Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena, kemm-il omiċidju volontarju seħħ f'Malta u Għawdex? Min huma l-vittmi? Min kienet jew kienu l-persuni akkużati b'dawn l-omiċidji? Meta kienu akkużati fil-qorti? Liema każijiet għadhom mhux solvuti mill-pulizija? Jekk persuna kienet akkużata fil-qorti dwar l-omiċidju volontarju x'kien l-eżitu tal-każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-taghrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena liema kienu s-serqiet bil-vjolenza (hold ups) li l-ammont tal-valur misruq kien ilaħħaq aktar minn Lm 25,000? Fejn saru dwar is-serqiet? Meta saru? Jekk il-każ kien solvut mill-pulizija, meta persuna jew persuni tressqu quddiem il-qorti? X'kienu l-eżita tal-każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.
Jista' l-Ministru jgħidx'passi ittieħdu kontra l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament inkonnessjoni ma' bigamija ma' ċittadina Griega? X'kien l-eżitu fil-qorti dwar il-każ? U x'passi ttieħdu wara deċiżjonijiet tal-qorti tal-appell kriminali inkonnessjoni ma' dan il-każ?
Response (BORG, TONIO)
Il-kaz gie deciz fis-6 t'April, 1996 mill-Qorti tal-Magistrati; l-akkuzat gie kundannat sentejn habs, izda appella. Il-Qorti ta' l-Appell hassret is-sentenza ta' l-Ewwel Qorti, u baghtet il-kaz lura lill-Qorti tal-Magistrati bil-kondizzjoni li jinfethu proceduri civili. Dawn il-proceduri inbdew u meta dawn il-proceduri civili jintemmu, ikun jista' jitkompla l-kaz kriminali.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena min kienu l-persuni ikkundannati barra minn Malta u kienu trasferiti biex ikomplu s-sentenza tagħhom f'Malta? Meta nqata' l-każ kontrihom barra minn Malta u x'kienet il-piena. Meta waslu Malta? Kemm kien baqalhom biex jiskontaw mill-piena tagħhom fil-ħabs ta' Malta? Meta ħarġu lura fis-soċjeta mill-ħabs?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fl-ahhar hamsa u ghoxrin sena kien hemm tmien 8 persuni li kienu kkundanati barra minn Malta li kienu trasferiti biex jkomplu jiskontaw is-sentenza taghhom f'Malta. It-taghrif mitlub dwarhom hu kif gej:-
Isem Piena Data Trasferiti Kumplament Rilaxxati
J. Debattista Sena u 4 xhur 22/6/93 8/12/93 48 jum 25/1/94
L. Attard Sentejn u 9 xhur 18/11/82 23/6/83 414-il jum 27/7/83*
T.Attard Sentejn u 9 xhur 18/11/82 23/6/83 414-il jum 27/7/83*
A. Bartolo Sentejn u 9 xhur 18/11/82 23/6/83 414-il jum 27/7/83*
R. Sullivan Sentejn u 9 xhur 18/11/82 23/6/83 414-il jum 27/7/83*
V. Farrugia Sentejn u 9 xhur 18/11/82 23/6/83 414-il jum 27/7/83*
S. Mercieca Sentejn u 9 xhur 18/11/82 23/6/83 414-il jum 27/7/83*
A. Borg 18-il xahar 17/3/83 23/6/83 269-il jum 27/7/83*
* Rilaxxati qabel it-terminu tas-sentenza wara li nghataw amnestija mill-Gvern Libjan.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapurtati inċidenti tat-traffiku madwar ir-roundabout tal-Kappara (fejn it-tankijiet tal-gas) minn Settembru 2000 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Settembru 2000, u l-11 ta' Mejju 2001, gew irrappurtati lill-Pulizija 74 l-incident stradali hdejn ir-roundabout li rrefera ghaliha l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti li nstabu xi armi tan-nar waqt logħob tal-football? Jista' jgħid x'logħba kienet qed tintlagħab u jekk sarux rapporti u allura aktar investigazzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 2000, u t-30 ta` April 2001, instabet arma waħda. Dan kien nhar il-11 ta` Frar 2001 waqt logħba li kienet qed tintlagħab fil-ground tal-Mosta bejn is-St. George`s u San Ġwann. Ta` min jgħid li din l-arma (senter) instabet ġo vettura li kienet ipparkjata viċin l-istess ground. Sid din il-karozza ser jitressaq il-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qiegħda tieħu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kontra sid ta' l-art li hemm fi Triq il-Gradilja c/w Triq il-Pitkali f'Ħ'Attard peress li jidher li qiegħed jikser il-kundizzjonijiet tal-permess ta' l-iżvilupp?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħarġet Avviż biex Tieqaf u ta` Twettieq b`referenza ECF 95/01, datat 31 ta` Jannar 2001, talli sar żvilupp mingħajr permess li jikkonsisti fi twaqqiegħ ta` kamra u bini ta` kamra akbar u 'boundary wall' għoli aktar minn kif approvat fil-permess PA 6988/97.
Billi ma saret l-ebda applikazzjoni sanatorja jew appell mill-Avviż ta` Twettieq, il-file relatat ġie riferut għall-azzjoni diretta.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tar-raba? Meta hu previst li jintemm dan ix-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
L-applikazzjonijiet ghar-registrazzjoni tar-raba, li kif jaf l-Onor. Membru jlahqu aktar minn hdax-il elf, tqassmu skond il-lokalitajiet u beda x-xoghol fuq id-digitising u d-data entry. Malli tkun lesta l-ewwel lokalita', l-informazzjoni tohrog ghall-public screening kif avzat aktar qabel. Mhux possibli f'dan l-istadju li jigi previst meta ser jitlesta x-xoghol kollu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-ħarba ta' Al Zabi? F'hiex waslu l-investigazjonijiet tal-Pulizija? Jista' jgħid hux minnu li dan jinsab ġo l-Italja?
Response (BORG, TONIO)
M'ghandi xejn x'inzid mat-twegiba li jien tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9873.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-Kap tal-Pulizija kontra diversi sidien ta' ħwienet li qiegħdin jingumbraw Triq ix-Xatt, l-Msida (faċċata tal-Monument tal-Ħaddiema)?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sidien tal-hwienet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, gew imtella quddiem il-Qorti diversi drabi. Il-pulizija ser tkompli tara li ma jkunx hemm ksur ta' ligi.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament titħalla tipparkja l-karozza tagħha fi spazju qrib id-dar tagħha għax saħħitha qed tkompli tmur lura u ma tistax timxi fit-tul?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd u liema huma l-għases tal-Pulizija li m'hux qed jinżammu miftuħa l-ġurnata kollha? Isiru patrols tal-pulizija regolarment fl-inħawi fejn l-għases jinżammu magħluqa? Jistax jgħarraf lill-Kamra kemm għases tal-Pulizija bdew jinfetħu l-ġurnata kollha (meta qabel ma kienux jagħtu servizz sħiħ) ma tul l-aħħar sentejn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll illi patrols isiru kemm mill-Pulizija tad-Distrett kif ukoll minn dawk tal-Mobile Squad.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies fl-aħħar għaxar snin akkużati b'importazzjoni, traffikar u assoċjazzjoni relatati mad-drogi? X'tip ta' droga nqabdet u xi kwantita? Kemm ġew ikkundannati u għal liema tul f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija dwar persuni li tressqu l-Qorti fuq akkużi relatati mad-droga, għall-perijodu mill-1991 sas-sena 2000, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22825, filwaqt li matul is-sena 2001, sat-30 ta` April, ninsab infurmat illi tressqu l-Qorti 43 persuna fuq l-akkużi msemmija.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija li tirrigwardja l-kwantita` u t-tip ta` droga li nqabdet, għall-perijodu mill-1991 sas-sena 2000, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 69, 7979, 12766 u 23034. Fis-sena 2001, sat-30 ta` April, ninsab infurmat illi d-droga maqbuda kienet kif ġej:-
Cannabis Grass 26 grms
Cocaine 2 kg 682.5 grms
Estacy 1.060 tablets
Heroin 187.9 grms
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi mis-717-il persuna li tressqu l-Qorti bejn l-1991 u s-sena 2001, sat-30 ta` April, 319 ġew misjuba ħatja, 107 ġew liberati, filwaqt illi l-każijiet ta` 291 għadhom sub-judice.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li għandha permess ta' hawker sabiex tbiegħ il-ħxejjex, jistax ikollha wkoll permess li tbiegħ il-preserves? Jekk fl-affermattiv, xi trid tagħmel?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejjiegħ fit-toroq jista` jbiegħ dawk l-oġġetti skond ma jkunu indikati fuq il-permess. Biex persuna li jkollha permess ta` bejjiegħ fit-toroq tbiddel il-ġeneru jew iżżid jew tnaqqas mill-ġeneru li tbiegħ, din għandha tagħmel talba (applikazzjoni) bil-miktub fl-uffiċċju tal-Liċenzji, fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25299 li oriġinarjament kienet saret lil Viċi Prim Ministru w li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' l-Ministru jgħid b'kemm rata u b'liema sistema ġie allokat il-garage 14, Ġewża Str, San Ġwann li qabel kien in-numru 7?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-garage numru 14, li qabel kien numru 7, fi Triq il-Ġewża, San Ġwann, ġie mikri fid-9 ta` Lulju 1992, wara sejħa għall-offerti ppubblikata fit-3 ta` April 1992 (avviż numru 101) bil-kera ta` Lm162 fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq il-faċċata tal-Bank Ċentrali hux kopert bil-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret mill-Ispettur tal-bini ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar inkarigat mill-area, irriżulta li x-xogħlijiet li qed isiru fil-Bank Ċentrali jikkonsistu f`restorazzjoni u tikħil tal-faċċata skond kif approvat fin-notifika bir-referenza GDO 185/01 datata 22 ta` Frar 2001.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-Maltin li bħalissa jinsabu jiskontaw sentenzi barra minn Malta, għal liema akkużi qegħdin il-ħabs, kemm hu ż-żmien ta' kundanna u meta jidher li se jiskontaw is-sentenza li għandhom kontrihom
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema reati kienu ġew ikkundannati dawk il-priġunieri barranin li qed jitolbu li jiskuntaw il-piena li fadal mis-sentenzi tagħhom f'ħabsijiet ġewwa pajjiżhom? Jista' l-Ministru jispeċifika kemm huwa n-numru ta' dawn il-priġunieri u n-nazzjonalita'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` priġunieri barranin li talbu li jiskuntaw il-piena li fadal mis-sentenzi tagħhom f`ħabsijiet ġewwa pajjiżhom hu ta` 9. Minn dawn 7 huma Libjani filwaqt li 2 huma Olandiżi.
Ir-reati li dwarhom dawn il-persuni ġew ikkundannati huma: pussess u importazzjoni ta` droga (3), pussess u traffikar ta` droga (2), importazzjoni ta` droga (3), u sensiela ta` serq (1).
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li hemm arrest warrant kontrihom irreġistrat mal-Interpol biex jgħaddu ġustizzja f'pajjiżna? X'każ għandhom pendenti fil-qrati Maltin? Meta hu maħsub li l-persuni konċernati ħarbu minn Malta? Meta ħareġ l-arrest warrant kontrihom u minn min? Teżisti informazzjoni dwar fejn jista' jkun il-persuni maħruba minn Malta jistgħu qegħdin jgħixu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi hemm sitt persuni li f'isimhom inhareg mandat ta' arrest mill-Qrati Maltin kontra taghhom u li abbazi ta' dan il-mandat inharget red notice mill-Interpol fejn intalab arrest ghal estradizzjoni ta' l-istess persuni. Mhux maghruf fejn dawn il-persuni jinstabu bhalissa. Dawn il-persuni, kollha ta' nazzjonalita barranija huma mfittxija ghal dawn il-kazi:-
- Kaz ta' persuna b'nazzjonalita mhux maghrufa mfittxija ghal kaz ta' qtil fl-1981 u harba fl-1982;
- Kaz ta' Yemeni li hu mfittex in konnessjoni ma kaz ta' attentat ta' qtil fl-1985;
- Kax ta' Svizzera li hija mfittxija ghal falsifikazzjoni fl-1987;
- Kaz ta' Ingliz li hu mfittex ghal kaz ta' frodi fl-1989;
- Kaz ta' Kanadiz li hu mfittex ghal reat konness ma abbuz ta' droga fl-1992;
- Kaz ta' Libjan li hu mfittex ghal reat ta' traffikar ta' droga fl-1998 u harba fl-1999.