Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każ dwar Għajnuna Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatement, għadha qed tiġi rifjutata lilha l-għajnuna soċjali meta l-istess raġel tagħha, li dettalji dwaru wkoll qed jintbagħtu separatament, għadu sal-lum diżokkupat u għalhekk ħadd minnhom m'hu qed jirċievi ebda għajnuna soċjali u l-ebda introjtu ta' xejn? Ma taħsibx il-Ministru li dan huwa każ urġenti li jimmerita attenzjoni immedjata fiċ-ċirkostanzi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Unemployment benefit

Question

Tista' il-Ministru tispjega kif filwaqt li l-gvern jgħid li l-qgħad naqas, il-figuri ta' l-NSO dwar in-nefqa tal-gvern fuq l-unemployment benefit qed turi li kien hemm żieda ta' aktar minn 13% f'dan il-benefiċċju, fejn f'Tabella 1 l-infiq tal-gvern fuq dan il-benefiċċju juri żieda ta' Lm69,000 u cioe' minn Lm529,000 is-sena l-oħra għal Lm598,000 din is-sena? Tista' tagħti breakdown ta' kemm kien hemm persuni li rċevew l-unemployment benefit u kemm sewa dan il-benefiċċju kull xahar? Tista' tispjega kif waqt li l-gvern jgħid li l-qgħad naqas, in-nefqa tal-gvern fuq unemployment benefit żdiedet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u twegiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Bormla — Tindif ta' Flats

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex ma tteħdux passi dwar domanda parlamentari 20637? Tista' il-Ministru ġentilment tara li jittieħdu l-passi neċessarji mill-aktar fis, u dan biex tkun eliminata l-problema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22035 f'din l-istess Seduta.

Xiri ta' post fil-Birgu

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn wasal il-proċess tat-talba biex jinxtara l-fond fil-Birgu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni taħt l-iskema Sir Sid Darek mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant saret fis-7 ta’ Novembru 2006. Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita’ tad-Djar bdiet tiġbor l-informazzjoni meħtieġa mingħand diversi entitajiet bħala parti mill-proċess ta’ applikazzjonijiet simili.

Isla — Tiswija ta' gallarija f'appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tara meta se jibda x-xogħol fuq il-gallarija tal-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, liema fond jinsab fl-Isla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li x-xogħol ta’ tiswija fuq il-gallarija tal-fond indikat mill-Onor. Interpellant mistenni jinbeda fil-ġranet li ġejjin.

Żejtun — Ispezzjoni f'appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta hu mistenni li ssir l-ispezzjoni mill-ħaddiema tad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali fil-fond fiż-Żejtun li hu okkupat minn persuna b'diżabilita' li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, liema applikazzjoni ġiet iffirmata fit-13 ta’ Novembru 2006, ser tiġi proċessata biex issir l-ispezzjoni meħtieġa.

Bormla — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilita' hemm li persuna Bormliża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix waħedha, tieħu post alternattiv mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma għandiex applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex twaqqaf ir-relief lill-persuna minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li din m'għandhiex biex tgħix?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Każ ta' housing

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal il-każ ta' housing soċjali tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li minkejja li ntalbet l-istess informazzjoni mid-direttur tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, l-unika tweġiba li ntbagħtet kienet biss acknowledgement, u dan peress li l-persuna in kwesjtoni tinsab imkeċċija mir-residenza li qed taqsam ma' oħrajn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li l-persuna involuta llum hija separata u qed toqgħod flimkien maż-żewġ uliedha f'kamra waħda f'kondizzjonijiet xejn umani?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kuntratti

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, mid-dipartimenti u mill-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tagħha matul is-snin 2004, 2005 u 2006? Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, etc. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi )matul l-istess snin u perijodi? Kemm tħallsu kull individwu u/jew ente li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew ente li taqa' taħt id-dekasteru tagħha matul dawn l-istess perijodi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tad-Djar/Awtorita' tad-Djar

Question

F'każ ta' amalgamazzjoni bejn id-dipartimenti tal-housing u l-Awtorita' tad-Djar, tista' il-Ministru tgħid x'se jiġri mill-postijiet rekwiżizzjonati li s-soltu jalloka d-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali? X'passi ttieħdu mill-aspett legali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa qed tiġi abbozzata liġi ġdida li ser tinkorpora r-responsabbiltajiet preżenti ta' l-Awtorita' tad-Djar u d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u tgħaddihom taħt l-entita' l-ġdida li toħroġ mill-amalgamazzjoni tas-settur. Ninsab infurmata li permezz ta' din il-liġi l-pożizzjoni legali dwar il-postijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ser tiġi trasferita taħt l-entita' l-ġdida.

Dar tal-gvern

Question

Peress li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tixtieq tipproċedi bl-akkwist tad-dar tagħha li hi proprjeta' tal-gvern, liema proċess kien diġa' inbeda xi snin ilu, tista' il-Ministru tgħid xi trid tagħmel din il-persuna biex tikkonkludi dan il-proċess?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, fl-1998, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant kienet applikat biex tixtri l-post tal-Gvern fejn toqgħod taħt Skema I ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, liema Skema kienet fis-seħħ dak iż-żmien. Ninsab infurmata wkoll li l-applikant ma kienx qabel mal-prezz stabbilit mill-Awtorita’. L-applikant għamel rappreżentazzjonijiet ma’ l-Awtorita’ f’dan ir-rigward u, wara li ġie nfurmat li l-prezz ma setgħax jiġi rivedut, ikkanċella l-applikazzjoni. Jekk din il-persuna għadha nteressata li tixtri l-post fejn toqgħod għandha tapplika mill-ġdid taħt l-iskema relatata eżistenti, Sir Sid Darek.

Proprjeta' fl-Isla

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex ma marrux il-ħaddiema tal-housing fil-proprjeta' li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, liema proprjeta' tinsab fl-Isla? Tista' tgħidilna meta se jmorru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għalkemm l-Onor. Interpellant ma speċifikax ir-raġuni għaliex kellha ssir spezzjoni, qed nassumi li din hi konnessa ma l-inizjattiva tal-Care and Repair. Jekk dan hu l-każ, ninsab infurmata li mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika minn din l-inizjattiva. Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Bormla — Spezzjoni f'appartament tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se ssir l-ispezzjoni fuq il-fond f'Bormla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Tista' tara li din il-persuna tibbenefika mill-iskema care and repair minħabba li għandha s-saqaf mhux f'kondizzjoni tajba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant diġa' ibbenefikat mis-sussidju meta xtrat il-fond fejn tgħix mill-Awtorita' tad-Djar. Għal din ir-raġuni ma tistax terġa tibbenefika minn sussidju ieħor biex tirranġa l-istess fond.

Bormla — Care and repair

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta anzjana minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, se ssir l-ispezzjoni fid-dar tagħha mill-ħaddiema ta' l-awtorita' tad-djar biex tkun tista' tibbenefika mill-inizjattiva care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Dipartiment tad-djar/Awtorita' tad-Djar

Question

F'każ ta' l-amalgamazzjoni tad-dipartimenti tal-housing ma' l-Awtorita' tad-Djar, tista' il-Ministru tgħid min se jkun iċ-Chief Executive li se jmexxi lill-Awtorita' tad-Djar? X'paga se jkollu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Hu maħsub li ċ-Chairperson Eżekuttiv ta' l-Awtorita' tad-Djar ser tmexxi l-istruttura l-ġdida wara l-amalgamazzjoni tal-funzjonijiet li għandhom illum l-Awtorita' u d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Bini u Tiswija ta' Djar. Mhux maħsub li jkun hemm bidla fis-salarju li l-istess Chairperson Eżekuttiv qed tirċievi preżentement meta tieħu din ir-responsabbilta' ġdida.

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mhi tieħu ebda benefiċċju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Persuna b'diżabilita' — Xiri ta' appartament tal-gvern

Question

Tista' persuna b'diżabilita' tixtri flat tal-gvern li qed tgħix fih iffinanzjat minn familjiari tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Inkwilin f'post tal-Gvern li jkun ilu konoxxut bħala l-kerrej għal mill-anqas ħames snin ikun jista' japplika biex jixtri l-fond fejn joqgħod taħt l-iskema Sir Sid Darek. Għalkemm m'hemm xejn xi jżomm lill-familjari ta' persuna li jgħinuha finanzjarjament biex tixtri l-fond, il-kuntratt tal-bejgħ tal-fond isir biss mal-kerrej konoxxut li jkun qed jixtri l-fond mikri lilu mill-Gvern.