Legislature:
Category:
Reset
Active:

Permit No. 04089/05

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22943 u jara li jiġi milqugħ ilment ta' persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament dwar permit no. 04089/05?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Bypass

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621, 21852, 22067, 22226, 22480, 22620, 22704 u 22945 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat? Min se jħallas għal dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk żdidietx in-nefqa fuq is-safar mill-2005 għall-2006 u f'każ affermattiv, kemm kienet iż-żieda fuq l-ispiża tas-safar mill-2005 u l-2006 globalment? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni ta' din iż-żieda u jekk kienx hemm l-approvazzjoni ta' l-uffiċċju tal-prim ministru għat-tali spiża? Jista' jgħid min approva s-safar ta' matul l-2006?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-nefqa fuq safar fl-2005 u l-2006 kienet kif jidher hawn taħt: 2005: Ministeru / Dipartiment: Lm 20,274 – minn dawn ġew rimburżati Lm 2,720 filwaqt li Lm908 għad iridu jiġu rimburżati. Awtorita dwar it-Trasport: Lm16,857. 2006: Ministeru / Dipartiment: Lm 15,640 – minn dawn ġew rimburżati Lm 3,898 filwaqt li Lm2,508 għad iridu jiġu rimburżati. Għad hemm xi spejjeż oħra żgħar li jridu jitħallsu. Awtorita dwar it-Trasport : Lm 28,233. In-nefqa tal-Ministeru/Dipartiment naqset mill-2005 għall-2006 filwaqt li kien hemm żieda fin-nefqa ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport. Madankollu iż-żieda fin-nefqa globali tal-Ministeru/Dipartiment u l-ADT kienet minima. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-safar kollu sar skond il-ħtiġijiet u l-obbligi tal-Ministeru / Dipartiment jew ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport. Is-safar kollu ġie approvat skond il-proċeduri stabbiliti.

Sistema Park and Ride

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22837 u jgħid x'inhuma l-operating costs attwali tas-sistema park and ride?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-operating costs attwali tal-Park & Ride kienu jammontaw għal Lm27,678.55 (Lm10,052.66 f’Novembru u Lm17,625.89 f’Diċembru). Huwa stmat li bl-introduzzjoni tas-CVA ( Controlled Vehicular Access ) f’Marzu, l-ispiża fix xhur ta’ wara tonqos għal madwar Lm9,500 (fix-xhar).

Żvilupp Urban u Toroq — Telephones

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-użu tas-servizzi tat-telephones fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-nefqa għall-użu tas-servizzi tat-telephones għas-sena 2006 kienet :- Ministeru/Dipartiment Lm 12,361.37 Awtorita’ dwar it-Trasport Lm 67,091.00 Għad hemm xi kontijiet li għadhom ma ntbgħatux mis- suppliers kkonċernati.

Żvilupp Urban u Toroq — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu impjegati l-ministeru? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Onorevoli Interpellant hu riferut għal 'Guidelines on the Employment of Staff for Ministers' Secretariat' kif approvati.

Imtarfa — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru fl-Imtarfa fl-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'din is-sena? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ewwel grupp ta’ toroq li se jsiru din is-sena fl-Imtarfa jinkludi Triq l-Imtarfa. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq se jsir minn Hydrocks Co Ltd u huwa mistenni li dan ix-xogħol jinbeda fil-ġimgħat li ġejjin.

Ħad-Dingli — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kuntratturi u t-toroq li se jsiru f'Had-Dingli fl-ewwel grupp ta' toroq li se jsiru f'din is-sena? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq Triq Daħlet is-Sienja f’Ħad Dingli. Ix-xogħlijiet fi Triq Dun Karm Azzopardi, p/o Triq il-Ġnien, Triq Dun Karm Frendo u p/o Triq l-Irdum huwa mistenni li jibda fil-ġimgħat li ġejjin.

San Ġwann — Traffic lights

Question

Tista' l-awtorita' dwar it-trasport tikkonsidra li tressaq it-traffic lights fin-naħa ta' fuq ta' Naxxar Road, San Ġwann aktar 'l isfel għall-quddiem CIMBA Upholsterers minħabba li ħafna sewwieqa qed jabbużaw mis-side road li hemm qrib id-dwal preżenti biex jaqbżu t-traffic lights - kultant bi speed imdaqqas?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjal tat-Traffic Management Unit irriżulta li tali pelican crossing ġiet implimentata fil-post tul Naxxar Road fejn l-aktar li jaqsmu n-nies minħabba l-ħwienet li hemm u l-pożizzjoni tal-flats residenzjali li jiġġeneraw ammont sostanzjali ta’ pedestrians. Għaldaqstant mhux irrakkomandat li tali pelican crossing titressaq aktar ‘l isfel.

Ħal-Luqa — Triq Ħal Farruġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Ħal Farruġ, Ħal-Luqa se tiġi rranġata, peress li ilha s-snin mimlija ħofor u mkissra b'riskju mhux biss għal pedestrians imma aktar għas-sewwieqa, iżda wkoll minħabba l-ħsarat għal vetturi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

F'Ħal Luqa bħalissa qegħdin isiru numru ta' toroq u mhux possibli jiżdiedu oħrajn mall-commitments li hemm. L-ADT ser tistudja jekk fil-futur jistax isir xogħol ta' major patching f'din it-triq.

Żvilupp Urban u Toroq — Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali tal-mobile phones matul is-sena 2006 kienet :- - Ministeru/Dipartiment Lm 12,465.06 - Awtorita' dwar it-Trasport Lm 27,731.00 Għad hemm xi kontijiet li għadhom ma ntbgħatux mis-suppliers ikkonċernati.

Żvilupp Urban u Toroq — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ispiża globali ta' safar li saret matul l-2006 kienet :- Ministeru/Dipartiment Lm 15,534.36 (Lm 3,898.13 reimbursed) Awtorita' dwar it-Trasport Lm 28,233.00 L-ispiża ma tinkludix xi reimbursements ta' safar li sar fl-2006 mill-Ministeru u d-Dipartiment li għad iridu jaslu.

Żvilupp Urban u Toroq — Fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-fuels tal-Ministeru u tad-dipartimenti, dekasteri, enti eċċ. li jaqgħu taħt il-ministeru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-nefqa globali għall-fuel matul is-sena 2006 kienet tammonta għal :- Ministeru/Dipartiment Lm 8,208.45 Awtorita' dwar it-Trasport Lm 36,935.00 Għad hemm xi kontijiet li għadhom ma ntbgħatux mis-suppliers ikkonċernati.

San Pawl il-Baħar — Limbordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid mnejn hi ppjanata li tgħaddi t-triq fil-Limbordin, limiti ta' San Pawl il-Baħar, u x'impatt se tħalli fuq ir-raba' saqwi ta' l-inħawi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta tat-triq proposta bħala alternattiva għat-telgħa tax-Xemxija. Din il-proposta tikkonsisti fil-bini ta’ triq b’tul ta’ mina ta’ 500m u bini ta’ pont li ser jagħqdu il-By Pass ta’ San Pawl mat-Telgħa ta’ Selmun. L-impatt ambjentali preliminari ta’ din il-proposta għadu mhux konkluż.

Servizz ta' trasport pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn m'għadhomx isiru trips kollha mit-trasport pubbliku li kienu jsiru mill-irħula prinċipali għall-Imġarr fil-5.30 a.m.?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninfurmak illi t-trips kollha li jsiru mill-irħula prinċipali għall-Imġarr fil-5.30am kienu ġew ridotti għal nhar ta' Tnejn biss u dan peress li ma kienx qed ikun hemm użu ta' dawn s-servizzi b'mod regolari u għalhekk wara pressjoni mill-Gozo Bus Owners Association dawn ġew sospiżi. Nixtieq ninfurmak ukoll illi fil-futur qarib ser jibdew taħdidiet bejn l-ADT u l-Gozo Bus Owners Association rigward titjieb fl-għoti tas-servizz pubbliku.

San Pawl il-Baħar — Bypass

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21621, 21852, 22067, 22226, 22480, 22620 u 22704 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat? Min se jħallas għal dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

ADT — Mellieħa Ridge Crossing Project

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22696 u jara jekk jistgħux jittieħdu passi biex fit-triq li qed tippjana l-ADT Mellieħa Ridge Crossing Project IX.X li se ssir minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea (Contract No. Europeaid/114473/D/SV/MT) jittieħdu l-passi kollha biex ma titteħidx art agrikola u biex ma jintlaqtux ħażin il-bdiewa ta' l-inħawi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-proġett imsemmi mill-Onorevoli Nterpellant huwa wieħed mit-tlettax il-proġett li ġew identifikati mill-kumpanija Franċiża BCEOM għat-titjib tat-triq arterjali miċ-Ċirkewwa sa Birżebbuġia. Din it-triq hija parti mit-‘Trans-European Network’ Ewropew. Din il-kumpanija studjat l-attivita preżenti ta’ din it-triq, identifikat il-problemi u pproponiet diversi rimedji għat-titjib ta’ din it-triq. Sar ukoll analiżi ambjentali ta’ diversi alternativi proposti għal kull proġett. Deċiżjoni finali fuq it-triq għadha ma ittiehditx.

Għargħur — Triq Santa Katerina

Question

Minħabba l-inkonvenjent ikkawżat għar-residenti ta' Triq Santa Katerina fil-Għargħur, il-gvern għandu ħsieb li jirrivedi d-deċiżjoni li tillimita l-aċċess għat-triq għar-residenti, għall-bdiewa lokali kif ukoll għall-impjegati tal-kamra tan-nar billi teknikament kull karozza li tidħol biex tipprovdi servizz għandha r-riskju li taqla' ċitazzjoni? Jikkonferma l-Ministru dak li ġie rrappurtat fil-media lokali li d-deċiżjoni ġiet mehuda fuq livell ta' Kabinett?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Għargħur — Triq Dun Salvatore Zarb - sleeping policeman

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi possibbilta' li tiġi kkonsidrata l-introduzzjoni ta' sleeping policeman fi Triq Dun Salvatore Zarb, fil-Għargħur?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Traffic management Unit irriżulta li ma kien hemm ebda talba mill-Kunsill Lokali Għargħur tali Round Topped Road Hump. It-Traffic Management Unit ser jikkuntattja lill-Kunsill rigward din it-talba.