B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5239, jista’ l-Ministru jiċċara jekk għadhiex taħdem is-sistema fejn kull dħul li jkollha l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni irid jintuża biss għall-attivitajiet tal-Awtorità u allura ma jistax jkun hemm trasferiment ta’ fondi mill-Awtorità għall-Fond Konsolidat?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul tal-Awtorità mis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi jintuża speċifikament sabiex jiġu finanzjati l-ispejjeż amministrattivi għar-regolamentazzjoni tas-settur. Jekk ikun hemm dħul żejjed jingħadda lura lill-operaturi hekk kif definit fil-liġi. Id-dħul tal-Awtorità mis-settur postali jintuża biss biex jiffinanzja l-ispejjeż amministrattivi għar-regolamentazzjoni tas-settur.
Minbarra dan id-dħul, l-Awtorità tiġbor ukoll għan-nom tal-Gvern ħlasijiet li għandhom x’jaqsmu mal-użu ta’ riżorsi skarsi (eżempju l-użu ta’ spektrum tar-radju, u ”Rights of Way”) u minn liċenzji ta’ tagħmir ta’ radjukomunikazzjoni. Parti minn dan id-dħul jintuża biex jiġu finanzjati l-ħtiġijiet tal-Awtorità għal dak li għandu x’jaqsam mas-settur ta’ eCommerce, ‘management’ u ‘monitoring’ ta’ spektrum tar-radju u l-‘management’ tal-liċenzji tat-tagħmir ta’ radjukomunikazzjoni. Il-bqija jingħadda lill-Gvern u jiġi trasferit għall-Fond Konsolidat.
Il-mod ta' kif jiġi ttrattat id-dħul tal-Awtorità, kif għadni kif iddeskrivejt, ma kellu l-ebda tibdil dawn l-aħħar snin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament hux impjegat ta’ Malta Enterprise? Jista’ jgħid meta ġie impjegat, x’kariga jokkupa u x’inhu l-pakkett finanzjarju inkluż perkaċċi li qed jingħata? Jista’ jgħid jekk ħarġitx sejħa pubblika għal din il-kariga u jekk le jgħid kif ġiet magħżula l-persuna indikata?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet maħtura bħala Executive Chairman, Major Projects Coordination Agency (MPCA) fi ħdan il-Malta Enterprise. Din hija pożizzjoni ta’ fiduċja w intgħażlet bl-istess mod li ntgħażlu l-konsulenti legali fis-snin ta’ qabel.
Xogħol l-MPCA huwa li tikkordina l-ħidma tal-i
stakeholders
kollha fil-każ taż ta’ proġetti kbar u kumplessi bħal per eżempju l-bini tal-Life Sciences Park, speċjalment fejn dawn il-proġetti jinvolvu aktar minn Ministeru wieħed u jinvolvu fondi Ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament hux impjegat tal-Malta Industrial Parks? Jista’jgħid meta ġie impjegat, x’kariga jokkupa u x’inhu l-pakkett finanzjarju inkluż perkaċċi li qed jingħata? Jista’ jgħid jekk ħarġitx sejħa pubblika għal din il-kariga u jekk le jgħid kif ġiet magħżula l-persuna indikata?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant inħatret bħala Deputy Chairman u CEO tal-Malta Industrial Parks fi ħdan il-Malta Enterprise. Din hija pożizzjoni ta’ fiduċja w intgħażlet bl-istess mod li ntgħażlu l-konsulenti legali fis-snin ta’ qabel.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien id-dħul tal-MCA matul l-2012 u l-2013? X'kienet in-nefqa tal-istess Awtorità matul l-istess perijodu ta' żmien? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-flus li għaddew mingħand il-Gvern lill-Awtorità matul dawn l-istess sentejn? Minn fejn oriġinaw il-flus li għaddew mingħand il-Gvern għal għand l-MCA? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm kien id-dħul u l-ħruġ li sar mill-MCA fis-sentejn indikati?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li d-dħul tal-MCA għall-2012 u 2013 kien ta' €9,168,481 u €9,794,295 rispettivament.
In-nefqa għall-2012 kienet ta' €4,581,714 filwaqt li nefqa għall-2013 kienet ta' €4,075,391.
Fl-2012, il-Gvern għadda lill-Awtorità s-somma ta' €428,627 u fl-2013 l-ammont kien ta' €489,100.
L-ammont trasferit jiġi approvat kull sena b'vot fil-parlament.
Ministeur għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — top management position
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7495, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjani hemm sabiex kumpaniji bħal din il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li qegħdin jaffaċċjaw problemi finanzjarji u qegħdin jagħtu s-sensja lill-impjegati tagħhom, jiġu megħjuna sabiex jiġu salvati l-impjiegi? X’inizzjattivi qed jingħataw sabiex isalvaw l-operaw tagħhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li id-deċizjoni ta’ din il-kumpanijja hija rizultat ta’ avvenimenti li seħħew fis-snin ta’ qabel taħt l-amministrazzjoni preċedenti u li dan il-gvern qatt ma kellu kontroll fuqhom. Sabiex dawn it-tip ta’ sitwazzjonijiet ma niġux rinfaċjati bihom, dan il-gvern qed jimplimenta politika li ma tagħtiex qtajja lil-intrapriżi kif kien isir qabel. Nixtieq inżid ukoll li dan il-Ministeru huwa kommess li jgħin lil din il-Kumpanijja u fil-ġimgħat li għaddew ġiet imwaqqfa Task Force li sejra tkun qed tiltaqa’ b’mod regolari bil-għan li jinħoloq pjan strateġiku għal ħaddiema ta’ din il-kumpannijja f’kaz li xi wħud minnhom jitilfu l-impjieg tagħhom. Hawnhekk nixtieq infakkar lill-Onor.Interpellant li sa dan l-istadju dawn għadhom jobs at risk.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux indikazzjoni dwar jekk hemmx fabbriki jew kumpaniji li qed jiffaċċjaw problemi finanzjarji bħal kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk għandu indikazzjoni, jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ dawn il-kumpaniji u x’inhu n-numru ta’ impjegati li qegħdin fir-riskju li jispiċċaw bla xogħol?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet konkreti biex jimplimenta l-proġett tal-Fibre to the Home? X’inhi l-ħidma li saret mill-amministrazzjoni preċedenti u l-ħidma li saret s’issa mill-amministrazzjoni preżenti? Meta hu mistenni li din l-inizjattiva se tibda tkun implimentata?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 4071. Barra minnhekk, is-settur privat beda bir-'Rollout' tal-'Fibre Optic Technology'. Il-Gvern se jintervjeni biss f'każ li hu jħoss li l-miri tiegħu ma jkunux qed jintlaħqu. Kuntrarju għall-amministrazzjoni preċedenti, il-Gvern preżenti jidher li se jilħaq din il-mira tiegħu mingħajr ebda spiża.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar l-implimentazzjoni tal-Fibre to the Home? L-implimentazzjoni se tkun marbuta mal-Expression of Interest li ħarġet l-amministrazzjoni preċedenti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nixtieq nikkonferma li l-Gvern iqis illi s-settur privat qed ikompli jinvesti fit-teknoloġija tal-Fibre to the Home u għaldaqstant intervent dirett mill-Gvern f'dan ir-rigward mhux neċessarju f'dan il-waqt.
Biex dan iseħħ, il-Gvern qiegħed fil-proċess li jwettaq numru ta' miżuri li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-bini tal-infrastruttura assoċjata ma' din it-teknoloġija. Dawn jinkludu miżuri ta’ natura regolatorja u oħrajn relatati ma' proċessi amministrattivi assoċjati mal-bini ta' infrastrutturi fuq bażi nazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-preparamenti fuq il-Young Entrepreneurship Act? Jista’ jelenka x’ħidma saret s’issa fuq dan l-Att u meta mistenni jkun ippreżentat dan l-Att?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — ingaġġ ta' ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7566 u jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, u xahar b’xahar?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament hux impjegat ta’ Malta Enterprise? Jista’ jgħid meta ġie impjegat, x’kariga jokkupa u x’inhu l-pakkett finanzjarju inkluż perkaċċi li qed jingħata? Jista’ jgħid jekk ħarġitx sejħa pubblika għal din il-kariga u jekk le jista’ jgħid kif ġiet magħżula l-persuna indikata?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-persuna indikata hija mpjegata ta’ Malta Enterprise. Giet impjegata mit-13 ta’ Frar 2014, bħala Chief Officer f’Business First, bil-kundizzjonijiet kollha, inkluż il-pakkett finanzjarju, li ġġorr magħha l-kariga ta’ Chief Officer fl-istruttura ta’ Malta Enterprise. Ir-reklutaġġ għal din il-kariga sar skont il-proċeduri stabbiliti fis-servizz pubbliku f’każi bħal dawn, liema proċeduri kienu osservati bir-reqqa u l-aktar persuna kwalifikata kienet magħżula.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament hux impjegat ta’ Malta Enterprise? Jista’ jgħid meta ġie impjegat, x’kariga jokkupa u x’inhu l-pakkett finanzjarju inkluż perkaċċi li qed jingħata? Jista’ jgħid jekk ħarġitx sejħa pubblika għal din il-kariga u jekk le jgħid kif ġiet magħżula l-persuna indikata?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-persuna indikata hija impjegata ta’ Malta Enterprise. Giet impjegata mit-13 ta’ Jannar 2014 bħala Head of Communications and PR, bil-kundizzjonijiet kollha, inkluż il-pakkett finanzjarju li ġġorr magħha l-kariga ta’ Head fl-istruttura ta’ Malta Enterprise. Il-kariga mtliet wara li nħolqot vakanza u r-reklutaġġ sar skont il-proċeduri stabbiliti fis-servizz pubbliku f’każi bħal dawn, liema proċeduri kienu osservati bir-reqqa u l-aktar persuna kwalifikata kienet magħżula.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati ġodda fil-Ministeru tiegħi u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru huwa ta’ 100.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — contract for service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati xi persuni fid-dekasteru tiegħu fuq bażi ta’ contract for service? Jekk saru dawn il-kuntratti, kemm-il persuna ġiet ingaġġata minn Marzu 2013 sal-lum? X’inhuma l-kundizzjonijiet ta’ kull persuna? X’perijodu jkopri kull kuntratt? X’inhu l-ħlas marbut ma’ kull kuntratt?
Response (CARDONA, CHRIS)
L-Onor. Interpellanta għandha tkun infurmata li persuni taħt contract of service kienu ingaġġati 27 u l-kuntratti tagħhom ivarjaw u kienu ngaġġati bil-kundizzjonijiet u ħlasijiet skont il-proċeduri u regolamenti governattivi.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru pubblikazzjonijiet minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu tul is-sena li għaddiet, f’liema kwantitajiet, kemm ġew jiswew, għand min ġew stampati u lil min tqassmu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema dati qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar inċident li seħħ il-Freeport nhar is-16 ta’ Jannar 2014 fejn tliet impjegati ta’ Transport Malta li kienu impjegati riċentement u ġew assenjati għal doveri ta’ security officers mal-Malta Freeport Corporation, kienu allegatament involuti f’tilwima ma’ manager tal-kumpanija privata Malta Freeport Terminals Limited, liema manager safa msawwat? Jista’ jikkonferma jekk hijiex qed issir investigazzjoni fuq dan l-inċident u x’passi se jittieħdu, u jekk il-kumpanija Malta Freeport Terminals Limited talbitx li jittieħdu passi dixxiplinari?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet lill-kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.