Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid tistax tingħata attenzjoni lill-każ ta' housing tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jinbagħtu separatament li l-applikazzjoni tagħha ġiet acknowledged nhar il-1.11.02 mid-dipartiment ta' akkomodazzjoni soċjali u li nħarġitilha riċevuta proviżjora sakemm jinħarġilha ir-reference numbers?
Jista' dan il-każ jingħata prijorita` minħabba raġunijiet mediċi u umanitarji on file?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi il-każ qed jiġi nvestigat u kkunsidrat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' djar tal-Gvern li issa s-sidien tagħhom irritormaw iċ-ċwievet lura lid-dipartiment mill-1999 sal-lum sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Djar — Skemi ta' l-Awtorita' tad-Djar - Għajnuna Finanzjarja
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-aktar ammont ta' finanzi li ngħataw il-familji li ħadu dar bl-iskema ta' l-Awtorita' tad-djar b'kull skema? X'kien l-anqas ammont? Jista' jagħti din l-informazzjoni mill-1999 sal-lum sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull familja li tibbenefika minn Dar/Appartament/maisonette minn għand l-Awtorita' tad-Djar ma tingħatax għotja finanzjarja iżda tingħata sussidju li jammonta għal 33 fil-mija tal-prezz kummerċjali tal-fond akkwistat. Dawn il-familji jingħataw ukoll sussidju fuq ir-rata ta' l-imgħax skond id-dħul tagħhom. Min ma jieħux self issussidjat jingħata 10% discount fuq il-prezz sussidjat. Mis-sena 1999 sallum, l-Awtorita' tad-Djar tagħat is-segwenti sussidji fuq il-prezz kummerċjali ta' fondi:
1999 Lm 1,233,064
2000 Lm 649,509
2001 Lm 623,526
2002 Lm 1,545,901
Barra mill-appartamenti li tibni l-Awtorita' tad-Djar sabiex jinbiegħu bi press sussidjat, mis-sena 1999 l-Awtorita' bniet appartamenti sabiex dawn jiġu trasferiti lid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali biex jingħataw b'titolu ta' kera lill-persuni fuq il-lista tad-Dipartiment li m'għandhomx il-meżżi neċessarji biex jixtru appartament/maisonette bi prezz sussidjat. S'issa l-Awtorita' tad-Djar għaddiet lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali 150 appartament biex jingħataw b'titolu ta' kera.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fil-każ ta' persuna li tkun ħadet self mingħajr sussidju għal xiri ta' maisonette tal-Gvern minħabba li ma tkunx tibbenefika għax ikollha paga li taqbeż il-limitu, f'każ li ċ-ċirkostanzi tal-persuna jinbidlu u l-paga tonqsilha b'mod li tiġi tibbenefika, tista' din il-persuna tapplika għall-sussidju fuq is-self tal-loan wara li jkun sar il-kuntratt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-benefiċċjarji li jixtru maisonette jew appartament li d-dħul annwali tagħhom jaqbeż Lm6,000 lira fis-sena ma jingħatawx sussidju fuq self. Il-benefiċċjarji jerġgħu jiġu assessjati wara l-ewwel ħames snin u mbagħad wara kull tlett snin. Jekk id-dħul tagħhom ikun inqas minn Lm6,000 huma jkunu ntitolati għal sussidju fuq is-self skond it-tabella ndikata fl-Avviż Legali relattiv.
B'referenza għall-housing case no. 13879 dwar il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm dwar il-każ li ilu pendenti madwar sentejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ tagħhom qed ikun ikkunsidrat flimkien ma' oħrajn bħalu.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk dawk li applikaw għal care workers fir-residenza San Vincenz de Paule u li qagħdu għall-interview aktar minn sentejn ilu, għadhomx fuq il-waiting list? Billi kien hemm dawk li għaddew u li baqgħu ma ġewx impjegati , hemm ħsieb li jiġu mpjegati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninfoma lill-Onor. Interpellant li r-recruitment tal-care workers tal-grupp imsemmi, issa ġie magħluq.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tibda tirċievi l-pensjoni l-persuna ndikata li isimha qed jintbagħat separatament li kienet impjegata mad-dipartiment ta' l-artijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jikkonferma li fl-Awtorita' tad-Djar se jingħataw diversi promozzjonijiet? Jekk fl-affermattiv, jista' il-Ministru jgħid min ser jibbenefika minn dawn il-promozzjoniiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn żmien għal żmien, skond l-esiġenzi ta' l-Awtorita' tad-Djar, joħorġu sejħat għall-applikazzjonijiet biex jimtlew il-postijiet vakanti jew postijiet ġodda. Kull uffiċjal li japplika jpoġġi għall-intervista quddiem Bord maħtur mill-Bord ta' l-Awtorita' tad-Djar.
Jista' il-Ministru jikkonferma li fl-Awtorita' tad-Djar ser tingħata żieda fil-pagi lil diversi managers u uffiċjali oħra? Jekk fl-affermattiv, jista' il-Ministru jindika min ser jibbenefika minn dawn iż-żidiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-salarji ta' l-Awtorita' tad-Djar huma regolati bil-Ftehim Kollettiv li ġie ffirmat mal-Union Ħaddiema Maqgħudin u li iskadi f'31 ta' Diċembru 2003. Dan iffisser li ma hi kkontemplata l-ebda żieda barra minn dik stipulata fil-Ftehim Kollettiv.
Jista' il-Ministru jikkonferma li f'dawn l-aħħar ġranet konsulent ma' l-Awtorita' tad-Djar tilfet l-impjeg tagħha minn ma' l-istess awtorita', stante diżgwid li nqala' maċ-chairman ta' l-istess awtorita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab informat li l-Awtorita' tad-Djar ma tterminat l-impieg ta' ebda uffiċjal tagħha.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana x'ġara mill-ġnien pubbliku li kellu jsir fil-qasam tad-djar ta' Għajn Qajjed ir-Rabat fejn il-parti tal-housing kienu lestew il-pjanti matul l-1997 u l-1998? Hemm ħsieb li jsir fix-xhur li ġejjin u għaliex ma kien hemm ebda żviluppi matul dawn l-aħħar erba' snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li ma kienu saru ebda pjanti mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fl-1997 u fl-1998 iżda kellhom isiru pjanti mit-Taqsima tax-Xogħolijiet. Dawn il-pjanti kellhom jinkludu bidliet fit-tqassim tat-toroq fl-inħawi. Billi d-Dipartiment tat-Toroq issa jifforma parti mill-Ministeru għat-Trasport u Telekomunikazzjoni nagħti parir lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Misoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jara li arretrati dovuti lill-persuna mejta li d-dettaliji tagħha qed jintbagħtu separatament jiġu mgħoddija lill-armla peress li għandha bżonnhom u qed jgħidulha li trid tistenna xi ħames xhur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet avżata personalment dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qed jinbnew appartamenti/maisonettes/djar/garaxxijiet mill-Awtorita' tad-Djar? F'liema lokalita' qegħdin? Kemm ser iqum kull proġett u minn min qed jinbnew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Postijiet allokati
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali lokal b'lokal tul din is-sena u jista' jgħid ukoll skond liema kategorija ġew allokati (ġuvni, single parent, miżżewweġ, separat)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija.
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn barranin jaħdmu bħala welders u fitters minn Jannar sal-lum ma' kumpanniji privati f'Malta? Minn liema pajjiż kienu ġejjin? Ma' liema kumpannija kienu jaħdmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija, skond ir-rekords tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħrig.
L-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija hi ta' natura kunfidenzjali u għalhekk ma nħossx li għandha tiġi ppublikata.
Peress li ftit ilu sar xi xogħol ta' tiswija fuq is-saqaf ta' l-appartament li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u peress li ssa li għamlet l-ewwel xita jidher li xorta waħda dawn is-soqfa għandhom joqtru ħafna, jista' il-Ministru jara li din il-ħsara tissewwa bis-serjeta'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi fażi oħra ta' slum clearence proġettata għal triq San Mark Bormla? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid liema postijiet ser ikunu milquta u meta ser isir dan ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret applikazzjoni lill-Awtorita' Maltija għall-Ambjent u Ippjanar biex tkun żviluppata t-tielet fażi tal-proġett. Din tkopri ż-żewġ blokki bejn Triq Hanover, Triq Sta Liena, Hanover Hill, Triq l-Irlandiżi u Triq San Mark. Ix-xogħol hu maħsub li jinbeda fl-2005.