Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21905 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas? X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?

Response (DALLI, JOHN)

Nqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra t-taghrif mitlub.
Leg 9 PQ #22051 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Maltapost — Shares

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal-liema prezz reġgħu nxtraw mill-gvern ix-shares tal-Maltapost plc li kienu miżmuma mill-Mid-Med Bank plc? Kemm kien hemm shares? X'metodu ta' kalkolu ntuża biex waslu għal dak il-prezz?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf l-Onorevoli Interpellant li l-ishma tal-Maltapost li kienu mizmuma mill-Mid Med Bank u li nxtraw lura mill-Gvern kienu jammontaw ghal 225,000 u nxtraw bil-prezz ta' Lm 1.50 kull sehem. L-istima ta' dawn ix-shares gew stmati skond il-valur taghhom fil-kotba tal-Mid-Med Bank.
Leg 9 PQ #22110 Sitting 457 2000-12-11 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Jewellers Maltin — Imbullar

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 17763, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju dwar il-jewellers li kien rrefera għalih b'risposta għall-istess mistoqsija parlamentari li ngħatat fis-7 ta' Lulju ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-istudju dwar xi emendi fl-Ordinanza Dwar il-Haddiema d-Deheb u Haddiema l-Fidda [Agenteria] [Kap 46] ghadu mhux iffinalizzat.
Leg 9 PQ #22088 Sitting 455 2000-12-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Skejjel — Canteens / Tuck Shops - Irċevuti Fiskali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kontrolli qed isiru biex jiġi żgurat li l-canteens/tuck shops ta' l-iskejjel qed joħorġu rċevuti fiskali? Kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-VAT fid-diversi skejjel? F'liema skejjel saru? Dawk li applikaw biex joħorġu rċevuta darba fil-ġimgħa, qed jagħmlu dan? Meta saru spezzjonijiet instabu xi canteens/tuck shops li ma jużawx cash registers u b'hekk ma jistgħux jagħtu rċevuta fiskali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Avviż Legali 201 ta’ l-1999, persuna li tagħmel provvista ta’ ikel u xorb minn canteen li jkun jinsab f’area ta’ studju tista’ tapplika għall-awtorizzazzjoni biex toħroġ riċevuta fiskali waħda ta’ kuljum li tkun tkopri l-provvisti kollha magħmulin f’kull jum. Matul din is-sena sa’ issa, saru għoxrin (20) spezzjoni minn spetturi tal-VAT fi skejjel differenti. Mhux galbu nsemmu f'liema skejjel saru l-ispezzjonijiet. Minn dawn kien hemm każ wieħed fejn l-operatur tal-canteen ġie rapportat li ma kienx qed jimxi mad-dispożizzjonijiet tal-liġi. F’ħames każi oħra ma kienx hemm rapporti ta’ abbuż, filwaqt li fil-kumplament tal-każi trid tittieħed aktar azzjoni.
Leg 9 PQ #22050 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li m'ghandi xejn x'inzid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 22008 f'seduta 453.
Leg 9 PQ #21993 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Kumpanniji — Xoljiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji li xoljew jew ġew illikwidati f'pajjiżna sena b'sena mill-1995 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li skond informazzjoni mizmuma mir-Registratur tal-Kumpanniji, n-numru ta' kumpanniji li xoljew f'Malta matul is-snin 1995-2000 kienu : 1995 - 166 1996 - 424 1997 - 325 1998 - 622 1999 - 394 2000 - 397 (sat-30 ta' Novembru 2000).
Leg 9 PQ #22008 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21076?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tieghi huma erbgha units li ghandhom xoghol relatat mal-Unjoni Ewropea. Dawn huma "The National Fund Management Unit, The EU Own Resources Unit, The Common Agricultural Policy Unit, & The VAT Central Liason Office. "The National Fund Management Unit" se jkollu l-funzjoni li jissorvelja l-ħlasijiet li jsiru taħt id-diversi ftehim finanzjarji li jaqgħu taħt il-Protokolli u l-“Pre Accession Funds” u ‘l quddiem għandu jieħu ħsieb ukoll il-fondi strutturali u għajnuniet oħra. "The EU Own Resources Unit" se jkun unit li jidentifika l-kontribuzzjoni li Malta trid tagħti lill-Kummissjoni Ewropeja la darba pajjiżna jsir membru sħiħ tal-Komunita’. Bħalissa dawn iż-żewġ Units huma komposti minn ħames uffiċjali pubbliċi li eventwalment in-numru tagħhom għad irid jiżdied. Il-grad ta’ dawn l-uffiċjali jvarja minn Direttur għal skrivan u lkoll igawdu l-istess pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji li uffiċjali tal-istess grad igawdu fis-servizz pubbliku. Units oħra li twaqqfu jew hemm il-ħsieb li jitwaqqfu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Finanzi huma: 1. il-“Common Agricultural Policy Unit”. Dan il-Unit twaqqaf fid-Dwana u sa issa jikkonsisti f’Direttur u żewġ Assistenti Diretturi. Il-quddiem in-numru tal-uffiċjali f’dan il-Unit irid jiżdied. Ix-xogħol ta’ dan il-Unit huwa biex isiru l-preparamenti meħtieġa, inkluż it-taħriġ ta’ nies, l-introduzzjoni ta’ sistemi ġodda ta’ computers eċċ. biex mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, d-dipartiment tad-Dwana jkun f’qagħda li jiġbor il-levies ta’ importazzjoni li jiffurmaw parti mill-Common External Tariff tal-Unjoni Ewropea u jiċċertifika l-esportazzjoni fejn għandhom x’jaqsmu prodotti agrikoli. Bħal fil-każi ta’ Units oħrajn, dan il-Unit se jkun kompost minn uffiċjali pubbliċi li se jżommu l-kundizzjonijiet ta’ xogħol li jipprevela fis-servizz pubbliku. 2. ic-“Central Liaison Office”. Dan il-Unit se jitwaqqaf fid-Dipartiment tal-VAT. Dan se jkun responsabbli mill-komunikazzjoni mal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea konnessa ma’ amministrazzjoni tal-VAT. Dan il-Unit se jkun immexxi minn uffiċjali tad-Dipartiment, b’għajnuna minn esperti barranin fejn ikun meħtieġ taħt ftehim finanzjarju mal-Komunita’ Ewropeja.
Leg 9 PQ #22022 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jivvota flus id-Dipartiment tat-Taxxi Interni għas-sena 2001 biex ikun jista' jħallas il-flus dovuti liċ-ċittadin? Kemm għandu jagħti l-Gvern lill-poplu u kemm għandu jieħu mingħand il-poplu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta ghal din il-mistoqsija ser tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #22035 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Payment vouchers

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li l-payment vouchers qegħdin jiġu rritornati lid-dipartmenti minn fejn oriġinaw wara li jiġu pproċessati mid-Dipartiment tat-Teżor? F'każ fl-affermattiv: (a) min ta din l-ordni; (b) x'passi qegħdin jittieħdu biex ma jkunx hemm xi over payment; u (ċ) id-direttur tal-verifika approva dawn il-miżuri?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa minnu li l-'payment vouchers' qeghdin jigu rritornati minn fejn originaw wara li jigu pprocessati mit-Tezor. Din il-procedura dahlet fis-sehh mil-bidu ta' din is-sena permezz ta' cirkolari mahruga mill-Accountant General. Hija r-responabbilta' tal-'Accounting Officer' ikkoncernat li jassigura li ma' jkunx hemm 'overpayments'. Madankollu, hemm kontrolli fis-sistema komputerizzata tal-Gvern li wkoll izzomm 'log' tat-transizzjonijiet kollha tad-dipartimenti. 'Audit checks' isiru mill-'personnel' tad-Direttur tal-Verifika fid-dipartimenti stess jew permezz tal-access li ghandhom ghas-sistema tal-'Accounts' tal-Gvern. Ma' kien hemm ebda oggezzjoni min-naha tad-Direttur tal-Verifika fir-rigward ta' din il-procedura gdida.
Leg 9 PQ #22058 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 21834?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li m'ghandi xejn x'inzid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 21629 f'seduta 440.
Leg 9 PQ #22073 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Funzjonijiet ta' superviżjoni -Regolatorji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 21851?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MFSC ma hi nfurmata bl-ebda data indikattiva ta' meta bi hsiebu jghaddi il-funzjonijiet ta' supervizjoni u dawk regolatorji.
Leg 9 PQ #21793 Sitting 450 2000-12-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Depożiti

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-1995 sal-lum kemm kienu jammontaw: (a) id-depożiti fissi; (b) kontijiet ta' tifdil; u (c) kontijiet kurrenti f'pajjiżna?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li jixtieq qed tigi ppublikata kull tlett xhur mill-Bank Centrali fil-Quarterly Review. Din l-informazzjoni tinsab fit-Tabella 1.2 f'pagna 78 tal-Quarterly Review ta' Settembru 2000.
Leg 9 PQ #21919 Sitting 449 2000-12-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax

Question

Jikkonferma l-Ministru li persuna miżżewġa li taqla' sa Lm 5,000 ma jħallasx Income Tax bħalma nsibu miktub fl-ittra li l-Prim Ministru li bagħat fid-djar tan-nies wara l-petizzjoni tal-GWU?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li dan ma jikkorispondix ma dak li qal il-Prim Ministru fl-ittra li baghat lin-nies wara l-petizzjoni tal-GWU. Il-kliem ezatt tal-Prim Ministru kien : "Jekk zidna l-Income Tax, dan ghamilnieh b'mod li persuna mizzewga li taqla' sa Lm5000 fis-sena (kwazi mitt lira fil-gimgha) ma thallasx centezmu aktar f'taxxa.
Leg 9 PQ #21813 Sitting 448 2000-12-05 Oral · Interim From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax — Refużjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm baqa' refużjonijiet ta' income tax x'jitħallsu mill-gvern għas-snin ta' qabel l-1998 separatament sena b'sena minn meta dawn huma dovuti u bħala totali globali? Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet u miri ta-gvern biex dawn it-taxpayers jirċievu lura ħlasijiet dovuti lilhom? Kemm minn dawn huma dovuti lill-self-employed, kumpanniji/ditti kummerċjali separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda tingabar u ser tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #21816 Sitting 448 2000-12-05 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn flus f'kontijiet bearer mal-banek qabel dawn twaqqfu? Kemm kien hemm bearer accounts li baqgħu miftuħin fejn ma kenux identifikati s-sidien tagħhom, x'sar mill-bilanċi rilevanti mill-banek lokali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf l-Onorevoli Interpellant li f'Dicembru ta' l-1999 il-Bank Centrali hareg direttiva lill-banek kummercjali sabiex ma jifthux aktar kontijiet bearer u jiehdu hsieb jghalqu dawk ezistenti sa Gunju tas-sena 2000. Tajjeb nghidu li mill-1994 l-hawn kull min jiftah kont bearer kien jigi identifikat skond ir-Regolament ta' l-1994 kontra l-Hasil ta' Flus. Il-kontijiet bearer pero' xorta baqghu trasferibbli u kien ghalhekk li l-Bank Centrali hareg din id-Direttiva f'Dicembru 1999. Fl-ahhar ta' Dicembru 1999 il-banek kellhom 8,137 kont bearer f'ammont ta' Lm29 miljun lira. Sa Ottubru li ghadda kien ghad fadal 2,890 kont b'ammont ta' Lm4 miljun lira li s-sidien taghhom ma gabruhomx mill-banek. Il-flus ghadhom fil-banek sakemm is-sidien taghhom jirrikorru fil-banek biex jigbruhom. Din hija sitwazzjoni li tezisti f'kull tip ta' accounts fejn il-banek izommu dawn il-kontijiet bhala Dormant jigifieri kontijiet li ma hemmx caqlieq fuqhom.
Leg 9 PQ #21806 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Kumpens lill-ġenituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpens lill-ġenituri bi tfal fi skejjel privati mħabbra minnu fil-budget huwiex se jkopru wkoll l-iskejjel tal-Knisja u d-donations li jingħataw minflok miżati f'dawn l-iskejjel?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-mizura mhabbra fil-budget tirreferi ghal kumpens lill-genituri bi tfal fi skejjel privati ili m'humiex tal-knisja. Il-Gvern diga qieghed jissussidja l-iskejjel tal-knisja b'disa miljun lira fis-sena.
Leg 9 PQ #21811 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Self-employed

Question

Jista' l-Ministru jelabora dwar jekk l-ispejjeż ta' self-employed persons li normalment jitnaqqsu mit-taxxa, bħalma huma cleaning expenses, hospitality, petrol eċċ humiex se jibqgħu hekk u jekk humiex ukoll suġġetti għal fringe benefits tax li ħabbar fid-diskors tiegħu tal-budget għal din is-sena? Jista' l-Ministru jelabora fil-konfront tas-self-employed fuq diskors fejn qal li: "dawk li mhux se jkunu taxxabbli f'idejn minn jirċevihom mhux se jkunu meqjusa bħala spejjeż fil-kontijiet tan-negozju li fuqhom tinħadmilhom it-taxxa" (Paġna 56 tad-diskors tal-Budget)?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-ewwel pagna tal-ktejjeb “Income Tax on Fringe Benefits - An Outline” li tpogga fuq il-mejda tal-Kamra mad-diskors tal-budget, hemm miktub li “fringe benefit” huwa beneficcju provdut f’rigward ta’ impjieg. Hemm ukoll definizzjoni ta’ xi tfisser impjieg f’dan ir-rigward. Persuni self-employed ma jaqghux taht din il-kategorija. Dak li hemm miktub f’pagna 56 tad-diskors tal-Budget rigward it-tieni parti tal-mistoqsija tapplika ghall-‘employers’ kollha u tirrigwarda dawk il-‘fringe benefits’ li mhumiex ser ikunu taxxabbli f’idejn min jircevihom.
Leg 9 PQ #21834 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Riċeviment

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 21629, jista' l-Ministru jirrispondi t-tieni, t-tielet u r-raba' parti tal-mistoqsija?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u r-risposta ser tinghata f'xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #21841 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — AIP

Question

Peress li d-Dipartiment tat-Taxxi (ta' Merchant Street, Valletta) qed jitlob n-numru tat-taxxa ta' xerrejja barranin (apparti AIP) jista' l-Ministru jagħmel arranġamenti amministrattivi biex ma' l-applikazjoni tal-AIP fl-istess dipartiment, jkun l-istess dipartiment li jagħti n-numru ta' taxxa għall-istess applikant?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li meta xerrejja barranin ma jkunux registrabbli ghall-fini tat-Taxxa fuq l-Income ghax ma jkollhomx "chargeable income" taxxabbli f'Malta in-numru tal-passaport u l-indirizz ta' barra tal-istess individwi jkun bizzejjed; meta xerrej barrani jkun registrat in-numru ghandu jinghata u wara ssir il-verifika immedjatament minhabba l-konnettivita' elettronika bejn il-ferghat tad-dipartiment imma meta x-xerrej barrani ikun registrabbli imma mhux registrat, dan l-individwu ghandu l-obbligu li jikseb in-numru ta' registrazzjoni. F'dan il-kaz is-suggeriment ta' l-Onorevoli membru qed jigi kkunsidrat.
Leg 9 PQ #21850 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali — Ko-Ordinazzjoni tal-Funjonijiet

Question

B'referenza għad-diskors li għamel il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali waqt l-ikla annwali tal-Istitut tal-Bankiera, jista' l-Ministru jagħti lil din il-kamra, aktar tagħrif dwar l-Ad Hoc Unit li beħsiebu iwaqqaf il-Bank Ċentrali biex isaħħaħ il-ko-ordinazzjoni tal-funzjonijiet dwar stabbilita' finanzjarja billi jirriċerka u janalizza metodi kif għandha tiġi promossa u miżmuma sistema finanzjarja stabbli?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-organizzazzjoni interna tal-Bank Centrali u decizjonijiet dwar l-istruttura tieghu huma responsabbilita' tal-management u tal-Bord tad-Diretturi ta' l-istess Bank.