Magħtab — Razzett tal-bhejjem li qed jikkawża l-ħmieġ
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu fl-inħawi tal-Magħtab fejn sid ta' razzett qed ikompli jfawwar il-fossa bil-ħmieġ tal-bhejjem li jrabbi u dan qed joħroġ fit-toroq Santa Klara u toroq oħra qrib b'detriment għas-saħħa tar-residenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li kull darba li daħal xi lment rigward ir-razzett imsemmi, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika dejjem ħa l-passi neċessarji.
F'dawn l-aħħar erba' snin, inbdew diversi proċeduri legali kontra s-sid ta' dan ir-razzett, liema kważi għadhom kollha pendenti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm personnel li jista' isuq ambulanza? X'inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom? Hemm xi ambulance drivers li huma mislufa minn jew lil dipartimenti jew enti oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tas-Saħħa għandha 29 persuna li jistgħu jsuqu ambulanza. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom huma li jaħdmu 46⅔ siegħat fil-ġimgħa b'shift u jirċievu numru ta' allowances bħal shift, Sunday, nightshift u on call. M'hemm l-ebda ambulance driver misluf.
Jistgħu jsiru l-arranġamenti meħtieġa biex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jiġbor il-mediċina Trivedon 20 mal-bqija tal-mediċina li jiġbor miċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira flok ikollu joqgħod imur l-isptar San Luqa u b 'hekk jevita t-tbatija li dan iġib miegħu għal anzjan ta' 77 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sena li għaddiet numru ta' mediċini li kienu jinġabru mill-Isptar San Luqa ġew imqassma fl-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa. Hu maħsub li numru ta' mediċini oħra inkluż il-mediċina Trimetazidine 20mg tablets (Trivedon 20) ikunu jistgħu jinġabru mill-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħlijiet li d-dipartimenti tal-gvern u l-enti, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu se jwettqu f'Għawdex sena sena minn din is-sena sa l-2008?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jara li xi social worker iżżur dar ta' żewġ anzjani li għandhom bżonn parir u għajnuna ta' social worker biex jidħlu f'dar ta' l-anzjani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żewġ anzjani msemmija diġa sarilhom l-assessment soċjali peress li huma kienu applikaw biex jidħlu ġo Dar għall-Anzjani tal-Gvern.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flejjes matul l-2005 f'kits u materjal ieħor assoċjati ma' testijiet tad-demm fl-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa? Kemm-il test sar - skond it-tip ta' test?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista’ il-Ministru jispjega x'inhuma l-passi li qed jittieħdu biex ikun hemm riforma fis-saħħa mentali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin li għaddew kien hemm ristrutturar fil-management ta' l-isptar. Qiegħed isir xogħol biex isir tibdil fil-Mental Health Act ħalli b'hekk il-liġijiet relatati mas-saħħa mentali ikunu jirriflettu aktar il-ħtiġijiet tas-soċjeta' tal-lum. Qed isir ħafna xogħol biex servizzi eżistenti fil-komunita' jiġu estiżi u jinbdew ukoll servizzi ġodda. Hemm ukoll il-ħsieb li ġewwa l-isptar il-ġdid ikun hemm taqsima ta' 15-il sodda li tilqa' fiha pazjenti b'mard mentali.
Ir-riforma fil-qasam mentali ilha sejra għal numru ta' snin u diġa ħalliet riżultati tajbin.Wara d-dikjarazzjoni ta' Helsinki u l-impenn tal-Kummissjoni Ewropeja, il-Gvern se jkompli jimpenja ruħu biex jagħti aktar emfasi għall-promozzjoni u prevenzjoni fil-qasam mentali.
Matul l-2005, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal b'ċittadinanza Maltija li marru barra minn Malta għal kura medika, eċċ?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li siefru fuq xogħol uffiċjali matul l-2005? Fejn marru, x'kienet ir-raġuni u kemm kienet l-ispiża għal kull safra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Vot għall-Bugdet għas-safar għas-sena 2005 kien Lm78,800.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16428 u jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni, qasam qasam, fl-isptarijiet tal-gvern illum u kemm ilhom jistennew f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Linformazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15644, jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lil dawk li jabbużaw mid-droga minn kull ċentru tas-saħħa separatament f'Jannar li għadda? Kif jikkomparaw il-figuri ma' Jannar 2005?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej:
Jannar
Furjana
Qormi
Gżira
Raħal Ġdid
Bormla
Mosta
Rabat
2005
3939
1050
4584
5000
2600
1945
836
2006
3727
1318
3125
3800
1400
1714
588
Jista' il-Ministru jara li l-ħajt ta' wara taċ-ċimiterju tar-Rabat li twaqqa' xi sena u nofs ilu jerġa' jinbena għax illum dan il-post sar miżbla u hemm ċans tajjeb li parti mill-oqbra jikkollassaw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li wara li ngħelbu d-diffikultajiet li kien hemm sabiex jerġa' jinbena l-ħajt inkwistjoni, ix-xogħol fuq dan il-ħajt għandu jinbena fi żmien qasir.
Jista' il-Ministru jara li jitmexxa każ ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li r-raġel tagħha daħal l-SVPR u l-mara tiegħu tinsab id-dar waħedha fi stat xejn pjaċevoli u fi bżonn kbir ta' assistenza biex din tidħol ukoll fl-SVPR ħdejn ir-raġel tagħha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-raġel tal-persuna msemmija daħlet fir-Residenza ta' San Vinċenz fil-15 ta' Frar 2006, filwaqt li l-mara tiegħu bħalissa tinsab rikoverata f'Residenza Privata. Biss il-każ tagħha ġie approvat fid-19 ta' Jannar 2006 u tpoġġiet fuq il-waiting list.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17181, jista' il-Ministru ġentilment jgħid meta saret dik il-manpower plan li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-manpower plan li ġie preżentat fir-Risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17181 sar fis-sena 2005.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 17181, jista' il-Ministru ġentilment jagħti breakdown bejn in-nurses fil-grad ta' EN, ta' SN u dawk li għandhom BSc, Masters u PhD in Nursing Studies?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-liġi li tiddetta li l-ilma tal-bjut ma jistax imur fid-drenaġġ: a) inbidlitx u saretx l-oppost? b) Jekk fin-negattiv, jista' jgħid min awtorizza sabiex l-ilma li jaqa' fi Triq Ħal Manin il-Qrendi ossia Triq il-Warda jgħaddi għal ġod-drain b'detriment li dan jiżbroffa fil-basements tar-residenti tal-madwar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-liġi li tirregola li l-ilma tal-bjut ma jistax imur fid-drenaġġ ma nbidlitx. Wara nvestigazzjoni li saret mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, ġie kkonfermat li qed isir proġett mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi dwar l-ilma tax-xita li jaqa' fit-triq Ħal Manin u triq il-Warda, liema proġett dan id-Dipartiment ma kienx involut fih. Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant wkoll li dan id-Dipartiment ma rċieva l-ebda lment mir-residenti tat-toroq imsemmija dwar xi nfiltrazzjoni fil-basements ta' dawn ir-residenti.
Madankollu, dan il-każ ġie riferut lid-Dipartimenti kkonċernati sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja.