Il-Ħamrun – Misraħ is-Sebgħa ta’ Ġunju 1919 – Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru f’Misraħ is-Sebgħa ta’ Ġunju 1919, fil-Ħamrun, sa qabel ir-riġenerazzjoni tal-2022? Tista’ tgħid ukoll min wettaq dan ix-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qabel l-intervent ta’ riġenerazzjoni li sar fl-2022, iż-żona kienet tintuża bħala parkeġġ. WasteServ, permezz ta’ GreenServ, għamlet investiment ta’ madwar €1.5 miljun biex iż-żona ġiet trasformata fi spazju aħdar fejn minbarra li tħawwlu siġar u pjanti, kienu installati bankijiet, strutturi għad-dell b’pannelli solari, dawl u punti għall-iċċarġjar t’apparat elettroniku. Il-proġett kien jinkludi wkoll restawr ta’ ġibjun li l-ilma tiegħu qed jintuża għat-tisqija u anke faċilitajiet għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta tagħtix preferenza lil soluzzjonijiet riversibbli, fejn teknikament u strutturalment possibbli, meta jiġu installati elementi moderni f’siti storiċi, sabiex jiġi evitat li l-karatteristiċi arkitettoniċi u viżivi tas-sit jinbidlu b’mod permanenti?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Heritage Malta tagħti preferenza lil soluzzjonijiet riversibbli, fejn dan ikun teknikament u strutturalment possibbli. Kull intervent jiġi evalwat individwalment, skont il-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi tas-sit u abbażi ta’ pariri professjonali, filwaqt li dejjem tingħata prijorità lill-konservazzjoni, il-preservazzjoni u l-ħarsien tal-integrità storika, arkitettonika u viżiva tas-sit ikkonċernat.
Heritage Malta - Valutazzjoni tal-impatt waqt ir-restawr ta’ siti storiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt it-tfassil ta’ proġetti ta’ restawr ta’ siti storiċi taħt Heritage Malta ssirx valutazzjoni tal-impatt viżiv tal-elementi moderni li jkunu se jiżdiedu, b’mod partikolari fir-rigward tal-preservazzjoni tal-karatteristiċi li jagħmlu s-sit adattat għall-ġbid ta’ produzzjonijiet storiċi?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan ewlieni tal-proġetti ta’ restawr imwettqa minn Heritage Malta huwa l-konservazzjoni, il-preservazzjoni u l-ħarsien tal-integrità storika, arkitettonika u kulturali tas-siti taħt il-kura tagħha.
Kull valutazzjoni li ssir waqt it-tfassil u t-twettiq ta’ interventi ta’ restawr hija bbażata fuq prinċipji u standards professjonali tal-konservazzjoni, kif stabbiliti f’karti internazzjonali f’dan il-qasam.
Għaldaqstant, kull intervent, inkluża l-introduzzjoni ta’ elementi moderni, jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi tas-sit, filwaqt li dejjem tingħata prijorità lill-ħarsien tal-wirt storiku u arkitettoniku tiegħu.
Heritage Malta – Konsultazzjoni mal-Kummissjoni Maltija għall-Films
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta tikkonsultax mal-Kummissjoni Maltija għall-Films qabel ma jiġu approvati interventi maġġuri ta’ restawr fuq siti storiċi li huma jew jistgħu jkunu ta’ interess għall-industrija tal-films? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji ta’ din il-proċedura?
Heritage Malta – Linji gwida dwar l-użu ta’ elementi moderni waqt ir-restawr ta’ siti storiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex linji gwida formali dwar l-integrazzjoni ta’ elementi moderni, inklużi sistemi tad-dawl, cables, tagħmir tekniku, ħġieġ u elementi oħra kontemporanji, waqt ir-restawr ta’ siti storiċi li jistgħu jintużaw għall-filming?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Heritage Malta tibbaża t-tfassil u t-twettiq tal-proġetti ta’ restawr fis-siti taħt il-kura tagħha fuq prinċipji u linji gwida stabbiliti f’dokumenti internazzjonali dwar il-konservazzjoni u r-restawr, b’mod partikolari dawk maħruġa mill-ICOMOS, fosthom id-dokument ta’ Venezja tal-1964 (International Charter for the Conservation and Restoration of Monuments and Sites).
Fl-integrazzjoni ta’ elementi moderni waqt interventi ta’ restawr, Heritage Malta timxi fuq prinċipji fundamentali tal-konservazzjoni, fosthom ir-riversibbiltà tal-interventi, fejn teknikament possibbli, l-intervent minimu meħtieġ u d-distinzjoni bejn elementi oriġinali u dawk kontemporanji.
Dawn il-prinċipji għandhom l-għan li jiżguraw li kwalunkwe intervent modern jirrispetta l-karatteristiċi oriġinali tas-sit, filwaqt li titħares l-integrità storika, arkitettonika u kulturali tiegħu.
Heritage Malta – Valutazzjoni tal-impatt ta’ interventi maġġuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qabel ma jibda proġett maġġuri ta’ restawr fuq sit storiku taħt il-kura ta’ Heritage Malta, issirx valutazzjoni tal-potenzjal tiegħu bħala location għall-ġbid ta’ films? Jekk le, jista’ jgħid jekk hux qed jiġi kkunsidrat li tiddaħħal din il-prattika?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tfassil u t-twettiq ta’ dawn il-proġetti huma bbażati fuq prinċipji u linji gwida stabbiliti fiċ-Charter internazzjonali dwar il-konservazzjoni u r-restawr, b’mod partikolari dawk maħruġa mill-ICOMOS, u jsiru b’konsultazzjoni dettaljata mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, bħala r-regolatur ewlieni f’dan il-qasam.
Il-prijorità ewlenija ta’ Heritage Malta tibqa’ l-konservazzjoni, il-preservazzjoni u l-ħarsien tal-integrità storika u arkitettonika tas-siti taħt il-kura tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex inventarju ta’ siti storiċi li jistgħu jintużaw għall-ġbid ta’ films u produzzjonijiet televiżivi? Jekk iva, jista’ jgħid kemm-il sit jinsab f’dan l-inventarju?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Heritage Malta m’għandhiex inventarju speċifiku ta’ siti storiċi maħsuba għall-ġbid ta’ films u produzzjonijiet televiżivi. Kull talba għall-użu ta’ dawn is-siti għal dan il-għan tiġi evalwata individwalment, filwaqt li dejjem tingħata prijorità lill-konservazzjoni, il-preservazzjoni u l-ħarsien tal-wirt storiku u kulturali tas-siti kkonċernati.
Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Kapaċità ta’ pproċessar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ hijiex mistennija tipproċessa sa 350,000 tunnellata ta’ demel u skart agrikolu fis-sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jibda l-bini u meta mistennija tibda topera l-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Spiża u tul tal-konċessjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża stmata tal-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ u kemm se tkun twila l-konċessjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-katarretti fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u sptarijiet privati mħallsin mill-Gvern, fix-xhur ta’ Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru 2026?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru hip replacements fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u sptarijiet privati mħallsin mill-Gvern, fix-xhur ta’ Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru 2026?
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni bħalissa li huma approvati li jkollhom assistent personali? Tista' tgħid ukoll kemm minn dawn għandhom assistent personali?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa hemm 736 persuna approvata sabiex tibbenefika minn assistent personali. Din is-sena, sad-data tat-tweġiba ta’ din il-mistoqsija parlamentari, 596 minn dawn il-persuni għamlu talba finanzjarja lill-Aġenzija Sapport.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li preżentement qegħdin jistudjaw il-lingwa tas-sinjali? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li dawn itemmu l-istudji tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li preżentament hemm total ta' 65 studenti li qed jistudjaw il-lingwa tas-sinjali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm interpreti tal-lingwa tas-sinjali preżentement? Tista' tgħid ukoll kemm hemm studenti li preżentement qegħdin jistudjaw din il-lingwa u meta hu mistenni li dawn itemmu l-istudji tagħhom?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fil-preżent hemm 13-il interpretu tal-lingwa tas-sinjali. Fir-rigward tan-numru ta’ studenti li qed jistudjaw din il-lingwa, nitlob lill-Onorevoli Interpellanta tindirizza din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ charging points li hemm fil-Mellieħa, il-Manikata u f’inħawi oħra li huma fil-limiti tal-Mellieħa? Tista’ tgħid ukoll kemm hemm charging points li ġew approvati u li għadhom mhux installati, minkejja li l-maġġoranza tal-infrastruttura neċessarja ilha li saret għal diversi xhur? Tista’ tgħid ukoll kemm hemm talbiet li huma pendenti u kemm hu n-numru ta’ charging points li huma maħsuba li se jkunu meħtiega għall-bżonnijiet tal-Mellieħa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fil-Mellieħa, l-Manikata u nħawi oħrajn fil-limiti tal-lokalità hemm 36 charging point. Qegħdin isiru xogħlijiet fuq 13-il sit ieħor filwaqt li għaddej proċess ta’ identifikazzjoni u prijoritizzazzjoni tal-postijiet fejn ser jiġu installati charging pillars ġodda skont il-ħtiġijiet tal-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
San Pawl il-Baħar – Triq il-Mosta – Xogħlijiet fuq is-sistema tad-drenaġġ
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25339 tal-14-il Leġislatura, tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-mina msemmija fit-tweġiba? Tista’ tgħid ukoll kif inhu mistenni li din il-mina tgħaqqad mas-sistema eżistenti, fl-inħawi tax-Xemxija/Pwales?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħlijiet relatati mal-kostruzzjoni tal-mina qegħdin javvanzaw skont il-pjan u huwa mmirat li jitlestew is-sena d-dieħla. Din il-mina ser tkun konnessa mal-mejnijiet prinċipali tad-drenaġġ fi Triq San Pawl, fl-inħawi tal-Veċċja. Barra minn hekk, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tkun qed tibda xogħlijiet fi Triq il-Mosta, bil-għan li d-drenaġġ ikun jista’ jiġi devjat lejn il-mina.
San Pawl il-Baħar – Triq il-Mosta – Xogħlijiet fuq is-sistema tad-drenaġġ
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25339 tal-14-il Leġislatura, tista’ l-Ministru tgħid xi żviluppi kien hemm, għal dak li jikkonċerna xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi, minħabba rapporti kontinwi ta’ rwejjaħ fi Triq il-Mosta u l-madwar, f'San Pawl il-Baħar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li, kuntrarjament għal dak li qed tinsinwa l-Onor. Interpellanta, l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma kellha l-ebda rapport relatat ma’ rwejjaħ fit-triq indikata. Għal dak li jirrigwarda xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4147.
Għalliema ġodda kwalifikati – Warrants temporanji/pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-għalliema ġodda kwalifikati (Newly Qualified Teachers - NQTs) ilhom b’warrant temporanju għal aktar minn sena skolastika, u kemm minnhom għandhom applikazzjoni pendenti għal warrant permanenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema ġodda kwalifikati (Newly Qualified Teachers - NQTs) li bħalissa qed jipprattikaw il-professjoni b’warrant temporanju, u jekk jista’, jipprovdi din iċ-ċifra maqsuma separatament bejn skejjel tal-Istat, skejjel tal-Knisja u skejjel indipendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.