Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skola Primarja ta’ Wied il-Għajn — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti fl-Iskola Primarja ta’ Wied il-Għajn f’din is-sena akkademika? Kemm huma bniet u kemm subien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-popolazzjoni ta’ studenti fl-Iskola Primarja ta’ Wied il-Għajn din is-sena skolastika (statistika maħruġa fis-26/02/2016), hi kif se nsemmi: Skola Yr Grp Subien Bniet Total STMC Marsascala K1 – P6 366 354 720

Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura – persuni jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol residenti f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2014 u tal-2015? Jista’ jindika dan post post u kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom ilhom sena jirreġistraw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru, residenti f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura fl-aħħar ta` Diċembru tal-2014 u tal-2015 hija kif ġej: JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL SAL-AĦĦAR TA’ DIĊEMBRU 2014 LokalitàRġielNisaTotal Wied il-Għajn11755172 Iż-Żejtun13933172 Il-Fgura12031151 Total376119495 Minn dawn l-495 persuna, 226 persuna ilhom sena u fuqhom jirreġistraw. JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL SAL-AĦĦAR TA’ DIĊEMBRU 2015 LokalitàRġielNisaTotal Wied il-Għajn7332105 Iż-Żejtun10223125 Il-Fgura8423107 Total25978337 Minn dawn it-337 persuna, 140 persuna ilhom sena u fuqhom jirreġistraw.

Skejjel – talbiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba rċevew l-iskejjel sabiex tfal jattendu iskola li ma tkunx tikkorrispondi mal-lokalità tar-residenza tagħhom u kemm minn dawn it-talbiet ġew aċċettati minn Settembru 2015 sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif se nsemmi: Kulleġġ Risposta ST MARGARET 26 applikazzjoni li ġew approvati kollha. ST BENEDICT 21 applikazzjoni li ġew approvati kollha. ST ĠORĠ PRECA 38 applikazzjoni li ġew approvati kollha. ST IGNATIUS 101 applikazzjoni li minnhom ġew approvati 94. MARIA REGINA 58 applikazzjoni li ġew approvati kollha. ST NICHOLAS 44 applikazzjoni li ġew approvati kollha. ST THERESA 65 applikazzjoni li minnhom ġew approvati 43. ST CLARE 95 applikazzjoni li minnhom ġew approvati 85. ST THOMAS MORE 113 applikazzjonijiet li minnhom ġew approvati 86. GOZO COLLEGE 20 applikazzjoni li minnhom ġew approvati 18.

MCAST — impjiegi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid in-numru ta’ persuni li ngħataw impjieg fl-MCAST fis-sena 2013, 2014, 2015 sal-lum u li ma kenux diġà impjegati fl-MCAST f’xi funzjoni oħra? Jista’ jgħid in-numru ta’ persuni li kienu diġà impjegati fl-MCAST u fl-istess perjodu ngħataw promozzjoni jew trasferiment? Jista’ jindika l-funzjonijiet li jkopru dawn il-persuni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-MCAST impjega mitejn u ħames persuni (205) ġodda mill-1 ta’ Jannar 2013 sat-8 ta’ Marzu 2016. Il-maġġoranza assoluta ta’ dawn l-impjiegi huma ta’ Lecturers, filwaqt li kien hemm staff amministrativ kif ukoll Deputy Directors. Fl-istess perjodu kien hemm ħamsa u erbgħin (45) promozzjoni.

Kampus il-ġdid tal-MCAST — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23376, jista’ l-Ministru jgħid b’liema mod ġie revedut il-Masterplan tal-Kampus tal-MCAST u jagħti raġunijiet li rrekjedew dan?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-Masterplan tal-Kampus il-ġdid ġie rivedut b’dan il-mod: · Ġew iddisinjati binjiet akbar għall-: Istitut tas-Servizzi fil-Komunità minħabba ż-żieda fl-ammont ta’ korsijiet u l-ammont ta’ studenti li qed jattendu dan l-Istitut fl-aħħar snin; Istitut tal-Kommunikazzjoni u t-Teknoloġija li issa ser ikun jinkludi fih ukoll id-Dipartiment għall-Immaniġġjar tad-Data u l-Informazzjoni tal-MCAST kollu; Il-Librerija li se tinkludi fiha t-Taqsima tal-Għajnuna fit-Tagħlim, u issa wkoll id-Dipartiment għal-Innovazzjoni u l-Intraprenditorjal, u d-Dipartiment għal-Apprentistat u l- Work-Based Learning wara li l-MCAST ingħatat l-inkarigu li tmexxi ‘il quddiem dawn is-setturi importanti · L-inklużjoni ta’ aktar Flexible Teaching Areas; · Il-binjiet intenzjonati għat-tagħlim tal-inġinerija mekkanika u elettrika, kostruzzjoni u bini kif ukoll l-aspett marittimu ġew ikkonsolidati biex b’hekk joperaw aktar effiċjenti fi ħdan istitut wieħed; · Il-binja ddedikata għall-Amministrazzjoni ser tinżamm għal dan l-użu u l-post li kien oriġinarjament intenzjonat għal din l-attività ġie allokat għall - Istitut tal-Kommunikazzjoni u t-Teknoloġija. Dan għaliex inħass li għandha tingħata priorità lill-faċilitajiet għall-użu tal-istudenti. · L-Inklużjoni ta’ Residential Complex għall-istudenti. Ir-raġunijiet li rrikjedew dawn ir-reviżjonijiet kienu: · It-tibdil fid-demografija u tibdil fil-preferenzi tas-suġġetti li jagħżlu l-istudenti; · Iż-żieda fin-numru ta’ korsijiet offruti mill-MCAST; · Il-bżonn li jingħata priorità lill-faċilitajiet għall-istudenti kif spjegat fuq; · Id-deċiżjoni li l-Istitut tal-Arti u d-Disinn jibqa’ l-Mosta u li ċ-Ċentru tal-Agrikummerċ jibqa’ Ħal-Qormi u dawn is-siti jiġu inkorporati fil-proġett tal-Kampus il-ġdid tal-MCAST minħabba li dawn is-siti huma iktar idoneji għan-natura tal-korsijiet offruti f’dan l-istitut u ċentru; · Ir-reviżjoni fil-konfini tal-Kampus ta’ Kordin.

Kampus il-ġdid tal-MCAST — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23376, jista’ l-Ministru jagħti l-lista kompluta tal-kuntratti mogħtija, il-lista tal-kuntratturi mogħtija u lista tal-kuntratturi għax-xogħol kollu kkummissjonat fl-2015, filwaqt li jiddefinixxi jekk ix-xogħol kienx mogħti b’direct order jew b’tender?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Form 1 – suġġetti ta’ Design and Technology, Home Economics, Arti u Mużika

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23374, jista’ l-Ministru jippreżenta r-riċerka, il-metodu tal-assessjar u l-konklużjonijiet ta’ dan l-assessjar li wasslu biex jikkonkludi li l-esperjenza fit-tagħlim fis-suġġetti msemmija, kienet pożittiva?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali (2012) tana direzzjoni ċara dwar x’għandha tkun l-esperjenza kurrikulari, fid-diversi ċikli (Snin Bikrin, Primarja, Medja u Sekondarja) tal-Edukazzjoni obligatorja. Filwaqt li element ta’ speċjaliżazzjoni tajjeb li jibda fis-snin tas-Sekondarja, kien qiegħed jasal ċar il-messaġġ mill-Iskejjel li fiż-żmien tat-tranżizzjoni mill-Primarja għas-Sekondarja l-għażla li kienet qed issir mill-istudenti kienet qed tkun waħda arbitrarja li minnha mhux neċessarjament kien qed jinġabar il-frott mixtieq. Għaldaqstant il-fatt li b’dan l-arranġament l-istudenti kollha qed jiġu esposti għall-istess oqsma ta’ tagħlim hekk kif rifless fl-istess Qafas Nazzjonali, qed jiggarantixxi opportunitajiet indaqs lill-istudenti kollha. Id-deċiżjoni li Home Economics, Arti, Mużika u Design and Technology ikunu assessjati biss b’mod kontinwu kienet u għadha maħsuba biex l-istudenti jitħallew jesperjenzaw dawn is-suġġetti mingħajr ma tiżdied il-pressjoni tal-eżami qabel ma tkun saret għażla. Filfatt dawk li jagħżlu wieħed minn dawn is-suġġetti, fit-tielet sena tas-Sekondarja jkunu jridu jibdew jiġu assessjati sew b’mod kontinwu kif ukoll b’mod summattiv (eżami) bħal f’suġġetti oħra. Ser tkun l-esperjenza tal-istudenti li telgħin fit-tielet sena fis-sena skolastika li jmiss li ser tgħallimna jekk din l-opportunità tagħtix il-frott mixtieq. Sal-lum il-messaġġ li qed jasal dwar dan l-arranġament huwa wieħed pożittiv, iżda jkun jista’ jiġi riċerkat aħjar wara s-sena skolastika li ġejja.

Ethics Education

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23373, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti t-taħriġ imsemmi, kemm-il għalliem/a ngħataw taħriġ, mil-liema skejjel u kemm-il student qed isegwi l-Ethics Education?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – xogħlijiet ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mid-Direttorati/Entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, il-kumpanija indikata separatament mill-Onor. Interpellant, fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija, ngħatat dan ix-xogħol: Ministeru tal-Edukazzjoni Sena x'kien ix-xogħol mogħti kemm kienet l-ispiża direct order/tender 2011 Reviżjoni tar-regolamenti tal-English Language Teaching Council għall-bord ta' moniteraġġ tal-EFL €1,770.00 Direct order MCAST Sena x'kien ix-xogħol mogħti kemm kienet l-ispiża direct order/tender 2008 Consultancy €472 Direct order Malta Racing Club Sena x'kien ix-xogħol mogħti kemm kienet l-ispiża direct order/tender 2001 Parir legali €341.63 Direct order

ETC – koordinazzjoni mal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – xogħol għall-persuni li joħorġu mill-ħabs

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, jikkoordina mal-Awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin biex il-persuni li joħorġu mill-istess faċilità jkollhom il-possibilità li jsibu xogħol malajr kemm jista' jkun wara li jkunu ħarġu mill-Faċilità?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) toffri servizz ta’ laqgħat ta’ informazzjoni fuq bażi individwali fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ma dawk li jridu jkunu infurmati dwar is-servizzi li l-Korporazzjoni toffri lil min għandu xi żvantaġġ biex jidħol fid-dinja tax-xogħol. Dawn il-laqgħat isiru darba fix-xahar. Wara li tiġi skontata s-sentenza, wieħed jista’ jibbenefika mill-iskema tal-‘Bridging the Gap’, offruta mill-istess Korporazzjoni. L-għan ta’ din l-iskema hu li tipprovdi perjodu ta’ prova fuq il-post tax-xogħol permezz ta’ ftehim mas-sid u l-Korporazzjoni, fejn il-persuna takkwista l-ħiliet neċessarji għal xogħol partikulari filwaqt li tirċievi allowance ta’ 80% tal-paga minima fil-ġimgħa.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — membri ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif li ngħatajt bi tweġiba għal din il-mistoqsija huwa kif muri fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li l-informazzjoni dwar l-iStudents Maintenance Grants Board ma tistax tingħata għalissa peress li d-dokumentazzjoni neċessarja tifforma parti minn investigazzjoni li tinsab għaddejja.

Employers — kategoriji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down ta’ kemm hawn employers f’pajjiżna li jħaddmu n-numru ta’ nies fil-kategoriji kif murija hawn isfel, fuq bażi ta’ full-time: a. inqas minn 3 ħaddiema; b. bejn 3 u 5 ħaddiema; c. bejn 6 u 10 ħaddiema; d. bejn 11 u 15-il ħaddiem; e. bejn 16 u 25 ħaddiem; f. bejn 26 u 50 ħaddiem; g. bejn 51 u 70 ħaddiem; h. bejn 71 u 100 ħaddiem; i. bejn 101 u 150 ħaddiem; j. bejn 151 u 250 ħaddiem; k. bejn 251 u 500 ħaddiem; l. bejn 501 u 750 ħaddiem; m. bejn 751 u 1000 ħaddiem; n. bejn 1001 u 1500 ħaddiem u o. ‘il fuq minn 1501 ħaddiem?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mogħtija hawn taħt turi kemm hawn employers fis-settur privat f’pajjiżna li jħaddmu n-numru ta’ nies fil-kategoriji murija fil-mistoqsija fuq bażi ta’ full-time fl-aħħar ta’ Settembru 2015. Kategoriji / Settur Numru ta’ organizzazzjonijiet fis-Settur Privat inqas minn 3 ħaddiema 23,869 bejn 3 u 5 ħaddiema 2,905 bejn 6 u 10 ħaddiema 1,296 bejn 11 u 15-il ħaddiem 526 bejn 16 u 25 ħaddiem 456 bejn 26 u 50 ħaddiem 355 bejn 51 u 70 ħaddiem 111 bejn 71 u 100 ħaddiem 91 bejn 101 u 150 ħaddiem 63 bejn 151 u 250 ħaddiem 50 bejn 251 u 500 ħaddiem 25 bejn 501 u 750 ħaddiem 9 bejn 751 u 1000 ħaddiem 3 bejn 1001 u 1500 ħaddiem 2 ‘il fuq minn 1501 ħaddiem 2 Total 29,763

Taħriġ lill-għalliema dwar l-użu tat-tablets

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’taħriġ ingħataw u/jew se jingħataw l-għalliema dwar l-użu tat-tablets?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-għalliema li hu maħsub li jkunu qed jgħallmu l-Klassi tar-Raba’ Sena ġew imsejħa għall-ewwel darba għat-taħriġ ta’ kull sena f’Settembru 2015. Dawn tħarrġu fuq il-pedagoġija u l-filosofija wara tgħalim1:1 bit-teknoloġija. Tqassam ktieb lil kull għalliem dwar l-użu tat-tablet fil-klassi u matul is-sena sa Ġunju 2016 se jiġu ppruvati xi lezzjonijiet bit-tablets fil-klassi. Se jingħata kors onlajn b’xejn għal min irid (biex nibqgħu fil-parametri ta’ numru ta’ sigħat għat-taħriġ kif maqbul bejn il-Gvern u l-MUT) dwar l-użu tat-tablets filwaqt li f’Lulju 2016 l-għalliema li se jkunu qed jgħallmu r-Raba’ Sena se jerġgħu jissejħu biex din id-darba jaraw kif jużaw it-tablet fil-klassi bis-software tal-classroom management u s-software tal-qari supplimentari. Taħriġ ieħor jitkompla onlajn għal min ikun irid jestendi l-għarfien tiegħu ta’ kif tagħmel l-aħjar użu mit-teknoloġija fil-klassi.

Introduzzjoni tat-tablets – ħidma amministrattiva addizzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min se jieħu ħsieb tal-ħidma amministrattiva addizzjonali li kull skola se tiffaċċja bl-introduzzjoni tat-tablets? Jista’ l-Ministru jagħti garanzija li din il-ħidma amministrattiva mhux se taqa’ fuq l-għalliema għad-detriment tal-ħin ta’ preparazzjoni u tagħlim?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-amministrazzjoni tat-tablets m’għandhiex titqies bħala xogħol addizzjonali imma bħala parti mill-ħidma biex il-proġett ikun suċċess għax it-tablets jintużaw bl-aħjar mod possibbli. Il-Proġett Pilota tal-One Tablet Per Child wera li l-għalliema fil-klassi għandhom jikkonċentraw fuq il-pedagoġija u l-kontenut u jħallu xogħol amministrattiv u tekniku jsir barra mill-klassi. Għalhekk se jsiru diskussjonijiet mal-Malta Union of Teachers, li diġà kienet parti mill-iSteering Committee tal-Proġett Pilota u issa hija rappreżentata f’working group tal-pedagoġija fl-istess Proġett, sabiex dan ix-xogħol ma jfixkilx il-ħidma tal-għalliema u l-istudenti. Is-sieħeb mill-industrija li se jintagħżel fil-proċess tat-tenders biex jipprovdi l-hardware u s-software se jkollu jipprovdi parti mill-ħidma amministrattiva meħtieġa u mhux biss dik teknika.

Użu tat-tablet – pjan ta’ implimentazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan ta’ implimentazzjoni għall-użu tat-tablet u t-titjib fit-tagħlim (teaching and learning)? X’indikaturi se juża l-Gvern biex ikejjel is-suċċess ta’ din l-inizjattiva?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li peress li l-One Tablet Per Child huwa allineat mal-iStrategija Nazzjonali tal-Litteriżmu pubblikata fl-2014, it-titjib fit-tagħlim mistenni jkun prinċiparjament fil-qari, il-kitba, il-matematika u l-litteriżmu diġitali. Il-pjan ta’ implimentazzjoni jaħseb biex it-tablets jingħataw għall-ewwel darba lill-istudenti kollha tar-Raba’ Sena l-iSkejjel tal-iStat, tal-Knisja u Indipendenti fil-bidu tas-sena skolastika 2016/2017. L-istudenti mistennija jżommu t-tablet anke meta jitilgħu fil-Ħames u s-Sitt Sena. L-għalliema tar-Raba’ Sena diġà bdew jirċievu t-taħriġ tagħhom u dawk tal-Ħames u s-Sitt Sena, flimkien mal-LSAs, Uffiċjali Edukattivi, Kapijiet ta’ Skejjel, Assistenti Kapijiet se jirċievu t-taħriġ skont skeda mqassma fuq tliet snin. L-għalliema u l-istudenti se jkollhom f’idejhom tablet li fiha se jkun hemm software li jżomm it-tablet żgura u protetta kemm fiżikament u kemm bħala kontenut, kif ukoll apps u kontenut edukattiv speċjalizzat fil-litteriżmu. Madankollu l-għalliema se jkunu liberi li jużaw it-tablet anke f’suġġetti oħra skont il-ħtieġa. L-indikaturi li se jintużaw biex jitkejjel is-suċċess tal-Proġett huma kemm l-istudenti jaqraw iktar u aħjar. Il-kejl se jsir pemezz ta’ software apposta, li bħalu diġà intuża waqt il-proġett pilota, li se jinxtara u jkun installat fuq it-tablets. Fuq medda itwal ta’ żmien, il-One Tablet Per Child għandu jikkontribwixxi biex l-istudenti jitgħallmu aħjar u jkunu jixtiequ jkomplu jistudjaw wara li jagħlqu s-16-il sena. B’hekk ikompli jonqos l-early school leaving f’pajjiżna, li hija waħda mill-miri ta’ Malta fl-istrateġija Europe 2020 tal-Kummissjoni Ewropea.

Użu tat-tablets – titjib fil-litteriżmu

Question

Peress li l-Gvern kien speċifikament rabat l-użu tat-tablets mat-titjib fil-litteriżmu, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet biex dan iseħħ, u x’indikaturi se juża biex ikejjel kemm tjieb il-livell ta’ litteriżmu permezz tal-użu tat-tablets?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kull software (erba’ tipi ġenerali: qari, coding, kitba kreattiva, għerf ġenerali) li hu mitlub fit-tender se jkollu mezz ta’ traċċar ta’ fejn kien l-istudent fil-bidu tas-sena u xi progress qiegħed jagħmel matul is-sena. Dan biex inkunu nistgħu nindirizzaw tagħlim differenzjat. L-indikaturi huma dawk mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23554.

Użu tat-tablets – titjib fil-litteriżmu

Question

Peress li l-Gvern kien speċifikement rabat l-użu tat-tablets mat-titjib fil-litteriżmu, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux lest jikkommetti ruħu għal evalwazzjoni indipendenti u esperta kif għamel fir-rigward tal-inklużjoni wara perijodu definit, biex il-pubbliku jkun infurmat dwar kemm din l-inizjattiva tejbet it-tagħlim u l-litteriżmu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Proġett Pilota tal-One Tablet Per Child jinkludi fih riċerka indipendenti li saret minn akkademiċi u studenti mill-Fakultà tal-Edukazzjoni, l-Istitut għall-Litteriżmu u l-Fakultà tal-ICT tal-Università ta’ Malta, kif ukoll rapport tekniku mill-MITA. Bl-istess mod, riċerka serja, professjonali indipendenti dwar l-andament tal-Proġett wara li jkun varat fuq livell nazzjonali tkun importanti biex naraw li inizjattiva ta’ dan id-daqs u b’għanijiet daqshekk importanti għall-edukazzjoni ta’ wliedna tħalli l-frott mixtieq. Evalwazzjoni serja għandha dejjem issir f’qafas ippjanat sew, marbuta ma’ attivitajiet oħra, ħalli t-tagħlim fil-klassi jsir bla tensjoni miżjuda u bl-inqas inkonvinjent għall-għalliema.

Direttorat tal-Edukazzjoni – parkeġġi riżervati għal uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u min huma l-uffiċjali fid-Direttorat tal-Edukazzjoni li għandhom parkeġġ riżervat fiż-żona tal-istess Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm sbatax (17)-il uffiċjal mid-Direttorat tal-Edukazzjoni li għandhom parkeġġ riżervat fiz-zona tal-istess Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, il-Floriana. L-uffiċjali li għandhom parkeġġ riżervat huma: Direttur Ġenerali Servizzi Edukattivi Direttur Ġenerali għal-Kwalita` u Standards fl-Edukazjoni Direttur Ġenerali tal-Operat Chief Information Officer (għall-Ministeru) Chief Information Officer (għall-iSkejjel) Direttur Curriculum Management Direttur E-Leaning Direttur Quality Assurance Direttur Education Resources Direttur Lifelong Learning & Early School Leavers Direttur Student Services Direttur Finance & Administration Direttur Human Resources Head Education Logistics & Support Head Migrant Education and Customer Support Direttur EU & International Affairs, Research & Policy Development Direttur Programme Implementation

Kotba ġodda mixtrija għal-libreriji pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew mixtrija kotba ġodda tul is-sena li għaddiet 2015 għal-libreriji pubbliċi u jista’ jindika dettaljatament b’liema lingwa huma?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub, inkluż il-kotba li nxtraw fl-2015 u li ntbagħtu fil-libreriji reġjonali (bi sfond isfar), huwa kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

FTS – applikazzjoni quddiem il-MEPA

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23460 dwar l-applikazzjoni PA 283/16, billi din l-applikazzjoni titkellem dwar twaqqiegħ ta’ xi bini eżistenti, u tħaffir sa fond ta’ 2.7 metri, jista’ l-Ministru jqiegħed kopja tal-pjanti sottomessi lill-MEPA, fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-pjanti li ġew sottomessi l-MEPA dwar l-applikazzjoni PA 283/16 qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.