B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28518, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-aħħar ingħatawx xi promozzjonijiet fost is-survelliance officers li hemm fid-Divizjoni tas-Saħħa? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid xi kriterji ntużaw fl-għoti ta' dawn il-promozzjonijiet? Kemm saru, u b'kemm żdiedet il-paga?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lil Onor. Interpellant li fid-Diviżjoni tas-Saħħa l-grad ta` Surveillance Officers ma jeżiżtix.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li f'Lulju li għadda qalulu li irid jistenna sena u tliet xhur biex jagħmel l-operazzjoni tal-katarretti? Jista' jgħarraf lill-persuna ikkonċernata direttament bl-eżitu tal-istħarriġ tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Jista' l-Ministru jara li l-file ta' pażjent ta' 4 snin ibati mill-meningite jinstab peress li dan il-pazjent għadu qed jieħu l-kura u qed ikun difiċli għat-tobba li jikkurawħ? Id-dettalji tal-pazjent qed jintbagħtu separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-aħħar sitt xhur, kemm -il darba kienet bil-ħsara u kemm damet bil-ħsara l-magna li tagħmel testijiet dwar Beta Human Chorione Gonadotrophin? Jekk għada bil-ħsara, meta huwa mistenni li tiġi msewwija? Meta pazjent mill-Isptar San Luqa jintbgħat jagħmel testijiet fil-privat, jew għaliex ma jkunx hemm magna li tagħmel dak it-test partikolari jew għaliex din tkun bil-ħsara. Il-Gvern huwa obbligat jew li jħallas jew jirrifondi dawn l-ispejjeż li jkunu saru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
F'Awissu 2001 inbidlet is-sistema li biha jinħadem il-BHCG. Sas-17 ta` Ottubru għadhom ma bdewx jinħarġu riżultati għaliex il-"Quality Control" kien qed jagħti riżultati mhux attendibbli. Għaldaqstant u sakemm jintemmu l-investigazzjonijiet fuq il-proċess u jiġu korretti u kalibrati l-istrumenti, it-testijiet ma jistgħux jinħarġu. Għandna kuntratt li permezz tiegħu nistgħu nibgħatu testijiet biex isiru barra minn Malta.
Il-Gvern iħallas direttament hu l-ispejjeż involuti, meta pazjenti ta` l-Isptar San Luqa jintbagħtu fil-privat bl-approvazzjoni ta` Awtorita` ta` l-Isptar stess.
Ma hemm ebda obbligu li l-Gvern iħallas jew jirrifondi l-ispejjeż li jkun għamel il-pazjent meta dan ikun mar minn jeddu.
Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi qed jingħataw mill-Poliklinika ta' Bormla? Jista' jagħti dettalji dwar ġranet u ħinijiet li fihom jingħataw dawn is-servizzi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li s-servizzi li jingħataw miċ-Ċentru tas-Saħħa ta` Bormla huma kif ġejjin:
Speech Language Pathology Mon-Fri 7.30am-3.30pm
Immunisation Mon-Fri 7.30am-2.30pm
Sat 7.30am-1.00pm
Medical Consultant Clinic
Clinic day: Third Monday of each month, and First Friday of each month.
Appointments: Monday- New Cases 8.00am-9.40am
F/U 10.00am-10.50am
Schedule V 11.00am-12.25pm
Schedule V F/U till 2.30pm
Friday- N/C 8.15am-10.05am
ECG 7.30am-2.30pm
Clinic Days: Third Monday of each month, and First Friday of each month.
Physiotherapy 7.30am-3.00pm
Clinic Days: Monday to Friday, Saturday alternate till 12.30pm
Podology Mon-Fri 7.30am-2.30pm
Sat 7.30am-1.00pm
Clinic Days: Monday to Friday
Diabetes Clinic Mon-Fri 7.30am-11.30am
Clinic Days: Monday to Friday
Dental Mon-Fri 7.30am-2.30pm
Sat 7.30am-1.00pm
Clinic Days: Monday, Wednesday, Thursday and Saturday
Emergency cases for dental are accepted daily from Monday to Saturday.
Dental Hygiene Tues-Fri 8.00am-3.00pm
Gynaecological 7.30am-1.00pm
Clinic Days: Saturdays
Well Baby 7.30am-1.00pm
Schedule given per month.
Blood Investigation carried out at Treatment Room 7.30am-8.30am
Clinic Days: Monday to Saturday
GP Service Mon-Fri 8.00am-5.00pm
Saturday 8.00am-1.00pm
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex l-intenzjoni li trabi tat-twelid jiġu eżaminati minn Pediatrician meta jitwieldu u imbagħad mit-tabib tagħhom meta jkollhom sitt ġimgħat, sitt xhur u tmintax il-xahar?
Jekk iva, it-tobba ġew avżati b' din il-proċedura?
Jekk le, meta bi ħsiebu l-Ministeru jara li l-Pedjatrija f' Malta tinġieb up to date ma pajjiżi oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dan id-dipartiment jista` jaċċerta l-Onorevoli membru li dan id-dipartiment ilu aġġornat u 'up-to-date' għal dan l-aħħar sittax-il sena. Id-dipartiment tal-pedjatrija għandu 'policy' li s'issa ila rutina mit-2 ta` Mejju 1985, fejn kull tarbija li titwieled St.Luke's tiġi eżaminata minn speċjalista tat-tfal fis-sala qabel ma tmur id-dar. Dawk li twieldu normali jiġu eżaminati darbtejn filwaqt dawk li twieldu b'ċesarja jiġu eżaminati tliet darbiet. Dawk jinkludu 'check-up' fl-ewwel erbgħa u għoxrin siegħa u qabel id-'discharge' mill-isptar. Dawn it-trabi kollha jingħataw appuntamenti għal 'follow-up' wara sitt - tmien ġimgħat, tmien xhur u tmintax-il xahar, bħala rutina. Kull tabib fid-dipartiment hu familjari ma din il-proċedura, li hija 'standard'.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-trabi kollha li jitwieldu fl-Isptar Karen Grech jiġux eżaminati minn Pediatrician?
Jekk le, meta ser tiġi addottata din il-proċedura, li barra minn Malta hija rutina?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant għal mistoqsija numru 28868.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28679 minħabba li l-ischool medical service tad-Divisjoni tas-Saħħa u cioe jista' jgħid x' għajnuna għandhom studenti li jbatu mill-epilepsja?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jbatu mill-epilepsja?
Jekk għandi din l-informazzjoni, jista' jagħtiha skond is-sess u l-eta'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li ma jinżammx rekord tan-numru eżatt ta` tfal Maltin li jbagħtu mill-epilepsija. Pero` minn studju li sar fl-2000 instab li l-prevalenza ta` epilepsija attiva hija ta` madwar 2.5/1000 populazzjoni ta` tfal bejn 0-15 il-sena. 56% kienu subien waqt li 44% kienu bniet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tas-saħħa huwiex attrezzat biżżejjed biex jilqa' kontra xi attakk terroristiku microbioloġiku, bħal ma qed isir fl-Amerika u fuq il-kontinent Ewropew bħalissa. Jista' l-Ministru jelabora fuq dan?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat illi d-Diviżjoni tas-Saħħa qiegħda rappreżentata fuq il-kumitat li twaqqaf biex jimxi fuq rakkomandazzjonijiet minn esperti barranin fuq is-suġġett, partikolarment dawk maħruġin mill-Public Health Laboratory Services ta` l-Ingilterra, u qed jagħmel żgur li jkun hawn il-mezzi kollha neċessarji biex jilqa` kontra kull eventwali attakk terroristiku mikrobioloġiku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal-llum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal-llum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru 298 (27/08/01) dwar il-pagi tal-Ward Clerks. Jista' l-Ministru jindika min huwa responsabbli li għalih qed jirreferi fit-tweġiba peress li dawn il-ħaddiema jaħdmu fl-Isptarijiet li nifhem li jaqgħu taħt ir-responsabilita' ta' l-Ministru tas-Saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-paga tal-Ward Clerks ġiet iffissata f'Agreement bejn l-MPO, fl-uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Unions. Għalhekk inħoss li din il-mistoqsija għandha tintbagħat lill-uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li għandna persuni f'Malta u Għawdex li jbatu bl-epilepsja? Jekk għandu din l-informazzjoni, jista' jaqsamha f'kategoriji skond is-sess u l-eta'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma żżomx l-istatistika mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet lid-dipartiment tas-saħħa biex intbagħat tabib privat lill-impjegati tal-istess dipartiment meta dawn kienu fuq sick leave, minn Jannar ta' din is-sena sal lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn Jannar sa l-10.10.2001 tħallsu LM9,886 sabiex jintbagħatu tobba privati biex jivverifikaw s-sick leave ta` l-impjegati tad-Diviżjoni tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom ma twaħħlux l-airconditioners fir-reception tal-X-Ray Department fl-isptar San Luqa, f'każ li dawn inxtraw, meta x-xogħol meħtieġ sar aktar minn tliet snin ilu? Jista' jgħid ukoll għaliex ma jsirx tindif regolari f'din l-istess kamra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li ma kien hemm l-ebda pjan approvat jew inxtraw Air Conditioning Units għall-post konċernat.
Ir-reception ta` X-Rays tidnaddaf kuljum.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-impjegati kollha, inklużi industrijali, grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li kien hemm fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fl-1 ta' Jannar 1998 u fl-1 ta' Ottubru 2001?
Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx minnhom li huma meqjusa żejda u jekk jeżistux vakanzi f' xi kategoriji ta' impjegati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qiegħda tinġabar.
Tingħata risposta f'xi seduta oħra.