Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dar tal-Isqof Baldassare Cagliares — restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-dar li kienet tal-Isqof Baldassare Cagliares, li bħalissa tinsab abbandunata u sfortunatament saritilha ħafna ħsara, tiġi restawrata? Jekk fl-affermattiv, meta hemm il-ħsieb li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol? Meta din id-dar tkun restawrata, hemm il-ħsieb li tibda tinfetaħ għall-pubbliku biex ikun jista’ jżurha?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-lokalita’ tad-dar imsemmija

L-Imdina – Saqqajja – tneħħija ta’ kamra

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni sabiex titneħħa kamra li kienet tintuża minn uffiċjali tat-trasport pubbliku u li issa ma għadhiex tintuża li qegħda fis-Saqqajja, l-Imdina?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent m’ hemm l-ebda ħsieb li l-kamra li qiegħed jirreferi għaliha titneħħa.

San Ġwann – Triq tal-Mensija – sinjali

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru s-sinjali kollha meħtieġa fi Triq tal-Mensija, San Ġwann peress li wara li sar ix-xogħol f'din it-triq, għadha mingħajr sinjali?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

San Ġwann – Triq San Ġiljan — sinjali

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru s-sinjali kollha meħtieġa fi Triq San Ġiljan, San Ġwann peress li wara li sar ix-xogħol f'din it-triq, għadha mingħajr sinjali?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Triq Għajn Dwieli – street linings – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ street linings?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont d-dokumenti li għandha għad-dispożizzjoni tagħha Transport Malta, ir-road markings li saru, ġew implimentati eżattament kif kienu qabel ma saru x-xogħlijiet fuq il-wiċċ tat-triq.

Bieb il-Belt – Terminus tat-trasport pubbliku – kiri ta’ gabbani/outlets/bankarelli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni preżenti dwar kirjiet/titolu tal-gabbani/outlets/bankarelli kollha li joperaw fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt, u jagħti l-informazzjoni għal kull kirja/titolu individwali?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Bieb il-Belt – Terminus tat-trasport pubbliku – pjanijiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji ta’ x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għaż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li bħalissa il-Grand Harbour Regeneration Corporation għaddejja bil-laqgħat mal-istakeholders biex tiffinalizza l-pjanti u l-applikazzjoni għal permess tal-Pjazza ta’ Tritoni bil-ħsieb li parti kbira tkun żona pedonali, isir pavimentar ġdid, tiġi organizzata lokazzjoni ta’ taxis u karozzini flimkien mal-kiosks u jinżergħu numru ta’ siġar.

Il-Belt – Yellow Garage – pjanijiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji ta’ x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għaż-żona tal-Yellow Garage fil-Belt Valletta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li bħalissa il-Grand Harbour Regeneration Corporation għaddejja bil-laqgħat mal-istakeholders biex tiffinalizza l-pjanti u l-applikazzjoni għall-permess għaż-żona tal-Yellow Garage bil-ħsieb li jsir ġnien b’ taħlita ta’ siġar u pjanti, inkluż pavimentar, bankijiet.Ser tibqa’ triq biex minnha jgħaddu biss dawk il-karozzi li jipparkjaw in-naħa ta’ St James Parking.

Bieb il-Belt – operatur tal-istabbiliment – kundizzjonijiet u titolu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’titolu u x’kundizzjonijiet għandu l-operatur tal-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li hemm biswit l-entratura tal-ground tal-football fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Bieb il-Belt – Terminus tat-Trasport Pubbliku — Public Convenience

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-ħinijiet li fihom ikunu miftuħin il-public convenience li hemm fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-ħinijiet uffiċjali tal-latrina pubblika imsemmija huma bejn 7.00am sal-20.00pm.

Bieb il-Belt – Terminus tat-Trasport Pubbliku – public convenience — superviżjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ superviżjoni ssir fil-public convenience li hemm fiż-żona ta’ fejn hemm it-terminus tat-Trasport Pubbliku f’Bieb il-Belt?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li jsiru 3 spezzjonijiet kuljum fil-latrina pubblika imsemmija.

Transport Malta – Electronic Signage

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'se tkun eżattament il-funzjoni tal-electronic signages li ġew stallati minn Transport Malta f'diversi lokalitajiet? Kemm twaħħlu minn dawn l-electronic signages u f' liema lokalitajiet? Kemm swew flus dawn l-electronic signages? X'metodu ta' procurement intuża biex ġew mixtrija dawn l-electronic signages u kemm kien hemm offerenti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan bil-pożizzjoni ta' fejn twaħħlu dawn l-electronic signages?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabelli elettroniċi (Variable Message Sign - VMS) li ġew installati ser ikunu qegħdin juru messaġġi ta’ sigurta’ fit-triq kif ukoll avviżi importanti sabiex jaġġornaw lis-sewwieqa dwar għeluq ta’ toroq fil-viċinanzi. It-tabelli ż-żgħar li twaħħlu mal-pontijiet (Lane Changing Sign – LCS) qegħdin juru l-limitu ta’ veloċita` tas-sewqan u jindikaw ukoll meta xi karreġġjata tkun magħluqa. Minn dawn it-tabelli twaħħlu erbgħa u tletin VMS u sebgħa u erbgħin LCS. Il-lista ta’ postijiet fejn twaħħlu dawn it-tabelli kif ukoll is-site plans qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra. Dawn it-tabelli ġew mixtrija wara li ħarġet sejħa għall-offerti permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Għal din is-sejħa kien hemm ħames offerti. L-offerta li ntrebħet kienet tammonta għal Eur 692,027.58 (VAT inkluża).

Investiment marbut mal-concessions tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jikkwantifika l-investiment li sar direttament mill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament marbut mal-concessions mogħtija mill-Gvern? Jista’ jgħid ukoll kemm dawn issarfu f’numru ta’ postijiet ġodda ta’ xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Wied iż-Żurrieq — parkeġġ

Question

Minħabba l-problema kontinwa ta’ nuqqas ta’ parkeġġ ġewwa Wied iż-Żurrieq, jista’ l-Ministru jgħidilna jekk hemmx xi pjani biex tiġi indirizzata din il-problema, anke minħabba l-fatt li n-numru ta’ nies li qegħdin imorru lejn din il-lokalità dejjem qiegħed jiżdied?

Response (MIZZI, JOE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 25652, ninfurmah ukoll li Transport Malta ħadet ħsieb li tintroduċi rotta ġdida tat-trasport pubbliku sabiex kemm jista’ jkun tgħin biex ittaffi l-problema ta’ parkeġġ f’din iż-żona. Din ir-rotta taqdi l-akwati ta’ Wied iż-Żurrieq u Ħaġar Qim b’mod aktar dirett u konvenjenti.

Flyovers tal-Marsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-istima tan-nefqa fuq il-flyovers tal-Marsa li huwa pproġettat li jsir wara l-proġett tal-Kappara?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-valur total tal-proġett tal-Marsa huwa ta’ 75Miljun Ewro. L-ewwel fażi (fid-direzzjoni mill-ajruport għall-Belt Valletta) hija stmata għal Eur45.7 miljun li Eur38.8 miljun minnhom huma fondi diġa’ allokati mill-Unjoni Ewropeja taħt il-programm ta’ CEF (Connecting Europe Facility).

Parkeġġ – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ parkeġġ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn rekords ta’ Transport Malta, jrriżulta li ma hemm l-ebda talba jew korrispondenza rigward każ ta’ parkeġġ fuq dan l-isem u indirizz.

Bypass tal-Imrieħel – pont tal-pedestrians

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet biex isir il-pont tal-pedestrians fuq il-bypass tal-Imrieħel kif kien ġie mwiegħed mill-Partit Laburista qabel l-Elezzjoni Ġenerali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pass li jmiss hu li jiġi ffirmat il-kuntratt ma’ l-offerent preferut.

Ta’ Xbiex – traffic management system

Question

B’reazzjoni għad-diversi talbiet tar-residenti ta’ Ta’ Xbiex kif ukoll tal-Kunsill Lokali tal-istess lokalità, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni jekk hux beħsiebu li t-traffic management system li ġiet implimentata fl-aħħar ġimgħat f’din il-lokalità tiġi riveduta? Jekk fl-affermattiv, meta u kif?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-aħħar ġimgħat saru laqgħat bejn uffiċjali ta’ Transport Malta u l-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex u diġa’ nstabet soluzzjoni li tindirizza l-kwistjonijiet li tqajjmu mill-istess Kunsill Lokali u li allura wieħed jifhem li jirriflettu t-talbiet tar-residenti. Dawn se jinkorporaw xi tibdiliet fis-sistema tat-traffiku ġewwa Ta’ Xbiex u x-xogħlijiet se jiġu implimentati wara li jkunu lesti t-tħejjijiet neċessarji għall-istess xogħlijiet.

Ta’ Xbiex – traffic management system

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi studju sar u x’inhu l-istudju li wassal għas-sistema tat-traffiku li ġiet implimentata f’Ta Xbiex?

Response (MIZZI, JOE)

Jien ninsab infurmat li tħejja pjan ħolistiku għall-immanniġġjar tat-traffiku temporanju għaż-żona tal-Gżira, Tas-Sliema u Ta' Xbiex. Għaldaqstant, l-arranġamenti ġo Ta'Xbiex jaħdmu fl-isfond ta' skema aktar wiesgħa. Dawn l-arranġamenti temporanji ġew ibbażati fuq traffic count surveys u road capacity u huma imfasslin fuq kunċett ta' kreazzjoni ta' sistema tat-traffiku ċirkulari ħolistika.

Ta’ Xbiex – Triq ix-Xatt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed jikkunsidra t-talba tar-residenti u tal-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex, biex Triq ix-Xatt f’Ta’ Xbiex terġa’ tiġi tinfed lejn Ta’ Xbiex Junction u allura ma tibqax one way kif saret f’dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25893.