Legislature:
Category:
Reset
Active:

Um El Faroud — Kawża

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi ffinalizzata il-kawża jew proċeduri dwar l-isplużjoni li kienet saret fit-Tarzna fuq il-vapur Um El Faroud?

Response (GATT, AUSTIN)

`Jien infurmat li l-inkjesta dwar l-isplużjoni li kienet saret fit-Tarzna fuq il-vapur Um El Faroud tinsab fi stadju li jiġi ppreżentat ir-rapport ta` l-Assessuri quddiem il-Qorti ta` l-Appell.`

Qrati — Kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-kawżi deċiżi favur ir-rikorrenti mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji li sal-lum għadhom ma ngħatawx rimedju u/jew id-deċiżjoni implimentata u dan in partikolari f'dawk il-każijiet fejn ir-rikorrenti huma impjegati fiċ-ċivil?

Response (GATT, AUSTIN)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant jaf li r-rapporti tat-Tribunal tal-Inġustizzji, jiġu mibghuta lill-Prim Ministru. Ghaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija tieghu lill-Prim Ministru.

Kunsilli Lokali — Ftehim mal-WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kunsilli lokali li aċċettaw l-arranġament li għamel id-Dipartiment tal-Kunsilli u l-Water Services Corporation?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-`Model Agreement` mal-Korporazzjoni ghas-servizzi ta` l-ilma ġie iffirmat bejn il-Korporazzjoni u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali wara konsultazzjonijiet li saru mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali. Ghaldaqstant dan l-arranġament ġie aċċettat mill-Kunsilli Lokali kollha tramite l-Assoċjazzjoni taghhom. Jekk l-Onorevoli Membru qed jistaqsi kemm kienu l-Kunsilli Lokali li iffirmaw il-ftehim, s`issa l-ebda Kunsill ma ffirma ghalkemm partijiet mil-ftehim diġa qed jitħaddem u xi patching qed isir fuq ir-rati li ġew stabbiliti fil-ftehim. Irid jinghad ukoll li hemm xi Kunsilli li qed jiddiskutu mal-Korporazzjoni biex dan il-ftehim jiġi ffirmat ma` gruppi ta` Kunsilli Lokali, kif se jsir ghat-Tribunali Lokali, ħalli jintlaħaq iktar l-iskop ta` `value for money`.

Ġurijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ġurijiet li saru fil-qrati Maltin mill-1987 sat-30 ta' Ġunju, 1999, sena b'sena? Jista' l-Ministru jagħti l-figuri sena b'sena dwar fuq xiex kienu l-atti ta' akkużi f'dawn il-ġurijiet? Jista' l-Ministru jagħti figuri wkoll sena b'sena kemm kienu minn dawk akkużati f'dawn il-ġurijiet: (1) li weħlu priġunerija li kellhom jiskontaw u x'kien il-każ tagħhom; (2) li weħlu priġunerija li kienu diġa' skontaw minħabba l-arrest preventiv qabel sar il-ġuri u x'kien il-każ tagħhom; (3) li ġew illiberati u x'kien il-każ tagħhom; (4) kemm minn dawk ikkundannati priġunerija f'dawn il-ġurijiet kienu Maltin u kemm minnhom kienu ta' nazzjonalita' barranija?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-mejda l-informazzjoni mitluba f`din id-domanda. Ghar-rigward tad-domanda numru (2) l-informazzjoni tista` tinghata mill-Awtoritajiet tal-habs. Ghaldaqstant l-Onor. Interpellant jista` jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministru koncernat.`

Qrati — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta'April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-qrati? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GATT, AUSTIN)

B`referenza ghall-mistoqsija ta` l-Onorevoli Interpellant, kien hemm sitt impjegati li ġew trasferiti mill-Qrati tal-Ġustizzja ghal xi Dipartiment ieħor mis-27 ta` April sal-15 ta` Settembru 1999. Minn dawn, tnejn ġew uffiċjalment ittrasferiti mill-Management & Personnel Office filwaqt li fl-erba` każijiet l-oħra, id-Dipartiment diġa ġie nnotifikat mill-istess uffiċċju dwar it-trasferiment taghhom. F`erba` każijiet, it-trasferimenti saru wara talba ta` l-istess impjegati, f`kaz ieħor l-impjegat ġie trasferit wara talba mid-Dipartiment stess filwaqt li kaz ieħor kien jirrigwarda impjegat li ghadda minn interview ghal post ta` Immigration Officer. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ngharraf lill-Onor. Interpellant li kwalukwe trasferiment isir skond l-esiġenzi tas-Servizz in generali u f`dal-każ ta` l-operat tal-Qrati in partikolari.

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GATT, AUSTIN)

Bejn is-27 t`April u l-15 ta` Settembru 1999 la ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u lanqas ħarġu applikazzjonijiet ghal xi impjiegi.

Qrati — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-qrati mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (GATT, AUSTIN)

Fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant la kien hemm impiegi ġodda u l-anqas sejħiet ghall-impieg.
Leg 9 PQ #10966 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ministeru tal-Ġustizzja — Court messengers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li toħroġ sejħa għall-applikazzjoni għal mili ta' vakanzi fil-grad ta' court messenger?

Response (GATT, AUSTIN)

`B`riferenza ghall-interpellanza maghmula mill-Onorevoli Dr. Joe Cilia dwar mili ta` vakanzi fil-grad ta` Court Messenger, nixtieq ninfurmah illi s-sejha ghall-applikazzjonijiet biex jimtlew l-imsemmija vakanzi giet ippubblikata permezz ta` cirkolari mill-Management and Personnel Office numru 112 tas-sena 1999 u li ggib id-data tat-l3 ta`Ottubru 1999. L-applikazzjonijiet baqghu jintlaqghu mid-Dipartiment tal-Ezamijiet sa nhar il-Gimgha, 5 ta` Novembru 1999.
Leg 9 PQ #10967 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ministeru tal-Ġustizzja — MPO Nru. 84/99

Question

B'riferenza għaċ-ċirkolari MPO Nru. 84/99 datata 9/7/99, dwar il-mili ta' postijiet ta' Deputat Reġistratur fil-Qorti Ċivili, jista' l-Ministru jgħid kemm-il vakanzi kien hemm fl-imsemmija sejħa? Kemm-il applikant applika? Kemm minn dawk li għaddew diġa' bdew jaħdmu fil-post ta' Deputat Reġistratur? Jekk mhux kulħadd beda jaħdem, kemm jonqos u għalfejn dawn ma ġewx rilaxxati mid-dipartimenti l-oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi s-sejha ghall-applikazzjonijiet permezz tac-cirkolari ta` l-MPO Nru. 84 tas-sena 1999 datat 9 ta`Lulju 1999 kienet intiza biex timla` tmien postijiet vakanti. Id-Dipartiment ircieva sittax-il applikazzjoni sad-data ta` l-gheluq u l-applikanti gew intervistati minn Board. Minnhom, ghaxra ghaddew. Minn dawn, tnejn infurmaw lid-Dipartiment li ma kienux aktar interessati li jahdmu bhala Deputati Registraturi. Sat-3 ta` Novembru 1999 kien hemm zewg ufficjali li ghaddew u li bdew jahdmu bhala Deputat Registratur. Mill-bilanċ ta` sitta li jifdal, tlieta diga huma impjegati tal-Qorti filwaqt li jonqos tlieta ohra li ghadhom ma gewx rilaxxati mid-Dipartimenti rispettivi taghhom. Il-Qorti mhux f`pozizzjoni li tghid ghaliex dawn ghadhom ma ntbaghtux mid-Dipartimenti taghhom.`

Qrati — Imħallef Noel Arrigo

Question

Jista' l-Ministru jindika u jagħti tagħrif dettaljat ta' kemm-il proċess intilef minn quddiem l-Imħallef Noel Arrigo, minn mindu beda jassumi l-kawżi tal-master? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħa sabiex dawn jiġu rintraċċjati?

Response (GATT, AUSTIN)

Statistika ta` processi mitlufa ma tinzammx billi r-Registratur issir taf bihom mill-kommuniki li jintbaghtu mill-Imhallfin. Naturalment il-problema mhuwiex limitat biss ghall-Imhallef imsemmi. Kull meta r-Registratur tiġi mgharrfa dwar nuqqas ta` xi proċess, dejjem ittieħdu l-passi neċessarji sabiex dan jinstab, u fil-fatt ġieli nstab.

Qrati — Kawżi pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem l-imħallef/imħallfin master? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kawżi ġew assenjati lill-periti legali jew assistenti ġudizzjarji? Jista' jgħid kemm inqatgħu kawżi minn din il-qorti fl-1995, 1996, 1997 u 1998? Kemm minn dawn maqtugħa kienu: a) assenjati lil periti; b) kontumaċi u c) deserti?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li sa Marzu 1999 kien hemm 1529 kawzi pendenti quddiem il-Master. Billi t-tqassim ta` dawn il-kawżi lill-periti legali jew lill-Assistenti Gudizzjarji hija prerogattiva ta` l-Imħallef u ma tinghata l-ebda informazzjoni lir-Registratur dwar tali assenjazzjonijiet, ma tistax tinghata risposta ghat-tieni parti tad-domanda. 1. Fl-1995 inqatghu 1196 kawzi mill-Prim`Awla tal-Qorti Civili. Ma jistax jinghad li dawn inqatghu mill-Master billi s-sistema tal-Master bdiet titħaddem minn Jannar 1996. Matul l-1995 kien hemm 202 kawzi dezerti. 2. Fl-1996 ġew decizi 273 kawzi mill-Onorevoli Imħallef Dr Noel Arrigo li kien il-Master. Matul din is-sena ma jirrizultax kawzi dezerti minn din il-Qorti. 3. Fl-1997 ġew decizi 253 kawzi mill-Onorevoli Imhallef Dr Noel Arrigo li kien il-Master. Jirrizulta li matul din is-sena kien hemm 38 kawzi dezerti. 4. Fl-1998 ġew deċizi 160 kawzi mill-Onorevoli Imħallef Dr Ray Pace li minn Frar 1998 ħa l-kawzi tal-Master minflok l-Onorevoli Imħallef Dr Noel Arrigo. Matul din is-sena ma jirrizultax li kien hemm kawzi dezerti minn din il-Qorti. Ma tinzammx statistika dwar kawzi deċizi mill-Master li jkunu assenjati lill-periti jew li gew deċizi fil-kontumaċja.
Leg 9 PQ #10963 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Amministrazzjoni tal-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Amministrazzjoni tal-Qorti issir awtonoma mill-gvern? Jekk hemm dan il-ħsieb meta se jibdew id-diskussjonijiet għal dan il-pass? X'inhuma l-argumenti favur u kontra?

Response (GATT, AUSTIN)

`Jidhirli li l-ewwel pass li ghandu jittiehed hu li l-amministrazzjoni preżenti tiġi msahha - proċess li nbeda - u li l-awtonomija preżenti tiġi amministrata ahjar, awtonomament.`

Kunsilli Lokali — Imtarfa

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija preċedenti li fiha ntqal li sa Marzu li ġej (2000) l-Imtarfa se tinqata' minn mar-Rabat u se jkollha kunsill lokali għaliha, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun fih kunsilliera l-kunsill ta'l-Imtarfa? Il-kunsill tar-Rabat se jibqa' bl-istess numru ta' kunsilliera, jew se jitnaqqas?

Response (GATT, AUSTIN)

In-numru ta` Kunsillieri għal kull lokalita` huwa stabbilit skond il-provvedimenti ta` l-artikolu 4 ta` l-Att ta` l-1993 dwar Kunsilli Lokali. Peress li skond l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment, il-popolazzjoni ta` l-Imtarfa hija anqas minn tlett elef, il-Kunsill Lokali Mtarfa se jkollu ħames(5) Kunsilliera, kif provdut fil-paragrafu (a) tas-sub artikolu 4 (1), fil-waqt li l-Kunsill Lokali tar-Rabat se jibqa` bl-istess numru ta` disa (9) Kunsillieri, kif provdut fil-paragrafu (c) ta l-istess sub-artkolu, peress li l-popolazzjoni tar-Rabat mhux se tkun anqas minn għaxart elef , anki wara li l-Imtarfa tinqata` għaliha.
Leg 9 PQ #11109 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — Xagħra - Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jara li x-xogħol li qiegħed jagħmel il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex fis-Sqaq Nru. 1 f'Racecourse Street, Xagħra, Għawdex jitlesta u dan peress illi l-paviment ta' l-isqaq ġie mqatta' u mkisser mill-kuntrattur u kollox tħalla maqlugħ b'inkonvenjent kbir għan-nies li jużaw dan l-isqaq?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet esiġenzi u l-meżżi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #10724 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Interim From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ministeru tal-Ġustizzja — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent għandu ngaġġat mal-Ministeru tiegħu u kemm jitħallsu dawn il-konsulenti individwalment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f`xi seduta ohra peress li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar.

Interception fuq mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10689?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba li tajtu ghall-Mistoqsija Nru. 10689 imressqa minni fl-20.10.99. Malli tinghatali l-informazzjoni li jiena tlabt, inkun f`pożizzjoni ahjar biex nista nwieġeb.

Qrati — Talba għal adozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba ta' adozzjoni ġiet milqugħa mis-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? X'kienet il-perċentwali ta' adozzjonijiet ta' tfal barranin sena b'sena? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba ta' adozzjoni ma nltaqgħetx mis-Sekond'Awla tal-Qorti Ċivili matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Matul dawn l-ahhar ghaxar snin intlaqghu 520 talba ghal adozzjonijiet imqassmin kif gej sena b`sena. SENA ADOZZJONIJIET ADOZZJONIJIET PERCENTWALI MILQUGHA BARRANIN 1989 18 8 44.44% 1990 14 6 42.86% 1991 104 91 87.50% 1992 86 75 87.21% 1993 40 25 62.50% 1994 32 19 59.37% 1995 27 16 59.26% 1996 44 29 65.91% 1997 59 47 79.66% 1998 57 38 66.67% 1999 39 30 76.92% TOTAL 520 384 AVERAGE 73.84% Applizzajonijiet li ma gewx milqugha jammontaw ghal tlieta (3) li kienu kollha fl-1986.

Interception fuq mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi liġi li tipproteġi lill-individwi kontra l-abbuż ta' interception tat-telefonati li jsiru fuq mobile phones minn terzi, liema informazzjoni tista' tintuża għal motivi ulterjuri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant li tlabt informazzjoni dwar is-suggett minn ghand l-Ufficcju tal-Avukat Generali. Malli din tinghatali, inkun f` pozizjoni ahjar biex inkun nista nwieġeb

Marsa — Post ta' rikreazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti tal-gvern ċentrali għall-post ta' rikreazzjoni fil-Marsa, peress li ż-żgħażagħ ta' dawk l-inħawi jilmentaw li m'għandhomx lok ta' rikreazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jaghmel id-domanda tieghu lill-Ministru konċernat.