Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #10573 Sitting 243 2005-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Kiri ta' karozzi

Question

Matul is-sena 2004, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru? Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuel rispettivament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2004 fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu kien hemm 40 karozza mikrija. L-ammont totali għal-kiri ta' dawn il-karozzi kien ta' Lm 91,028.40 filwaqt li l-ammont għal-fuel kien ta' Lm 18,437.82.
Leg 10 PQ #11102 Sitting 242 2005-02-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Musical 1565

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ħarġet l-awtorita' Maltija tat-turiżmu għall-musical 1565? Kemm ħareġ il-ministeru tal-kultura għall-istess musical? Xi kriterji ntużaw biex tkun proprja din il-produzzjoni li tintgħażel biex tingħata fondi pubbliċi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu se toħroġ Lm 10,000 biex tkopri l-ispejjeż tal-kostumi li ntużaw għal dan il-musical. Dawn il-kostumi huma proprjetà ta’ l-MTA u se jintużaw fir-Re-enactments u attivitajiet ta’ l-In Guardia li l-istess Awtorità torganizza matul is-sena. Il-kostumi li kienu qed jintużaw f’dawn l-attivitajiet saru fl-1993. Minn dak iż-żmien sallum ma sarux kostumi ġodda minkejja l-użu qawwi tagħhom. Dan il-musical attira madwar 800 turist. Din il-produzzjoni ġiet ukoll immarkitjata mill-uffiċini barranin ta’ l-Awtorità. L-organizzaturi tal-musical ressqu ukoll talba għal sponsorshipgħal Lm 500 quddiem il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, liema talba għadha qed tiġi kkunsidrata.
Leg 10 PQ #11104 Sitting 242 2005-02-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Settur turistiku

Question

Minn Mejju 2004 sal-lum kemm-il darba bħala Ministeru tat-Turiżmu, ntbagħtulu dokumenti dwar proposti, direttivi u regolamenti fil-pipeline acquis ta' l-Unjoni Ewropea biex jagħti l-veduti dwar kif jintalaqat is-settur turistiku? X'konsultazzjoni għamel mas-settur privat dwar dawn il-proposti? Jista' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista sħiħa b'dawn il-proposti leġislattivi u regolamentari?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li, minbarra li jirċievi proposti fil-pipeline acquis mingħand is-Segretarjat ta’ l-Unjoni Ewropea fl-Uffiċju tal-Prim Ministru u mill-Ministeru Ewlieni konċernat, id-Direttorat għall-Affarijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura jidentifika hu stess proposti li jista’ jkollhom impatt fuq is-settur turistiku. Ma ssirx distinzjoni bejn proposti li jaslu lid-Direttorat u dawk li jidentifika id-Direttorat stess. In-numru ta’ proposti li eżamina id-Direttorat mill-1 ta’ Mejju 2004 kien ta’ 22. L-ismijiet jidhru fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra. Il-lista tinkludi ukoll: · proposti li eventwalment ġew irtirati mill-Kummissjoni Ewropea · proposti li, wara li kienu eżaminati, instab li ma kinux rilevanti għas-settur · proposti li, għalkemm huma taħt il-kategorija ta’ kultura u allura huma wkoll responsabbiltà tal-Ministeru, jimpinġu wkoll fuq il-qasam turistiku · proposti li, wara li kienu eżaminati, instab li kienu ta’ nteress ekonomiku ġeneriku u allura il-veduti tal-Ministeru kienet identiċi għall-opinjoni tal-Ministeru Ewlieni, ħafna drabi il-Ministeru għall-Kompetittività u l-Komunikazzjoni · proposti mhux leġislattivi Il-Ministeru ikkonsulta b’mod ġenerali mas-settur turistiku fil-każ tal-proposta għal Direttiva dwar Servizzi fis-Suq Intern (COM (2004) 0002). Fil-każ dwar il-proposta għal Direttiva dwar il-Kimiċi (REACH) (COM (2003) 0644) u il-proposta għal Direttiva dwar il-Kundizzjoni ta’ Xogħol ta’ Ħaddiema Temporanji saru talbiet għal reazzjonijiet lil oqsma speċifiċi.
Leg 10 PQ #11105 Sitting 242 2005-02-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Fondi diretti mill-UE

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista bil-programmi kollha ta' l-Unjoni Ewropea li l-awtorita' Maltija tat-turiżmu esplorat s'issa u beħsiebha tesplora dwar il-possibbilta' li ġġib fondi diretti għall-qasam turistiku f'pajjiżna u kemm minn dawn il-fondi jistgħu japplikaw għalihom direttament l-imprendituri privati tas-settur?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar snin, u b’mod partikolari minn meta bdew it-tħejjijiet għall-implimentazzjoni ta’ proġetti relatati mal-Fondi Strutturali, l-Awtorita’ Maltija ghat-Turiżmu esplorat kif ukoll ipparteċipat f’numru ta’ progetti finanzjati mill-UE. Ħafna minn dawn il-proġetti ġew ikkoordinati minn lis-Strategic Planning and Research Division, li kienet ukoll responsabbli għall-affarijiet relatati ma’ l-UE ta’ l-istess Awtorita’. Tlett proġetti ġew iffinalizzati matul dawn l-aħħar xhur: (a) Feasibility Study for Tourism Satellite Accounts; (b) Skills Analysis and Employment Forecasts 2004-2008 for the Maltese Tourism Industry; (c) TAIEX Expert Mission on EU Travel & Package Directives. Fl-ewwel wieħed, l-Awtorita’ mexxiet proġett b’valur ta’ EUR48,000, li fih iparteċipaw ukoll l-Uffiċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, kif ukoll il-Bank Ċentrali ta’ Malta. 30% ta’ l-ispejjes taħt dan il-progett ġew koperti minn skema ta’ għajnuna għal dan it-tip ta’ studju, imnedija mit-Tourism Unit fi ħdan DG Enterprise (Kummissjoni Ewropeja). Fit-tieni proġett hawn fuq imsemmi, l-Awtorita’ ibbenefikat minn għajnuna ta’ EUR5,000 (pre-accession funding) sabiex tħejji studju dwar il-ħtiġijiet tar-riżorsi umani fl-industrija tat-turiżmu għall-perijodu 2004 - 2008. Dan l-istudju qed jiġi użat bħalissa fl-implimentazzjoni ta’ proġetti, li l-Awtorita’ waslet biex tniedi u li huma iffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew. It-tielet proġett ibbenefika minn għajnuna teknika provduta minn DG Enlargement (TAIEX Office) sabiex iħarreg l-uffiċjali fid-Direttorat ta’ l-Enforcement dwar direttivi ġodda Ewropej fil-qasam ta’ l-ivjaġġar (direttivi dwar Timeshare u Package Travel). Matul dawn l-aħħar xhur, l-Awtorita’ kienet qed timplimenta l-ewwel fażijiet ta’ proġett ta’ għajnuna indirizzata lejn l-operaturi fil-qasam turistiku, permezz ta’ skema taħt il-Fondi Strutturali. Din l-iskema tkopri proġetti b’valur totali ta’ EUR2.5 miljuni; 35% minn dan il-valur se jiġi kopert b’Fondi Strutturali Ewropej u 25% b’fondi mill-Gvern Malti Fix-xhur li ġejjin, l-Awtorita’ sejra tibda programm ta’ riċerka dwar għajnuna finanzjarja li l-industrija tat-turiżmu f’Malta tkun tista’ tibbenefika minnha. Din ir-riċerka se tiffoka l-aktar fuq għajnuna diretta Ewropeja f’erbgħa oqsma prinċipali: (a) żvilupp sostenibbli u użu ta’ enerġija alternattiva; (b) l-użu ta’ l-informatika fil-qasam turistiku; (c) promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs, fosthom miżuri għal aċċessibilita’ aħjar tal-faċilitajiet turistiċi; u (d) taħriġ tar-riżorsi umani f’dan il-qasam. Għal dan il-għan, l-Awtorita’ sejra tkun qed tfittex x’opportunitajiet u xi programmi se jkunu miftuħa taħt Interreg, FP6, Leonardo u Grundvig, kif ukoll direttament mid-diversi Direttorati tal-Kummissjoni Ewropeja, b’enfasi fuq programmi ta’ għajnuna, li minnhom ikunu jistgħu jibbenefikaw direttament l-operaturi privati tas-settur.
Leg 10 PQ #10600 Sitting 240 2005-02-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Għawdex — Settur tat-turiżmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mis-settur tat-turiżmu għal Għawdex matul is-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004? Jista' jgħid kemm kienu t-turisti li żaru Għawdex matul is-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Iċ-ċifri maħruġin mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika juru li n-numru ta' turisti li żaru Għawdex matul is-snin 2001 sa l-2004 kienu kif ġej: 2001 641,335 (56% tat-total tat-turisti li żaru l-gżejjer Maltin) 2002 590,517 (54% tat-total tat-turisti li żaru l-gżejjer Maltin) 2003 568,220 (52% tat-total tat-turisti li żaru l-gżejjer Maltin) 2004 582,424 (52% tat-total tat-turisti li żaru l-gżejjer Maltin) Statistika għas-snin 1999 u 2000 ma teżistix, filwaqt li ċ-ċifri dwar id-dħul tas-settur tat-turiżmu jinżammu għal Malta u Għawdex flimkien.
Leg 10 PQ #10603 Sitting 240 2005-02-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.
Leg 10 PQ #10549 Sitting 239 2005-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali f'ċifra ta' flus tal-ministeru, inkluż ta' l-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru, għall-mobile phone calls u l-kirjiet u/jew xiri tagħhom matul is-sena 2004? Kemm hi ċ-ċifra ta' flus li diġa' tħallset minn din l-ispiża? Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu huwa responsabbli għall-pagamenti tagħhom u kemm kien fis-sena 2004?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ammont totali għal-mobile phone calls u għal-kiri u xiri ta' mobile phones għal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-entitajiet li jaqgħu taħtu kien ta' Lm 30,612.98, li minnhom tħallsu Lm 23, 415.61. In-numru ta' mobile phones li qed jintużaw bħalissa huwa ta' 56 filwaqt li fl-2004 intużaw 60 -il mobile phone.
Leg 10 PQ #10641 Sitting 239 2005-02-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turisti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm żaru turisti: il-Belt Valletta; l-Imdina u l-Kottonera fis-snin li għaddew sena b'sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta' turisti li żaru Malta matul is-sena 2004 kien ta' 1,156,028. Mis-sena l-oħra, l-Awtorita' tat-Turizmu ta' Malta bdiet tħaddem programm ta' riċerka li permezz tiegħu qed tinġabar informazzjoni anki fuq il-lokalitajiet li jżuru t-turisti waqt li jkunu f'Malta. Minn din ir-riċerka jirriżulta li: 994,184 turist żaru l-Belt Valletta 762,978 turist żaru l-Mdina u 265,886 turist żaru l-Kottonera Peress li dan l-istudju sar għall-ewwel darba, informazzjoni simili għal snin oħra ma tistax tingħata.
Leg 10 PQ #10731 Sitting 237 2005-02-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Rinella Movie Park

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx ħsara fil-wirt storiku fir-Rinella Movie Park meta dan l-aħħar ingħata n-nar minn vandali? Kemm tammonta din l-ispiża u x'tip ta' ħsara saret?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-sit imsemmi huwa magħruf bħala l-Fortizza ta’ Santu Rokku li tinsab il-Kalkara. Il-bini li jeżisti llum imur lura għall-ewwel parti tas-seklu għoxrin b’għadd ta’ modifikazzjonijiet fis-snin ta’ wara sa l-1956. L-istess forti jinkorpora wkoll fdalijiet ta’ fortizza oħra bl-istess isem mibnija mill-Ingliżi fl-1878. Il-ħruq li seħħ dan l-aħħar sar f’waħda mill-postazzjonijiet tal-kanuni li kienu tqiegħdu f’dan il-post fis-snin ħamsin. Dawn kienu kanuni dual purpose jiġifieri setgħu jintużaw kemm kontra l-ajruplani kif ukoll kontra l-bastimenti. Dawn il-kanuni kellhom kalibru ta’ 5.25 pulzier u kienu mekkanizzati. Dawn kienu jirrappreżentaw l-aħħar stadju fl-iżvilupp ta’ l-artillerija tqila fid-difiża ta’ Malta u għalhekk huma importanti ħafna. Sfortunatament il-ħruq li seħħ għamel bosta ħsarat fl-istruttura tal-concrete minħabba t-temperatura għolja li laħaq tella’ n-nar.
Leg 10 PQ #10697 Sitting 236 2005-02-14 Oral · Final From: FRANCO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bajja ta' San Ġorġ — Slipway

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan hijiex tinbena slipway?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bħala parti mit-tisbieħ u l-iżvillup tal-Bajja ta' San Ġorġ f'San Ġiljan ser ikun hemm slipway għall-opri zgħar tal-baħar.
Leg 10 PQ #10404 Sitting 235 2005-02-09 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.
Leg 10 PQ #10339 Sitting 234 2005-02-08 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Kontjiet tat-Telephone

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004? Min huma l-persuni li huma intitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom? Kemm huwa l-ammont ta' ħlas li dawn huma intitolati għalih kull xahar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fis-sena 2003 u 2004 tħallsu kontijiet tat-telefon li jammontaw għal Lm 3488.24 u Lm 3336.49 rispettivament. Dawn ikopru l-kontijiet tat-telefon tar-residenza privata ta' dawk l-uffiiċjali tas-segretarjat privat tal-Ministeru, tal-Ministru u tal-uffiċjali pubbliċi li huma ntitolati għal dan is-Servizz
Leg 10 PQ #10437 Sitting 233 2005-02-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefaq il-ministeru tiegħu fuq mobile phones fix-xhur ta' Novembru u Diċembru li għaddew (2004)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura nefaq Lm 1,104.31 għax-xahar ta' Novembru 2004 fuq mobile phones. Il-kontijiet għax-xahar ta' Diċembru għadhom ma waslux.
Leg 10 PQ #10457 Sitting 233 2005-02-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ċentru Malti għar-Restawr

Question

B'referenza għas-safar li sar mill-impjegati tal-MCR matul is-sena 2004, jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba siefer il-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - fejn mar u kemm kienet l-ispiża ta' kull safra? Kemm-il darba siefru membri oħra tal-MCR, fejn marru u kemm kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #10521 Sitting 233 2005-02-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

European Tourism Forum

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir il-European toruism forum aktar tard din is-sena f'pajjiżna? Fejn waslu t-tħejjijiet fuqu? X'agenda se tiġi diskussa? Il-gvern se jieħu l-okkażjoni biex juża dan il-forum ħalli l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea jibdew jirriflettu l-importanza tat-turiżmu fl-ekonomija Ewropea, peress li s'issa t-turiżmu mhuwiex jingħata l-importanza li tixraqlu fl-istituzzjonijiet u fil-politika ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-European Tourism Forum ser isir f'Ottubru 2005. Id-data eżatta għadha qed tiġi diskussa mal-Kumissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni qiegħda fil-proċess li tappunta Steering Group biex fost affarjiet oħra jiddeċiedi x'aġenda ser tiġi diskussa fil-Forum ta' Malta. Rappreżentant tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura ser jagħmel parti minn dan l-iSteering Group, flimkien ma' rappreżentanti tal-Kummissjoni, u oħrajn mis-settur privat Ewropew u min dak pubbliku. Huwa maħsub li l-aġenda titrattta issues li jirriflettu l-importanza tat-turiżmu fi ħdan il-politika ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 10 PQ #10316 Sitting 232 2005-02-07 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.
Leg 10 PQ #10394 Sitting 232 2005-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Lukandi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għalqu lukandi sena b'sena mill-1999 sas-sena 2004? Liema kienu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-settur tal-lukandi f’pajjiżna għaddej minn perijodu ta’ ristrutturazzjoni li qed iwassal biex jitjieb sostanzjalment il-prodott turistiku tagħna. B’hekk, wieħed jara li bejn l-1999 u l-2005 is-sodod fil-lukandi 5 star prattikament irduppjaw u dawk fil-lukandi 4 star żdiedu b’iżjed minn 3,000 sodda. Fl-istess perijodu naqsu s-sodod fil-lukandi 3 star u 2 star. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.
Leg 10 PQ #10421 Sitting 232 2005-02-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ċentru Malti għar-Restawr — Kors

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-kors full-time li beda din is-sena fl-MCR beda bi student Malti wieħed biss?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li li l-kors full time li beda din is-sena fiċ-Ċentru Malti għar-Restawr beda b’żewg studenti Maltin u wieħed barrani mill-Algerija.
Leg 10 PQ #10447 Sitting 232 2005-02-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ċentru Malti għar-Restawr

Question

B'referenza għaċ-Ċentru Malti għar-Restawr, jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni barranin li ħadmu mal-MCR minn meta twaqqaf? Meta bdew jaħdmu u meta spiċċaw? Kemm-il kawża legali għandu kontrih l-MCR fuq impjiegi minn Maltin u barranin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant. Fir-rigward ta' l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li hemm kawża legali waħda fuq impjiegi kontra iċ-Ċentru Malti għar-Restawr.
Leg 10 PQ #10470 Sitting 232 2005-02-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Konferenza ta' l-Alcatel

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-awtoritajiet konċernati wara l-ilmenti li twasslu lilu minn azzjoni meħuda minn operaturi fil-qasam tat-trasport fil-lejla tal-24 ta' Jannar 2005 waqt konferenza ta' l-Alcatel li saret f'pajjiżna, liema azzjoni ħalliet effett negattiv fuq dawk li ħadu sehem f'din il-konferenza li bħalha tant għandna bżonn f'pajjiżna?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Numru 10475 li hu stess għamel lill-Ministru ta’ Żvilupp Urban u Toroq.