Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rabat — Triq Santa Rita

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'ġara mill-proposta tal-komunita tar-Rabat sabiex il-venda tirritorna lura fi Triq Santa Rita r-Rabat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mill-Venda ġewwa Triq Santa Rita r-Rabat jopera servizz ta' Trasport Pubbliku li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Vapuri Maltin miżmuma f'portijiet barranin

Question

Nirriferi l-Ministru għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 33819. Meta vapur jinżamm minn awtorita` barranija minħabba xi difetti eċċ. l-Awtorita` Marittima Maltija ma tiġix informata? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid bħalissa kemm qed jinżammu minħabba xi difett jew nuqqas ta' tħaris ta' regolamenti tal-baħar jew xi ħaġa simili, milli isalpaw minn portijiet? X'inhu l-isem ta' kull vapur? Ta' kemm-il tunnellaġġ? Meta inżamm kull wieħed? X'kienet ir-raġuni? X'passi ttieħdu mill-Awtorita` Maltija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li skond il-Konvenzjonnijiet Internazzjonali, meta bastiment jinżamm minn xi awtorita' barranija milli jsalpa minħabba xi difetti, din l-awtorita' għandha d-dmir li tinforma lil l-eqreb konsolat tal-pajjiż tal-bandiera. Fil-fatt, dan isir fil-parti l-kbira sew tal-każijiet. Min informazzjoni li għandha s'issa l-Awtorita' Marittima ta' Malta, ma jidhirx li hemm xi bastimenti Maltin li bħalissa qed jinżammu minn xi awtorita' barranija milli jsalpaw, almenu għal xi żmien twil, minħabba xi difetti.

Awtorita` Marittima Maltija — Reġistrazzjoni ta' vapuri

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 33821, għalkemm huwa ovvju li jkunu diversi r-raġunijiet għaliex bastiment ma jibqax reġistrat Malta, jista' l-Ministru jgħidli kemm mid-99 imsemmija fit-tweġiba ġew imġiegħla jħassru r-reġistrazzjoni tagħhom mill-awtorita` marittima Maltija? X'kien l-isem tal-vapur/jott? Ta' kemm-il tunnellaġġ kien? Meta rreġistra l-ewwel darba? X'kienet ir-raġuni li l-Awtorita` ħassret ir-reġistrazzjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bejn 1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu 2002, ir-reġistrazzjoni taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili ta' 31 bastiment ġiet imħassra taħt l-artiklu 29 ta' dan l-istess Att. M'hiex il-pratikka nternazzjonali li jiġu ppublikati d-dettalji ta' dawn il-bastimenti. Madankollu, kemm ir-reġistru tal-bastiment kif ukoll iċ-ċertifikat ta' tħassir juru ċar li r-reġistrazzjoni tkun ingħalqet taħt l-imsemmi artikolu 29. Madankollu, r-reġistru tal-bastiment huwa miftuħ għall-ispezzjoni tal-pubbliku.

Asfaltar ta' toroq

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 33828, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq mitluba li jiġu asfaltati mill-kunsilli lokali kollha ta' Malta, kull kunsill separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi d-Direttorat għat-Toroq qed jiġbor l-informazzjoni fil-mod mitluba mill-Onor. Interpellant, jiġifieri Kunsill Kunsill separatament. Għalhekk peress li dan il-proċess jirrikjedi ftit taż-żmien, ir-risposta tingħata aktar 'il quddiem.

Fgura — Hompesh Road

Question

B'riferenza għax-xogħol li qiegħed isir fl-aħħar parti ta' Hompesch Road, Fgura jista' l-Ministru jgħid: 1) għala s-servizzi qegħdin isiru f'nofs it-triq? 2) għaliex mhux qegħda tingħata sodda tal-konkos kif sar f'partijiet oħra tat-triq? 3) għaliex il-bankina qiegħda titpoġġa mhux fuq alignment li jagħti wesgħa wieħed imma wesgħa li jvarja minn post għall-ieħor? 4) x'inhi r-raġuni għala t-triq infetħet għat-traffiku mill-kuntrattur meta għandha fuq iż-żrar u ma ingħatatx tarmac bil-konsegwenza li t-trab qiegħed joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-servizzi ta' l-Utilities ma kellhomx bżonn estensjonijiet sostanzjali u li kienu jagħtu lok għal bżonn illi s-servizzi jinqalaw u jitqedu mill-ġdid. Dawn għalhekk tħallew fil-posizzjoni eżistenti tagħhom fit-triq. It-triq ġiet ittestjata għall-compaction it-tul tagħha kollu u cement stabilisation ingħata fejn irriżulta li l-compaction ma kienietx tista' tintlaħaq. Il-partijiet fejn intleħqet il-compaction ma kellhomx bżonn jingħataw il-konkos. Id-disinn tat-triq jitlob illi l-karregiata tkun ta' wesa wieħed u għalhekk il-wisa tal-bankini tvarja skond l-allignment tal-bini li hemm mal-ġenb ta' din it-triq. Kien hemm insistenza mir-residenti u s-sidien tal-ħwienet f'din it-triq biex l-aħħar parti tat-triq tinfetaħ biex jgħaddu l-vetturi ż-żgħar, sakemm il-bankini jitlestew u triq tkun tista' tingħata l-base course. Dan ix-xogħol issa tlesta u l-base course ingħata.

Żebbuġ — Triq Ġanni Bonnici

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani meta d-dipartiment tat-toroq sejjer joħroġ l-offerti biex tiġi asfaltata l-parti li baqa' mhux asfaltata fi Triq Ġanni Bonnici f'Ħaż-Żebbuġ inkluż madwar il-flats?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq għamel l-ispezzjoni meħtieġa f'dawn it-toroq u qeigħed fil-proċess li jikkonsulta ma l-Utilities biex jiġi stabbilit xogħlijiet għandhom bżonn isiru fuq is-servizzi f'din it-triq. Meta dawn ix-xogħlijiet jitlestew ikunu jistgħu jsiru is-sejħiet għall-offerti li jkun hemm bżonn.

Mellieħa — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-asfaltar ta' Triq Għajn tal-Mellieħa u Triq l-Għarukaza, it-tnejn fil-Mellieħa sar biss f'partijiet ta' dawn it-triqat b'inkonvenjent kbir għar-residenti fl-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq Għajn tal-Mellieħa kienet ġiet asfaltata snin ilu sa fejn kien hemm il-bini f'dak iż-żmien u l-kumplament tat-triq flimkien ma Triq Għar u Casa infetħu riċentement. Ix-xogħol f'dawn it-toroq isir skond il-prijoritajiet ta' xogħol li jkunu miftehim mal-Kunsill.
Leg 9 PQ #34057 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Radjazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra tar-rakkomandazzjonijiet skont ir-report on recomendations for limiting human exposure to time varying electrical, magnetic and electromagnetic field in the frequency range from 0 Hz to 300 Ghz, li ġie ppreżentat f'Awissu tas-sena 2000?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi r-rakkomandazzjonijiet huma nklużi fir-rapport imsemmi li jien kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra fit-28 ta' Novembru tas-sena 2000 waqt l-aġġornament tas-seduta 437.
Leg 9 PQ #34058 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi d-distanza projbita li persuna tista' tersaq viċin antenna tal-mobile phone? X'inhu l-għoli mill-art ta' kemm suppost dawn l-antenni jitwaħħlu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-"Report on recommendation for limiting human exposure to time varying electrical, magnetic and electromagnetic fieds in the frequency range from 0Hz to 300 GHz" jindirizza d-distanzi minimi ta' sigurta' minn antenni in ġenerali inklużi dawk ta' mobile phone base stations. Dan is-suġġett hu trattat esklussivament fis-sezzjoni 13 ta' l-istess rapport.

Marsa — Qormi Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax issir zebra crossing f'Qormi road Marsa fil-parti biswit il-kantuniera ma' Triq Abela fil-Ħamrun minħabba d-diffikulta' li wieħed isib biex jaqsam din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt il-Mistoqsija lid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku biex jara x'jista jsir.

Santa Luċija — Triq il-Ġnien

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex għeruq ta' siġar ma jibqgħux jidħlu ġewwa l-flat, block 4 Triq il-Ġnien, Santa Luċija billi jsir xi konkos mat-triq kif sar f'lokalitajiet oħra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq ser jagħmel inspection biex jara x'jista' jsir.

Xgħajra — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jibgħat rappreżentant tad-dipartiment tat-toroq sabiex isiru l-istudji neċessarji sabiex Triq Mulett, Xgħajra, u Triq A G Chesney, Xgħajra jkunu jistgħu jsiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq biex l-ispezzjoni ssuġerita mill-Onor. Interpellant issir.

Xgħajra — Triq San Leonardo

Question

Jista' l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li l-parti ta' Triq San Leonardo, Xgħajra, Zabbar quddiem il-club tal-boċċi, tiġi msewwija billi hemm ħafna toqob li huma ta' periklu għal min ikun għaddej?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq sabiex it-triq tiġi spezzjonata u jiġi stabbilit x'għandu jsir.

Żebbuġ — Triq Indri Borg

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani meta sejra toħroġ l-offerta mid-dipartiment tat-toroq biex tiġi asfaltata Triq Indri Borg f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq għamel l-inspection meħtiega f'dawn it-toroq u qiegħed fil-proċess li jikkonsulta mal-Utilities biex jiġi stabbilit xogħlijiet għandhom bżonn isiru fuq is-servizzi f'din it-triq. Jien infurmat ukoll li meta dawn ix-xogħlijiet jitlestew ikunu jistgħu jsiru s-sejħiet għall-offerti li jkun hemm bżonn.

Żebbuġ — Triq il-Kaċċa

Question

Jista' l-Ministru jinfurmni meta sejra toħroġ l-offerta mid-dipartiment tat-toroq biex tiġi asfaltata Triq il-Kaċċa f'Ħaż-Żebbug?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq għamel l-inspection meħtieġa f'dawn it-toroq u qiegħed fil-proċess li jikkonsulta mal-Utilities biex jiġi stabbilit xogħlijiet għandhom bżonn isiru fuq is-servizzi f'din it-triq. Jien infurmat ukoll li meta dawn ix-xogħlijiet jitlestew ikunu jistgħu jsiru s-sejħiet għall-offerti li jkun hemm bżonn.

Żebbuġ — Triq il-Kandlora

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani meta sejra toħroġ l-offerta biex tiġi asfaltata mid-dipartiment tat-toroq Triq Ġdida fi Triq il-Kandlora Ħaż-Żebbuġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq għamel l-ispezzjoni meħtieġa f'dawn it-toroq u qiegħed fil-proċess li jikkonsulta ma l-Utilities biex jiġi stabbilit x-xogħlijiet għandhom bżonn isiru fuq is-servizzi f'din it-triq. Meta dawn ix-xogħlijiet jitlestew ikunu jistgħu jsiru is-sejħiet għall-offerti li jkun hemm bżonn.

Żebbuġ — Triq il-Għeneb

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani meta sejra toħroġ it-tender biex tiġi asfaltata Triq il-Għeneb inkluż l-isqaq, f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq għamel l-ispezzjoni meħtieġa f'dawn it-toroq u qiegħed fil-proċess li jikkonsulta ma l-Utilities biex jiġi stabbilit xogħlijiet għandhom bżonn isiru fuq is-servizzi f'din it-triq. Meta dawn ix-xogħlijiet jitlestew ikunu jistgħu jsiru s-sejħiet għall-offerti li jkun hemm bżonn.

Marsaxlokk — Triq Abdosir

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Abdosir Marsaxlokk tiġi mibnija kif imiss peress illi żżomm ħafna ilma tant li tifforma għadira kull meta tagħmel ix-xita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq biex jispezzjoni t-triq u jara għaliex qed iżomm l-ilma f'din it-triq u jara x'jista' jsir f'dan ir-rigward.

Sinjali tat-Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta hemm il-bżonn li jsiru sinjali tat-traffiku fit-triqat prinċipali Maltin, dan ma jsirx f'ħin aktar addattat? Jaf il-Ministru li minħabba dan ix-xogħol kien hemm tfixkil tat-traffiku fi Triq Diċembru 13 nhar l-Erbgħa 29 ta' Mejju fis-siegħa ta' wara nofs in-nhar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi meta jkunu qed isiru sinjali tat-traffiku fit-triqat prinċipali ħafna drabi dan isir bil-lejl sabiex ma jkunx hemm inkonvenjent għall-pubbliku. Dwar il-każ speċifiku ta' Triq Diċembru 13, ix-xogħol f'dan il-każ kellu bilfors isir bi nhar għas-sigurta' tal-ħaddiema li jkunu qed iwettqu xogħol f'din it-triq tant traffikuża. Madanakollu jidher illi l-inkonvenjent kien minimu għajr f'xi okkażjonijiet meta kien hemm żieda qawwija fit-traffiku aktar min-normal.

Mellieħa — Santa Maria Estate

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir biex residenti f'ċerti toroq ta' Santa Maria Estate fil-Mellieħa ma jibqgħux ibatu intortament minn toroq imħarbta minħabba li qed titwal għal snin sħaħ il-kwistjoni ta' min hija r-responsabbilta' li jissewwew it-toroq, jekk hux tal-kunpanija Cenmed Ltd jew hux ta' l-awtoritajiet ċivili?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi fil-preżent għaddejin proċeduri fil-Qorti mill-Kunsill tal-Mellieħa kontra l-kumpanija Cenmed biex din ta' l-aħħar tagħmel il-manutenzjonijiet meħtieġa.