Rigward Dar Malta fi Brussels, tista' tikkonferma li l-ispiża fil-manutenzjoni u xogħlijiet oħra f'Dar Malta ma qabżitx l-ispiża stmata ta' Lm2.5 miljun? Tkun lest toħroġ lista ta' kif inqasmu dawn l-ispejjeż? Xi żviluppi kien hemm fid-diffikultajiet ta' tassazzjoni li sab il-gvern Malti meta ġie biex jikri partijiet minn Dar Malta lil terzi għal skopijiet kummerċjali? Kien hemm soluzzjoni għal din il-problema? Instabu kumpanniji lesti li jikru partijiet minn Dar Malta? Kien hemm xi ftehim ma xi kumpanniji f'dan ir-rigward? Meta huwa mistenni li l-Gvern Malti jibda jdaħħal il-flus minn dawn il-kirjiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jikkonsidrax il-gvern jagħti lura lill-Universita' l-flus li ħallset jew mistennija tħallas f'VAT fuq proġetti li saru jew se jsiru fil-programmi tal-Unjoni Ewropea FP6 u FP7?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’huwiex f’pożizzjoni li jiżvela informazzjoni dwar każijiet ta’ persuni jew entitajiet reġistrati taħt il-liġi tal-VAT skond artikolu 56 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Valur Miżjud.
Però wieħed jista’ jżid illi d-dritt li jingħata lura l-input VAT lil xi entitajiet jiddenpendi minn jekk il-proġetti jkunux relatati ma’ attività ekonomika li fuqha dik l-entità tkun qegħda tiġbor il-VAT.
Kemm ġabar il-gvern VAT fuq proġetti li Malta ħadet sehem fihom permezz tal-programm FP6 ta' l-Unjoni Ewropea bejn l-2002 u l-2006?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT ma jagħmilx distinzjoni bejn kuntratturi li jaħdmu fuq proġetti ta’ l-Unjoni Ewropea u oħrajn. Il-VAT tinġabar mingħand il-provdituri kollha ta’ oġġetti jew servizzi, u ma ssirx distinzjoni bejn oġġetti u servizzi provduti fuq proġetti ta’ l-Unjoni Ewropea u l-proġetti oħrajn kollha.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-deċiżjonijiet tat-Tribunal huma biss rakkomandazzjonijiet. Il-Gvern qed jevalwa s-sitwazzjoni fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ stante li hawn si tratta l-ogħla kariga f’Ministeru kif stabbilit fl-istess Kostituzzjoni
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-kumpannija Spanjola li kienet tħaddem is-servizz tal-helicopter ma kenitx eżentata mill-VAT u kienet obbligata tħallas din it-taxxa meta s-servizz bl-ajru huwa tant meħtieġ għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ ta’ trasport bejn Malta u Għawdex, il-liġi tal-VAT tipprovdi għal eżenzjoni biss fil-każ ta’ vjaġġi bil-baħar scheduled għall-ġarr tal-passiġġieri bejn gżira u oħra minn trasportaturi awtorizzati u servizzi oħra ta’ trasport ta’ passiġġieri bil-baħar scheduled li għandhom dak l-għarfien mill-Kummissarju (Taqsima Wieħed tal-Ħames Skeda).
Jista' l-Prim Ministru jagħti garanzija li l-isptar Mater Dei se jkun bla ħlas meta jinfetaħ u fis-snin li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ewwelnett nixtieq nippreċiża l-punt li s-servizzi tas-saħħa tagħna m’humiex bla ħlas. Fil-fatt, is-sena l-oħra, il-poplu ħallas, permezz tat-taxxi, xejn anqas minn Lm125 miljun għal dawn is-servizzi (Lm83 miljun rikorrenti u Lm42 miljun f’kapital).
Li għandna bla ħlas huwa l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa. Dan huwa l-punt li aħna kburin bih u li dejjem żammejna miegħu, kuntrarju għall-Gvern Laburista, li fl-1997, għamel ħlas fl-aċċess għas-servizzi tas-saħħa fl-għoti tal-mediċina.
Nixtieq inserraħ moħħ l-Onorevoli Interpellant li l-Gvern, kemm fil-Pjan ta’ Konverġenza u kif ukoll lil hinn minnu, permezz ta’ kif inhu stmat l-iżvolġiment ta’ l-ekonomija maltija, qed jeskludi għal kollox ħlasijiet għal aċċess tas-servizzi tas-saħħa fl-isptarijiet lill-pazjenti tagħna.
Jista' l-Prim Ministru jara li l-flus tal-VAT li anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament , ħallset biex għamlet lift minħabba diżabilita', jingħatawlha lura peress li għad m'għandha l-ebda risposta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' familji li bbenefikaw mis-sussidji fuq apparat ta' enerġija rinnovabli sa minn meta dawn ġew introdotti? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' sussidju li ħareġ il-Gvern s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għotjiet ta’ darba fuq Materjal ta’ Insulazzjoni Termika għall-bjut ta’ residenzi domestiċi kien kif jidher hawn taħt:
Sena 2006 25 applikazzjoni Rifużi Lm2,333
Għotjiet ta’ darba fuq xiri ta’ Solar Heating Energy Savers għall-użu domestiku kien:
Sena 2005 358 applikazzjoni Rifużi Lm17,648
Sena 2006 1558 applikazzjoni Rifużi Lm148,125
Sena 2007 56 applikazzjoni Rifużi Lm5,435
(Sat-28 ta’ Frar 2007)
X'inhu l-persentaġġ tal-fondi ġejjin kull sena mill-Unjoni Ewropea komparat mal-GNP p.a. Malti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persentaġġ tal-fondi mill-Unjoni Ewropea komparat mal-GNP għas-sena 2005 huwa ta’ 2.46. Ninforma wkoll mill-Onorevoli Interpellant li l-figuri tal-GNP għas-sena 2006 ser jiġu ppublikati f’Marzu ta’ din is-sena.
Hemm xi pjani li tiġi xolta l-kumpanija ta' l-Armata ADSC li qabel kienet l-Air Defence Battery? Huwa minnu li diversi membri tagħhom talbu li jitilqu minn hemm għax iħossu ruħhom demotivati iżda t-talba tagħhom baqgħet bla tweġiba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Fid-dawl ta' dak li ġara f'żewġ kawżi separati fejn persuni li ntalbu jħallsu taxxa li tmur lura ħafna snin, ġew meħlusa milli jħallsuhom, jista' l-Prim Ministru jgħid hux jikkonsidra xi tibdil fit-talbiet għall-ħlasijiet ta' taxxa li tmur lura ħafna snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni qiegħed jieħu l-pariri legali neċessarji.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex sejjer jinħareġ tender pubbliku biex jiġi mixtri l-apparat tad-dual pricing li jidher li huwa ppjanat li jingħata lil dawk in-negozji li daħlu fis-sistema FAIR marbuta mad-dħul tal-euro f'pajjiżna? Dan japplika wkoll għal calculators li sejrin jingħataw lil households Maltin u Għawdxin f'dan ir-rigward?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija — National Research and Innovation Programme
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma d-ditti jew koordinaturi li applikaw u ġew magħżula għal national research and innovation programme ta' l-2006, amministrat mill-kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija (MCST) f'Bighi u x'kienu l-kriterji wżati biex issir l-għażla u min kien fuq il-bord ta' l-għażla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma illi Aqua Biotech Innova rappreżentanta fuq l-advisory board ta' l-istess kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija mill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, u Sustech consulting rappreżentata fuq l-advisory board minn inġinier li ismu qed jintbagħat separatament, kellhom il-proġetti tagħhom magħżula?
Jista' jinvestiga l-konflitt ta' interess ta' dawn l-applikanti għall-fondi, meta dawn huma wkoll fuq l-advisory board tal-kunsill u jinvestiga għalfejn iċ-chief executive officer tal-kunsill ippermetta dan il-konflitt ta' interess meta dan kien jaf bih? Għalfejn f'laqgħa ta' informazzjoni lill-applikanti ċ-chief executive officer ma kienx jaf jirrispondi għal mistoqsijiet bażiċi dwar kif għandha timtela' l-applikazzjoni, b'hekk ħalla dubju li seta fixkel is-suċċess ta' xi wħud mill-applikazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista bl-ismijiet tal-persuni jew ditti li ġew magħżula mill-kunsill Malti għax-xjenza u t-teknoloġija, kemm se jingħataw fondi għar-riċerka għal kull applikazzjoni li ntagħżlet u x'kien is-suġġett tar-riċerka?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2006 fejn kien involut hu u s-Segretarju Parlamentari separatament, safra b'safra? Meta sar dan is-safar? Kemm damu ljieli? Fejn kienet id-destinazzjoni? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw lilu jew lis-Segretarju Parlamentari u x'karigi għandhom? Ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jidhirli li kien ikun ta aktar interess għal dan il-Parlament kieku l-mistoqsija saret ukoll dwar id-diskussjonijiet li saru matul il-laqgħat, l-utilità tal-laqgħat għal pajjiżna, u l-kontribut li Malta tat speċjalment f’dawk il-laqgħat kollha fejn hija nvoluta l-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23537.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 23252 u jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi matul l-2005 u l-2006? Min huma l-persuni li huma ntitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Tabelli A u B għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi rispettivament u li jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Fir-rigward tat-tieni parti ma narax li hija prudenza li nsemmi l-ismijiet fil-Parlament.