Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32353 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għaxaq — Telephone Booth

Question

Peress li t-telephone booth fi Triq iż-Żejtun Għaxaq qegħda eżatt fl-entratura ta' ħanut u barra minn hekk situata f'parti mil-aktar traffikuża; u peress li konsegwenza tal-posizzjoni tagħha din il-booth ma toffri l-ebda privitezza u ma tistax tintuża minnħabba l-ħsejjes; jistax ġentilment il-Ministru jara li tiġi spustata f'parti oħra ta' l-istess akwata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bħalma jiġri f'kull każ, il-kiosk imsemmija tpoġġiet fejn hi fuq suġġeriment tal-Kunsill Lokali. Ser issir laqgħa ma' l-istess Kunsill biex jiġi diskuss dan l-ilment u jekk jaqbel il-Kunsill, t-telefon booth tiġi spustjata għal parti oħra fl-istess akkwata.
Leg 9 PQ #32369 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Konsentura fil-Faċċata

Question

Jista' l-Ministru jara li ħadida mdaħħla fil-faċċata tal-fond nru 29, Triq iż-Żejtun, Għaxaq, li kkaġunat konsentura fl-istess faċċata tal-fond nru. 29, Triq iż-Żejtun, Għaxaq li kkaġunat konsentura fl-istess faċċata, tinqala?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant jinfurmani jekk il-ħadida li qed jirreferi għaliha kienetx twaħħlet minn ħaddiema ta' xi azjenda li tifforma parti mid-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #32382 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li arblu ta' l-elettriku li issa spiċċa fin-nofs tat-triq minn mindu din twessgħet - jitneħħa minn Triq ir-Redentur, Ħaż-Żabbar, wara li diġa ġraw diversi inċidenti minħabba dan l-arblu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex jitneħħa l-arblu msemmi għandu jsir flimkien ma' xogħlijiet oħra simili.
Leg 9 PQ #32451 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Triq Monica - Ħal Tarxien

Question

Jista' l-Ministru jara li arblu kollu sadid li hemm fit-Triq Monica ma' Lamuka street, Ħal Tarxien, jinbiedel minħabba l-periklu li jinsab fih?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #32455 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Imrieħel — Permessi ta' Stampar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm grages u fabbriki li għandhom il-permess ta' xogħol ta' stampar (Press) fil-Qasam Industrijali tal-Imrieħel? Jista' jgħid f'dan ir-rigward jekk fl-aħħar sena sarux inspections mill-pulizija biex ikun mgħaruf jekk hemm'x minhom li qed jifunzjonaw bla permessi meħtieġa? Jekk fl-affermattiv x'irriżulta u x'passi eventwali ittieħdu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #31044 Sitting 715 2002-03-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pjanti — Spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset lill-kumpaniji privati lill-Ministeru u jew id-Dipartimenti, kumpaniji eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-servizz taż-żamma tal-pjanti jew xtieli matul is-sena li għaddiet? Kemm għat-tindif?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali għal dak li għandu x'jaqsam ma dipartimenti tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena u għar-rigward ta' Korporazzjonijiet u Awtoritajiet, fir-rapporti annwali partikulari tagħhom.
Leg 9 PQ #32225 Sitting 714 2002-03-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baħar iċ-Ċagħaq — Dwal

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemm xi pjan dwar meta se jiġu nstallati dwal pubbliċi fil-firxa ta' triq bejn il-Forum Hotel u Baħar iċ-Ċagħaq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ fit-triq imsemmija għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.

Permessi ta' Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jelenka x'permessi ta' xogħol, f'sens ta' ħwienet tax-xogħol u negozju huma mogħtija fi Triq Carm Debono, Ħal Qormi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-proċess tad-devoluzzjoni tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju mingħand il-Pulizija għal dan il-Ministeru għadu fi stadju ta' transizzjoni, mhux possibbli li għalissa nagħti l-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #32301 Sitting 714 2002-03-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax l-ETC tinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li allegatament ilha tirreġistra għax-xogħol 'il fuq minn tliet snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi li l-Onorevoli Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #32312 Sitting 714 2002-03-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga permezz tal-Enemalta l-kont tad-dawl li rċeviet il-familja Cachia, 60, Helen's, Fuxa Str, San Ġwann billi qed jikkunsidrawh eċċessiv ħdejn kontijiet oħrajn?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta’ l-Onorevoli Iterpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma sabiex issir il-verifika relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #32332 Sitting 714 2002-03-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

L-Iklin — Dwal

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jitwaħħal xi forma ta' street lighting qrib Palma Farmhouse, Sqaq Ħwawar, l-Iklin minħabba d-dlam li hemm f'din l-area abitata?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta’ l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi ikkunsidrata flimkien ma’ talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #32056 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn subscribers li kellhom is-servizz tat-telephone maqtuh għax waqaw lura fil-ħlasijiet is-sena l-oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul is-sena li għaddiet kien hemm 3,433 abbonat li tneħħielhom is-servizz u 10,065 abbonat kellhom is-servizz ristrett b'mod li jirċievu biss it-telefonati.
Leg 9 PQ #32143 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti legali tal-Airmalta? Kemm qed jitħallsu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma nħossx li jkun fl-interess kummerċjali ta’ l-Air Malta li nippubblika d-dettalji mitluba.
Leg 9 PQ #32147 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Sponsorship

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop li l-Gozo Channel tagħmel sponsorship ta' programmi televisivi bħal 'Bondi Plus' meta għandha monopolju tas-suq? Kemm għamlet telf il-kumpanija fis-sena 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-policy ta' reklamar tal-kumpanija Gozo Channel hi li tippromwovi lil Għawdex bħala destinazzjoni ewlenija u mhux biex tippromwovi s-servizz tal-Kumpanija. Ninsab infurmat li matul il-perjodu bejn Settembru u Diċembru 2001 u bejn Jannar u April 2002, il-Gozo Channel iddeċidiet li tirreklama permezz ta' sponsorship jew reklamar dirett fuq tlitt programmi tat-televiżjoni li jintwerew fuq l-istazzjonijiet Public Broadcasting Services, Net Television u Super One Television. Ir-reklamar fuq dawn il-programmi kien aċċennat fuq is-sigurta' u s-servizz tal-Kumpanija nnifisha. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija ta' min ifakkar li r-rendikont finanzjarju tal-Kumpanija jingħata waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali. Din hija proċedura normali li dejjem ġiet applikata matul is-snin.
Leg 9 PQ #32199 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza pubblika mar-razzett Farmhouse (Villa), il-Hamri, l/o Rabat, peress li mal-lejl ikun hemm dlam ċappa li joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant jagħti aktar dettalji sabiex tkun tista' ssir l-investigazzjoni relattiva mill-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 9 PQ #32204 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Quality Control Laboratory

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif issa li l-Quality Control Laboratory tad-Divizjoni tax-Xogħlijiet ġie u trasferit fil-Laboratorju Nazzjonali ta' l-Istandards, x'inhu r-rwol tad-ditta Harrison f'dan il-laboratorju?

Response (BONNICI, JOSEF)

B'riżultat tal-ftehim milħuq bejn il-kumpaniji Malta National Laboratory u Harrison Malta Environmental, b'seħħ mill-1 ta' Marzu ta' din is-sena, is-servizzi kollha dwar kontroll tal-kwalita' li kienet tipprovdi din l-aħħar kumpanija bdew jingħataw mill-kumpanija Malta National Laboratory. Skond il-ftehim imsemmi, Harrison Malta Environmental Limited hija responsabbli minn kull aspett għall-immaniġjar tal-Building and Construction Division fi ħdan il-kumpanija Malta National Laboratory. Din ir-responsabbilta' hija suġġetta għall-management ġenerali u konformi mal-policies u proċeduri tal-Malta National Laboratory.
Leg 9 PQ #32217 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li ġie approvat li jsir cost cutting exercise fil-Gozo Channel minħabba l-performance finanzjarja ħażina tal-kumpanija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li bħalma tagħmel kull kumpanija kummerċjali, il-Gozo Channel kontinwament tipprattika l-kunċett ta' 'cost cutting' biex b'hekk fejn tista' tnaqqas l-ispejjeż u b'hekk tkabbar il-qliegħ. M'hemmx dubju li minn meta daħlu fis-servizz il-vapuri l-ġodda, kien hemm titjib sostanzjali fis-servizz li jingħata lill-klijent li jaqsam bejn iż-żewġ gżejjer. Madanakollu, kif diġa' ħabbret kemm il-darba l-kumpanija, il-vapuri l-ġodda żiedu wkoll l-ispejjeż ta' l-operat, partikolarment minħabba dawn ir-raġunijiet: 1. konsum aktar ta' fuel 2. żieda fl-ekwipaġġ tal-vapur li kellha ssir minħabba raġunijiet statutorji ta' sigurta' 3. spejjeż għola ta' assikurazzjoni relatata mal-vapur tal-vapuri 4. deprezzament jew charter fees 5. żieda fl-ispejjeż tal-manutenzjoni tal-vapuri Ukoll, kif is-servizz jitjieb, u anki n-numru ta' vjaġġi jiżdiedu, aktar u aktar nies qed jaqsmu bejn Malta u Għawdex. Imma, iż-żieda fin-numru ta' passiġġieri u karozzi li qasmu mhux qed tiġi riflessa f'żieda proporzjonali ta' bejgħ. Dan minħabba l-fatt illi ż-żieda saret fil-kategorija ta' biljetti sussidjati, li tapplika għar-residenti Għawdxin. Il-Gvern, MIMCOL kif ukoll il-Gozo Channel qed jimmoniterjaw is-sitwazzjoni, u sa fejn jistgħu, jieħdu l-passi neċessarji sabiex titranġa il-performance tal-Gozo Channel. Sadanittant, ġie deċiż li jitwaqqaf is-servizz tal-katamaran minħabba nuqqas ta' konkorrenza.
Leg 9 PQ #32220 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Control Tower — Parking Area

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-parking area li saret ħdejn il-control tower? Kien hemm xi tender biex ingħata dan ix-xogħol? Jista' l-Ministru jippreżenta l-pjanti ikkonċernati u jindika jekk kienx hemm xi permess mill-Planning Authority għal din il-car park? F'hiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-parking area li saret ħdejn il-Control Tower swiet Lm4,072. Dan ix-xogħol ingħata wara li inġabru kwotazzjonijiet skond il-proċeduri stabbiliti tal-kumpanija. Ix-xogħol sar wara l-ħruġ tal-permess meħtieġ, li jġib in-numru PA03890/00, mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar. Dan ix-xogħol kien jikkonsisti f’bini ta’ bankini, kurduni, pavimenti, żebgħa ta’ sinjali fuq il-pavimenti u dawl tal-parking area. Kopja tal-pjanti relattivi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #30931 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Special Safeguards

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 30525, jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-UE għandiex reġistrati mad-WTO 539 special safeguards? Jekk iva, fiex jikkonsistu dawn l-special safeguards u liema prodotti tal-Biedja u ta' l-ikel jikkonċernaw?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Unjoni Ewropea għandha 539 special safeguards reġistrati ma' l-Organizzazzjoni Dinija tal-Kummerċ (WTO). Kif diġa' kelli okkażjoni nispjega fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 30525 l-ispecial safeguards huma mekkaniżmu supplimentari għas-sistema ta' tariff quotas u huma intiżi bħala miżura ta' kontingenza biex jintużaw biss f'ċirkostanzi speċjali. Fil-prattika, dawn il-miżuri, ftit li xejn intużaw, la mill-Unjoni Ewropea u lanqas minn pajjiżi oħra. Informazzjoni dettaljata dwar il-materja ta' l-ispecial safeguards hija aċċessibbli permezz tal-web site uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #32079 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Billi l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għandhom kont in dispute ta' Lm 145.92 mal-korporazzjoni Enemalta fid-dawl taċ-ċaħdiet uffiċjali li huma bagħtu lill-korporazzjoni permezz ta' l-avukat tagħhom, jista' jsir xi arranġament bonarju biex din il-pendenza tiġi konkluża b'mod sosdisfaċenti għaż-żewġ naħat, l-aktar fid-dawl ta' l-insistenza li huma ġew billed intortament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li skond ir-rekords tal-Korporazzjoni Enemalta fl-account tal-familja li qed issir referenza għaliha ma tirriżulta ebda relazzjoni ma' l-ammont imsemmi. Fil-fatt kollox jindika li l-kontijiet tħallsu għajr għall-aħħar kont li ħareġ fi Frar li għadda. Jekk hemm xi kont ieħor, ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Membru jagħtini l-ammont tal-kont li qed jirreferi għalih.