Enemalta – testijiet ta’ kalibrazzjoni fuq pompi tal-petrol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il test ta’ kalibrazzjoni għamlet l-Enemalta fuq il-pompi tal-petrol li jipprovdu servizz lill-konsumatur bi fuel mixtri mill-Enemalta mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-lum?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma illi fil-kuntratt li kellu mal-Enemalta l-ex-spettur tal-pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, liema kuntratt issa ġie tterminat, kien hemm klawsola li kienet tipprovdi għall-ħlas ta’ somma lill-istess persuna f'każ illi l-kuntratt ikun terminat mill-Enemalta qabel iż-żmien. Jista’ jgħid eżattament x'kienet tipprovdi din il-klawsola? Jista’ jgħid saritx talba minn din l-istess persuna għall-ħlas tal-imsemmija somma? Jista’ jgħid jekk it-talba għall-ħlas ġietx onorata mill-Enemalta? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntrattt, issa terminat, li kien iffirmat bejn dan l-individwu u l-Enemalta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt mgħarraf li l-kuntratt imsemmi ma kellux fih klawżola ta’ ħlas ta’ somma f’każ li l-kuntratt ikun terminat qabel iż-żmien. Il-kuntratt imsemmi tfassal fuq l-istess linji, b’termini simili għal dawk użati mill-Kumpanija fil-passat. Mhijiex prassi tal-Kumpanija Enemalta plc li tagħti dettalji dwar kuntratti partikolari, kemm dawk kurrenti, dawk mogħtija riċentament, kif ukoll dawk mogħtija fil-passat. Dan minħabba li t-tagħrif huma kummerċjalment sensittiv.
Jista’ l-Ministru jara li d-drenaġġ li qed jiskula fi Triq id-Dejqa Valletta, preċiżament fit-taraġ appena riabilitat quddiem il-lok magħruf bħala Trabixu, tinstab soluzzjoni għalih u dan billi, jekk hemm bżonn, tiġi nkarigata l-Pulizija Eżekuttiva u jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji kontra s-sidien tal-appartamenti jew okkupanti tagħhom stante illi dan l-ilma li qed joskula huwa ilma maħmuġ u dan kif ikkontemplat mil-liġi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali ma kien irċieva l-ebda lment rigward dan. Minn investigazzjonijiet li saru irriżulta li hemm sadd fid-drenaġġ komuni li tappartjeni binja t’appartamenti li tinsab ġol-istess triq. Għaldaqstant inħareġ avviz bil-miktub lid-Dipartiment tal-Artijiet kif ukoll lill-Awtorita’ tad-Djar sabiex jittieħdu l-passi neċessarji. Uffiċjali mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali se jibqgħu jagħmlu l-ispezzjonijiet kollha neċessarji sabiex jiġi assigurat li x-xogħlijiet rikjesti jiġu mwettqa.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – kariga ta’ persuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kariga għandha l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament fil-Ministeru tiegħu? Meta ngħatat din il-kariga? Dan il-post imtela' wara sejħa pubblika? Jekk iva, kemm kien hemm applikanti għal dan il-post? Kemm huwa s-salarju li titħallas din il-persuna għal din il-kariga?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-15 ta' Gunju 2015 il-persuna msemmija hija ngaggata bhala Customer Care officer mal-Klijenti tal-Isptar tal- Onkologija Sir Anthony Mamo.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – kariga ta’ persuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kariga għandha l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament fil-Ministeru tiegħu? Meta ngħatat din il-kariga? Dan il-post imtela' wara sejħa pubblika? Jekk iva, kemm kien hemm applikanti għal dan il-post? Kemm huwa s-salarju li titħallas din il-persuna għal din il-kariga?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta' Frar 2015 il-persuna msemmija hija ngaggata bhala Direttur inkarigata mir-Relazzjonijiet mal-Klijenti tal-Isptar Mater Dei.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15882 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma li qed jingħataw is-servizzi lid-djar f’Bieb ir-Ruwa, limiti tar-Rabat? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk hux minnu li f’ċerti proprjetajiet privati qed jintuża kejl differenti u ċjoè hemm minn qed juża l-prassi li l-kuntrattur imqabbad mill-Gvern iħaffer biss 20 pied fil-proprjetà u l-inkwilin irid iħallas il-bqija, filwaqt li f’ċerti proprjetajiet qed isir tħaffir fil-proprjetà kollha?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi d-djar fiż-żona msemmija se jingħataw is-servizz. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tisħaq li dan mhuwiex il-każ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba matul Ġunju, Lulju u Awwissu 2015, il-bajja tax-Xlendi f’Għawdex jew xi parti minnha ma kenitx tajba għal għawm? Jista’ jagħti r-raġuni għalfejn din il-bajja jew xi parti minnha ma kenitx tajba għall-għawm? Jista’ jgħid kemm-il test sar matul ix-xahar ta’ Ġunju u Lulju 2015 fuq l-ilma tal-bajjiet f’Għawdex u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tal-istess testijiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li matul 16 u l-21 t’Awwissu biss, għawm fil-bajja tax-Xlendi ma kienx rakkomandat. Iż-żewġ żoni f’din il-bajja li ma kienux rakkomandati għall-għawm kienu fin-naħa tal-ponta ta’ barra tal-moll fuq in-naħa tal-lemin tal-bajja u fiż-żona ta’ quddiem iċ-Churchill Bar. Dan seħħ minħabba li ilma kkontaminat li hareg minn irziezett sab triqtu għal ġol-baħar wara x-xita.
Nixtieq ninforma wkoll li din il-bajja reġgħet kienet tajba għall-għawm fit-22 t’Awwissu wara diversi kampjuni tal-ilma baħar li ttieħdu u li rri¿ultaw f’livelli aċċettabbli għall-għawm.
Matul ix-xhur ta’ Ġunju, Lulju u Awwissu 2015 sar monitoraġġ ta’ għoxrin żona ufficcjali f’Għawdex u b’kollox ittieħdu 341 kampjun li kollha rriżultaw f’livelli aċċettabbli għall-għawm.
Enemalta – Ingaġġ ta’ Automated Management Meter Architect
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Automated Management Meter Architect kien impjegat mal-Enemalta plc mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm minnhom ġew impjegati wara sejħa interna jew esterna? Jista’ jagħti d-data għal kull ingaġġ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba li hija ta’ natura kummerċjali u sensittiva għall-operat tal-Kumpanija.
Enemalta – ingaġġ ta’ ħaddiema fis-sezzjoni tal-IT
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem ġie mpjegat fis-sezzjoni tal-IT tal-Enemalta plc mingħajr sejħa interna jew esterna mill-1 ta’ Jannar 2015 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba li hija ta’ natura kummerċjali u sensittiva għall-operat tal-Kumpanija.
Enemalta – ingaġġ ta’ ħaddiema mingħajr sejħa interna jew esterna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem ġie impjegat mal-Enemalta plc mingħajr ma ħarġet sejħa interna jew esterna għal dak l-impjieg bejn l-1 ta’ Ġunju 2015 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza??
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba li hija ta’ natura kummerċjali u sensittiva għall-operat tal-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ftehim mar-Russja imħabbar fil-15 ta' Settembru 2015 jinvolvix l-Isptar Mater Dei? Jekk iva, ġew ikkonsultati l-clinical chairs qabel ma saru dan il-ftehim? Jekk iva, x'kienet ir-reazzjoni tagħhom? Fil-fatt, is-CEO iddiskuta dan il-ftehim mar-Russja fiċ-Chairmen's meeting?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Memorandum of Understanding li diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment tas-Saħħa — ingaġġ ta' payroll officers
Question
Jista' l-Ministru jgħid, fl-aħħar sejħa għall-Payroll Officer fl-isptarijiet u fid-Dipartiment tas-Saħħa, kemm kien hemm bżonn persuni u kemm fir-realtà ġew appuntati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li għall-Payroll Officer fl-isptarijiet u fid-Dipartiment tas-Saħħa, kien hemm bżonn ta’ żewġ persuni u tnejn ġew appuntati.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn din is-sena ma nfetaħx il-programm ta' taħriġ għat-tobba f'livell ta' BST għall-kura fil-komunità?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli interpellanta li jekk b’ “kura fil-komunità” qed tirreferi ghal-ispecjalizzazjoni tal-Medicina tal-Familja (Family Medicine) id-dipartiment tas-Sahha qed jistenna l-ezitu ta’ decizjoni mill-Qorti tal-Appell u ghalhekk ma setax johrog sejha ghal-applikazzjonijiet godda
Jista' l-Ministru jgħid issa li m'għadx hemm pazjenti fl-Isptar Boffa ħlief għad-Dipartiment tad-Dermatoloġija, x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għal dan l-Isptar?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pagament sar mit-€30 miljun li l-konsorzju ElectroGas kellu jħallas lill-Enemalta mill-bidu ta’ din is-sena sal-lum? Ta’ kemm kien kull pagament u f’liema data ġie mħallas?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 15700 (ħmistax-il elf u seba’ mija).
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (individwi jew kumpaniji) li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, Segretarjat Parlamentari jew entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu fl-aħħar 12-il xahar? Għal liema skop qed tingħata din il-konsulenza? Kemm tħallsu għal din il-konsulenza xahar b’xahar fl-aħħar 12-il xahar? Dan is-servizz ingħata wara sejħa għall-offerti jew b’direct order?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f’xi seduta oħra.