Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33655 Sitting 744 2002-05-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jara li titneħħa l-karozza mini minor li hemm abbandunata fi Triq il-Ħafur c/w Triq Ħal Warda, Ħ'Attard?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vettura li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant tneħħiet.
Leg 9 PQ #33671 Sitting 744 2002-05-27 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta, għaliex u minn min ittieħdet id-deċizjoni li Triq Santa Katerina fil-Madliena, limiti tan-Naxxar, issir aċċessibbli biss għall-vetturi tar-residenti ta' l-istess triq?

Response (BORG, TONIO)

Peress li hemm 2 kmamar tan-nar fl-istess triq (li ġew allokati hemm mill-Gvern snin ilu fl-istess triq), il-liġi titlob li tali triq ma tkunx miftuħa għat-traffiku kollu. Għalhekk ġie ristrett l-aċċess sabiex jiġu osservati l-provvedimenti tal-liġi.
Leg 9 PQ #33672 Sitting 744 2002-05-27 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħabs

Question

Jista' l-Ministru jinforma x'rapport/rapporti sar/saru dwar inċident li nqala' fis-7 ta' Mejju 2002 fil-female section tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin, bejn gwardjana u priġuniera, fejn allegatament, ta' l-ewwel sawtet lil tat-tieni? X'azzjoni ttieħdet sa' issa dwar dal-każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-inċident li seħħ fil-Female Section nhar is-7 ta` Mejju 2002 kien wieħed negliġibli. Dak li ġara kien li minħabba l-lingwa, gwardjana u priġuniera ma setgħux jifhmu lil xulxin. L-allegazzjoni li uffiċjala sawtet lil priġuniera hija totalment infondata. Ma ttieħdu l-ebda passi kontra kemm il-priġuniera u l-anqas xi gwardjana.
Leg 9 PQ #33698 Sitting 744 2002-05-27 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħabs

Question

B'riferenza għal rapport li deher fil-ġurnal Kullħadd, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni għar-rigward l-allegazzjoni li ntbagħtu xi ittri minn persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li preżentament huwa residenti fis-CCF?

Response (BORG, TONIO)

Il-priġunieri kollha li jinsabu fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin għandhom id-dritt li jibgħatu u jircievu ittri. Kemm l-ittri li jintbagħtu jew li jirċievu l-priġunieri jiġu sottomessi għar-regolamenti tal-Ħabs. Regolament 51.1 Prison Regulations 1995. L-Onor. Interpellant huwa mitlub biex jagħti d-data tal-pubblikazzjoni imsemmija biex isir stħarriġ dwar din l-allegazzjoni.
Leg 9 PQ #33717 Sitting 744 2002-05-27 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA — Permessi

Question

Jaf il-Ministru li l-permess maħruġ mill-awtorita` ta' l-ippjanar - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - dwar użu ta' premises minn fejn jinbiegħu l-ġelati, inkluż il-produzzjoni tagħhom, se jkun f'idejn nies barranin, dettalji dwarhom qed jintbagħtu wkoll separtament? Dan mhuwiex ta' xkiel għall-ħaddiema self-employed Maltin li diġa` bdew f'kompetizzjoni diretta mal-barranin qabel sew ma Malta jkollha tiffaċċja dan jekk tidħol bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea kif irid il-gvern?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuni indikati mill-Onor. Interpellant inħarġilhom work permit biex ikunu jistgħu jaħdmu ma` kumpanija Maltija li x-shareholders tagħha huma persuna Maltija u persuna barranija miżżewġa ma` persuna Maltija (u għalhekk għandha exempt person status li jtiha dritt li toqgħod u taħdem Malta). Għaldaqstant hija l-kumpanija Maltija li hi responsabbli mit-tmexxija ta` l-istabbiliment li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #33746 Sitting 744 2002-05-27 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija irċevietx kommunikazzjoni anonima li allegat li ċerta persuna hija responsabbli għall-omiċidju ta' Fortunata Spiteri, l-warden maqtula f'Għawdex? Jekk iva, x'inhu jżomm l-analiżi tad-demm li nstab fuq motorcycle? Għaliex ma ġietx fi tmiemha l-inkjesta? Jikkonferma li kollox wieqaf għaliex il-laboratorju forensiku qiegħed jistenna xi riżultati forensiċi minn barra minn Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan il-każ huwa suġġett ta` inkjesta Maġisterjali u li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Leg 9 PQ #33415 Sitting 743 2002-05-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Vandaliżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija solvitx il-każ ta' vandaliżmu li sar fuq it-tempju ta' l-Imnajdra u jekk le, jista' jgħid jekk il-pulizija eskludietx il-fatt li setgħu kienu xi kaċċaturi jew nassaba li wettqu dan l-att vandalu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-investigazzjoni li għamlet il-Pulizija s`issa, għalkemm kien hemm xi suspetti u saru diversi arresti, dan il-każ għad ma ġiex solvut. Għaldaqstant f`dan l-istadju l-Pulizija ma tista` teskludi lil ħadd.
Leg 9 PQ #33578 Sitting 743 2002-05-23 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jghid f'hiex waslet il-proċedura għall-ħrug tal-permess referenza tiegħu qed jingħata separatament u dan in konnessjoni mas-Sliema Sports Club ta' 1st Floor, Fontana Mansions, Bisazza Street, Sliema?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Bord tal-Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija minħabba oġġezzjonijiet tal-ġirien.
Leg 9 PQ #33582 Sitting 743 2002-05-23 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Rabat — Saqqaja

Question

Jista' l-Ministru jara li l-karozzini li suppost jkunu fuq is-Saqqaja, r-Rabat ikunu hemm u mhux jkunu qegħdin f'postijiet oħra mhux awtorizzati u dan b'detriment għall-lokal stess, turisti u l-poplu fl-area in ġenerali?

Response (BORG, TONIO)

Għaddejt l-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant lill-awtoritajiet kompententi.

Ħal Luqa — Monitoraġġ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija u tweġiba parlamentari 32711 dwar il-programm ta' monitoraġġ tal-kwalita ta' l-arja mid-direttorat għall-protezzjoni ta' l-ambjent, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' liema areas fil-lokalita' ta' Ħal Luqa sar dan il-monitoraġġ, meta dan sar u jekk instabux areas li jirriżulta li l-arja mhix ta' kwalita' tajba u allura x'azzjoni ttieħdet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-monitoraġġ ta` l-arja f`Ħal Luqa jsir kemm permezz ta` Diffusion Tubes kif ukoll bil-mobile station. F`din il-lokalita` diffusion tubes twaħħlu fl-areas ta` ħdejn il-knisja parrokjali, il-housing estate tal-Gvern, faċċata ta` l-ajruport l-antik u faċċata tal-ġibjun tal-Gvern f`żona residenzjali. Il-mobile station ukoll intuża f`Ħal Luqa. F`Diċembru 2001, il-mobile station tqiegħed ħdejn il-knisja parrokkjali. Dan il-programm ta` monitoraġġ inbeda lejn l-aħħar tas-sena 1999 u għadu sejjer. Uħud mir-riżultati miksuba jinstabu ippublikati fuq il-website tad-Direttorat għall-Protezzjoni ta` l-Ambejnt (www.environment .gov.mt). Ir-riżultati juru li l-livelli ta` trab fin (PM10) huwa ogħla minn dak stabbilit fid-direttiva Ewropea 99/30/EC. Id-Direttorat ikkommissjona kumpanija Ingliża b`esperjenza fil-qasam biex tagħmel studju preliminari tad-“data” miksuba s`issa. Ir-rapport ta` dan l-istudju hu mistenni għal Ottubru 2002.

Ħal Kirkop — Monitoraġġ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija u tweġiba parlamentari 32711 dwar il-programm ta' monitroaġġ tal-kwalita ta' l-arja mid-direttorat għall-protezzjoni ta' l-ambjent, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' liema areas fil-lokalita' ta' Ħal Kirkop sar dan il-monitoraġġ, meta dan sar u jekk instabux areas li jirriżulta li l-arja mhix ta' kwalita tajba u allura x'azzjoni ttieħdet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-lokalita` ta` Ħal Kirkop mhux inkluż mal-31 lokalita` li fihom isir monitoraġġ ta` l-arja.
Leg 9 PQ #33615 Sitting 743 2002-05-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Boy Scouts — Batterija

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlametari 33377 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu: Jista' jgħid x'sar mill-applikazzjoni mill-boy scouts biex tiġi mgħoddija lilhom il-batterija fi Triq F M Ferretti, l-Qajjenza fil-limiti ta' Birżebbuġa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li kienet saret sabiex il-B`Bugia Scout Group jingħata Ferretti Battery f`B`Bugia kienet ġiet rrifjutata. Ninsab infurmat ukoll li l-B`Bugia Scout Group kien irrefera l-każ lill-Ombudsman, iżda dan f`Ottubru tas-sena 2001 kien għalaq il-każ wara l-ispjegazzjoni li kienet tat it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern. Fid-dawl ta` din l-istess spjegazzjoni t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qed tagħmel l-arranġamenti neċessarji biex tinħareġ sejħa għal offerti fuq l-istess Ferretti Battery.
Leg 9 PQ #33399 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittelgħu persuni il-qorti din is-sena, talli biegħu alcohol lill-persuni taħt is-sittax-il sena u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena għad ma kienx hemm sidien ta` ħwienet b`liċenzja għall-bejgħ bl-imnut ta` nbejjed, birra jew likuri li ttelgħu l-Qorti mill-Pulizija talli biegħu alkoħol lill-persuni ta` anqas minn sittax-il sena. Ta` min iżid jgħid illi matul l-ewwel erba` xhur ta` din is-sena inqabdu 50 persuna taħt l-eta` f`postijiet ta` divertiment. Dwar dawn il-każi tressqu l-Qorti diversi drabi ħames persuni li kienu s-sidien tal-ħwienet fejn inqabdu l-persuni taħt l-eta`.
Leg 9 PQ #33402 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Imigranti Illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn imigranti illegali miżmuma illum u kemm ilhom hawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 266 immigranti illegali li qed jinżammu taħt il-kustodja ta` l-Awtoritajiet tas-sigurta`. Tnejn ilhom fil-kustodja tal-Pulizija minn l-1999, filwaqt li l-kumplament daħlu Malta matul dawn l-aħħar xhur. Il-maġġoranza kbira qed jinżammu minħabba li għad ma ġietx stabbilita n-nazzjonalita` u l-identita` tagħhom.
Leg 9 PQ #33404 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Karozzi tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew skrappjati karozzi tal-pulizija sena b'sena f'dawn l-aħħar 5 snin, wara li kienu involuti ġo xi inċident tat-traffiku? F'kemm minn dawn il-każi ġie konkluż illi membru tal-korp kellu t-tort?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: 1998 1999 2000 2001 2002 1 3 xejn 3 xejn Infurmat ukoll illi f`żewġ każi, deher illi l-inċident kien tort tal-Membru tal-Korp li kien qiegħed isuq il-vettura, filwaqt li każ ieħor huwa suġġett ta` Inkjesta Maġisterjali li għadha mhix konkluża.
Leg 9 PQ #33405 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Protezzjoni Ċivili — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi tal-protezzjoni ċivili, kienu involuti f'inċidenti tat-traffiku s-sena l-oħra u din is-sena? X'tip ta' veikoli kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 hemm seba` (7) vetturi tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kienu nvoluti f`inċidenti tat-traffiku filwaqt li matul din is-sena s`issa, kien hemm sitt (6) karozzi nvoluti f`inċidenti tat-traffiku.
Leg 9 PQ #33407 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Deportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew deportati persuni din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba` xhur ta` din is-sena, ġew deportati 427 persuna wara li ġew misjuba ħatja ta` xi reat kriminali.
Leg 9 PQ #31797 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi, vannijiet u nġenji oħra li l-Ministeru u d-Dipartimenti, Entitajiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru, kellu mikrija jew le, matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?

Response (BORG, TONIO)

Jien m`inix sodisfatt li l-utilita` ta` l-informazzjoni dettaljata fuq firxa ta` ħames snin mitluba fil-mistoqsija nru. 31797 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar. Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #33367 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

International Shooting Union — Armi tan-Nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex, skond ma qed jipproponi l-gvern, se jitħallew jintużaw armi għal kompetizzjonijiet sportivi regolati mill-International Shooting Union biss meta hemm diversi dixxiplini sportivi regolati minn għaqdiet ta' sparar oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mit-tagħrif miksub jidher illi r-regoli tal-għaqda msemmija mill-Onorevoli Interpellant, ikopru bosta mill-kompetizzjonijiet f`dan il-qasam. Pero` ta` min jgħid illi l-għan tal-White Paper huwa proprju sabiex isiru l-kummenti u suġġerimenti. Għaldaqstant inħeġġeġ lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel is-suġġerimenti tiegħu.