Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqaf l-economic affairs department tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin? Minn min huwa kompost?
Response (BORG, JOE)
Id-Dipartiment għall-Affarijiet Ekonomiċi fi ħdan il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin twaqqaf fi Frar tas-sena 2002, bil-għan li jiffaċilita l-kooperazzjoni u jtejjeb il-mezzi ta' komunikazzjoni bejn il-Ministeri tal-Gvern f'Malta, kif ukoll ażjendi nazzjonali u settorali involuti fil-qasam ekonomiku Malti, u l-ambaxxati Maltin barra mill-pajjiż. Huwa għandu l-iskop ukoll li jiġi massimizzat l-użu u l-utilita' ta' l-Ambaxxati tagħna barra minn Malta.
Fil-preżent, fid-Dipartiment qed jaħdmu tlett uffiċċjali, żewġ persuni li ġew impjegati fuq bażi kontrattwali minħabba l-esperjenza li għandhom fil-qasam kummerċjali, u minn uffiċjal pubbliku li serva għal numru ta' snin fil-grad ta' Counsellor fil-Korp Diplomatiku Malti fil-Ġermanja.
Single Programming Document — Finanzjar - Unjoni Ewropea
Question
Jogħġbu l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' l-abbozzar tas- Single Programming Document fejn Malta ser telenka l-proġetti ta' prijorita' li għalihom l-Unjoni Ewropea ser tintalab tikkofinanzja? Liema huma dawn il-proġetti?
Response (BORG, JOE)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Onorevoli Prim Ministru.
Summit bejn l-UE u r-Russja — Delegazzjoni Maltija
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'taħdidiet bilaterali nżammu waqt l-attendenza tad-delegazzjoni Maltija fis-summit bejn l-UE u r-Russja?
Response (BORG, JOE)
Laqgħat bħal dawn jipprovdu massimu ta' opportunitajiet lill-Kapijiet ta' l-Istati bçx jiltaqgħu b'mod informali.
Nassigura lill-Onorevoli Interpellant li l-Prim Ministru ħa kull opportunita' f'dan is-sens.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni Maltin li bħalissa jinstabu f' ħabsijiet barranin li (i) qed iservu sentenza ta' ħabs, (ii) qed jiġu investigati fuq xi reat?
Response (BORG, JOE)
Jiena nfurmat li bħalissa hemm seba' Maltin iservu sentenza ta' ħabs barra minn Malta - tlieta fl-Italja, tnejn fi Franza, wieħed fl-Eġittu u ieħor fl-Awstralja.
Hemm ħames Maltin oħra li qegħdin f'ħabsijiet barranin li għadhom qegħdin jiġu nvestigati fuq xi reat - tnejn minnhom jinsabu ġewwa l-Italja, tnejn oħra ġewwa t-Tuneżija u wieħed ġewwa t-Turkija.
Il-Gvern Malti ma jħossx li huwa opportun li jagħmel pubbliku ir-riżervi u l-qbil tiegħu dwar diversi aspetti ta' l-abbozz tal-kostituzzjoni Ewropea li ġiet imxandra dan l-aħħar?
Response (BORG, JOE)
Il-membru tal-Konvenzjoni nominat mill-Gvern Malti diversi drabi esprima ruħu pubblikament dwar il-pożizzjoni tal-Gvern fuq diversi oqsma matul dawn l-aħħar sittax-il-xahar. Fir-rigward ta' l-abbozz tal-Kostituzzjoni Ewropea, il-Gvern, filwaqt li qed janalizza l-abbozz fl-aspetti kollha tiegħu, qieghed jiffoka l-attenzjoni tçgħu, in partikolari, fuq l-aspett istituzzjonali, li jidher le ser ikun is-suggett ta' trattattivi twal. Fuq din il-materja, ir-rappreżentant tal-Gvern kien issottometta emendi bil-miktub għall-proposti oriġinali tal-Presidju, liema emendi jinsabu fuq il-website tal-Konvenzjoni. Issa li għadhom kif ġew ippubblikati proposti riveduti dwar l-istituzzjonijiet, il-Gvern qed jerġa' jevalwa l-pożizzjoni li għandu jaddotta anke fid-dawl ta' dik meħuda minn stati oħra u b'mod partikolariu stati żgħar u stati li għandhom similaritajiet għal Malta. Il-Gvern irid li l-Kostituzzjoni Ewropea tħares id-drittijiet tal-pajjiżi u l-popli kollha ta' l-Unjoni u in partikolari li l-interessi nazzjonali tagħna ma jigux inwarrba. Ta min wçħed jinnota il-Gvern jçħu l-pożizzjoni finali tçgħu waqt il-Konferenza Inter-Governattiva (IGC) li ser tiltaqa' wara li l-Konvezjoni tkun spiċċat ix-xogħol tagħha.