzjoni preciza tal-ispiża minħabba li f’ħafna minn dawn il-każijiet, għad qed isiru jew għad iridu jitwettqu l-istudji u l-valutazzjonijiet neċessarji (tekniċi, finanzjarji u ta’ fattibbiltà), li mingħajrhom kwalunkwe stima tkun waħda prematura u mhux affidabbli.

Proġetti strateġiċi – Stima

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 782 u għal-lista fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 780, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li jiswa f’fondi pubbliċi kull proġett strateġiku elenkat fil-lista tal-proġetti strateġiċi kollha, b’mod separat?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 3873.

Għawdex – Strateġija turistika – Linji gwida

Question

Jekk il-Gvern għandu l-intenzjoni jistabbilixxi strateġija turistika separata għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-linji gwida ta’ din l-istrateġija turistika?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3798.

Għawdex – Strateġija turistika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux l-intenzjoni jistabbilixxi strateġija turistika separata għal Għawdex li tagħti prijorità lit-turiżmu rurali, kulturali, tal-benesseri, tal-għadis, ekoloġiku u niċeċ oħra ta’ valur ogħla?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu bħalissa qed tagħmel reviżjoni tal-istrateġija, li tinkorpora wkoll sezzjoni dedikata għal Ghawdex, kif filfatt diġa’ hemm bħalissa.

Kemmuna – Tisbiħ, preservazzjoni u salvagwardja – Investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment sar f’Kemmuna għat-tisbiħ, preservazzjoni u salvagwardja ta’ din il-lokalità sensittiva u ta’ preġju kbir, matul is-snin 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi l-proġett Blue Lagoon li tniegħda fil-bidu tas-Sajf 2025 ikkonċentra fl-ewwel istant li jtejjeb l-operat, l-indafa, s-sigurta u l-esperjenza ta’ min jmur iqatta’ ħin fiż-żona tal-Blue Lagoon. Saret sistema ta’ booking li biha persuna tirriserva l-ħin tagħha fiż-żona, u ġie kkontrollat in-numru ta’ viżitaturi, sar investiment f’diversi faċilitajiet fil-Blue Lagoon kif ukoll fis-servizzi anċillari, tkabret iż-żona ta’ l-għawm, filwaqt li Transport Malta għamlet kapitenarija għat-trakkar tad-dgħajjes biex ikun mod ordinat. Infurmat ukoll li f’dan il-perjodu ġew imfassla pjanti u pjanijiet għal investiment kapitali li se jagħti xejra ġdida liż-żona u jkompli jsaħħaħ l-esperjenza ta’ kull min iżurha. Infurmat li dawn il-pjanti bħalissa qegħdin fi stadju ta’ applikazzjoni mal-Awtorita tal-Ippjanar.

Blue Lagoon – Numru massimu ta’ viżitaturi preżenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru massimu ta’ viżitaturi li l-Gvern iqis li jistgħu jkunu preżenti fl-istess ħin fil-Blue Lagoon b’mod sigur u sostenibbli?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32042 tal-Leġiżlatura XIV.

Cruise liners – Nefqa medja għal kull passiġġier f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa medja stmata f’Malta għal kull passiġġier tal-cruise liners matul l-ewwel sitt xhur tal-2026?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant illi l-Ministeru u l-entitajiet tiegħu m’għandhomx l-informazzjoni mitluba.

Day visitors – Inċentiv/kontribut għal-lokalitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi inċentiv jew kontribut maħsub mill-Gvern għal dawk il-lokalitajiet li jkollhom ħafna day visitors u jekk iva, x’se jkun dan l-inċentiv jew kontribut?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal dak imħabbar fid-diskors tal-Budget għas-sena 2027.

Għawdex – Ħsarat fil-feeders tal-elettriku – Contingency plan tal-Enemalta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Enemalta kellhiex contingency plan speċifiku għall-eventwalità li żewġ feeders minn tlieta lejn Għawdex ikunu barra mis-servizz simultanjament? Jekk iva, tista’ tqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra u tgħid meta ġie ttestjat l-aħħar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Intepellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2674.