Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #192 Sitting 363 2000-09-18 Written · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Triq St Francis - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jara fiex waslet l-estensjoni tad-drenaġġ fi Triq St Francis, Wied il-Għajn, li issa ilha pendenti għal snin twal, minkejja li f'din it-triq hemm diversi residenti? Possibbli li l-Ministru, jew min hu inkarigat, jara li dan ix-xogħol isir wara diversi snin li ilhom jitħabbtu l-familji residenti f'din it-triq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dan ix-xogħol se jibda l-ġimgħa d-dieħla.
Leg 9 PQ #204 Sitting 363 2000-09-18 Written · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Trab iswed

Question

Jista' l-Ministru jiċċara meta ħiereġ l-analiżi ta' l-inspection fir-rigward tat-trab iswed li qed joħloq inkonvenjent kbir lin-naħa ta' isfel ta' Malta peress li ħafna ħadu l-impressjoni li dan se jkun lest fl-aħħar ta' Lulju, 2000?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li r-rapport imsemmi hu mistenni li jkun ippreżentat sa l-aħħar ta' Settembru 2000.
Leg 9 PQ #18367 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Safar

Question

Jista' l-Ministru jinformana f'liema dati matul is-sena 1999 u s-sena 2000 kien imsiefer fuq xogħol ministerjali? Jista' jgħid ukoll kemm kienu l-persuni li kienu jifformaw kull delegazzjoni u x'kien l-għan taż-żjara u x'kienu r-riżultati ta' kull żjara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: Dates Destination No. of Purpose of Visit Results Achieved From To Persons in Delegation ______________________________________________________________________ 17.01.99 24.01.99 China 6 Official Co-operation on various Discussions with Chinese fields was discussed and officials it was agreed to consider the building of a Chinese garden in Malta. 01.05.99 08.05.99 USA 2 Trade Mission American investment in Malta was discussed. As a result, one company has already set up shop in Malta. 25.11.99 28.11.99 Brussels 4 Working EU candidate countries 5th informal meeting discussed with the EU between the EU Commissioner the accession Commissioner responsible process with regard to the for Environment and the environmental acquis. Ministers of Environment of the candidate countries 19.03.00 23.03.00 Amsterdam 3 Conference Participants agreed on the Conference on long-term vision for action for the vision on water, life and Mediterranean region as environment. regards water security. 03.05.00 07.05.00 Slovakia 3 Working EU Accession Countries met Informal meeting of the to exchange information and Environment Ministers to coordinate their approach from Accession Countries on current issues of common interest in the environmental enlargement process. 28.05.00 01.06.00 Sweden 3 Conference Participants contributed towards First Global Ministerial the finalisation of a plan of Environment Forum action for UNEP. 17.06.00 21.06.00 Budapest 3 Working At this meeting Malta signed Ministerial consultation the Charter of the Regional on Environment Environment Centre enabling Policy-making it to participate in the work of the Centre which is assisting EU Candidate countries in their membership process.
Leg 9 PQ #18751 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island/Tigne'

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 18453?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #18763 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island u Tigne' — Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18545?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li tħallas jew ser jitħallas kumpens lid-ditti kummerċjali li ġew/jew ser jiġu mċaqilqa minn Manoel Island u Tigne' minħabba dan il-proġett kif ġej: Water Services Corporation Lm134,000 Phoenicia Glassblowers Limited Lm375,000 Noel Turner (Tower Bar) Lm 31,000 Cristiano Bros. Lm 70,000 Freeport (biex isir xogħol ta' pavimentar għall-ħtiġijiet tal-Medserv) Lm 82,789 Għad irid jintlaħaq ftehim dwar id-ditta Arrowboats Limited. Ingħata post alternattiv lil China Harbour Works Engineering Limited u Dive Systems Limited. Ser jingħataw ukoll garaxxijiet alternattivi lis-Sinjuri Anthony Rodo/Paul Sammut/Anthony Formosa.
Leg 9 PQ #18806 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Isla — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għad-domanda parlamentari numru 17100, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk l-mina magħrufa bħala ta' Sant'Anna ġewwa l-belt Sengleana tiġi mnaddfa u rranġata għall-istat oriġinali tagħha billi jitqaxxru l-ħitan u jerġa' jinżel fejn kien il-livell tat-triq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera se jieħu ħsieb li jsir ir-restawr meħtieġ lin-niċċa u li jagħti dehra aħjar lill-mina ta' Sant'Anna. Qegħdin isiru l-preparamenti meħtieġa.
Leg 9 PQ #18900 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Ambjent

SMAP — Parteċipazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal parteċipazzjoni fil-programm SMAP (Short and Medium Term Environment Action Programme) ta' l-UE għal proġetti ta' protezzjoni ta' l-ambjent?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministeru għall-Ambjent għadu ma rċieva l-ebda applikazzjonijiet biex ikunu kkunsidrati għall-parteċipazzjoni fil-programm reġjonali SMAP. Il-Kummissjoni Ewropea ippubblikat din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (SCRE/111206/C/G) fis-7 ta' Lulju 2000. Id-data ta' l-għeluq għas-sottomissjonijiet hija nhar it-Tnejn 23 ta' Ottubru 2000. Il-Ministeru għall-Ambjent kiteb lil diversi entitajiet kemm governattivi kif ukoll mhux governattivi fuq din is-sejħa biex iħeġġiġhom jagħmlu l-proposti tagħhom. Bħalissa jidher li hemm interess qawwi fil-programm min-naħa tal-Kunsilli Lokali u wkoll min-naħa ta' entitajiet mhux governattivi u ambjentali.
Leg 9 PQ #18920 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Żabbar — Triq Lia - Drenaġġ

Question

Peress li nstabet ħsara estensiva fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq Lia, Ħaż-Żabbar, jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol biex jieqaf dan is-seepage?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-tender għal dan ix-xogħol hija WD 204/97/2. Ix-xogħol għandu jinbeda wara li tiġi ppubblikata t-tender.
Leg 9 PQ #18922 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Żabbar — Triq San Ġużepp - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux talbiet għal xogħol fuq mains tad-drenaġġ fi Triq San Ġużepp, Ħaż-Żabbar? Jekk iva, meta hu maħsub li jinbeba x-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress illi fit-triq imsemmija diġa hemm sistema tad-drenaġġ bil-mini (galleries) u hemm parti wkoll "surface main", nissuġġerixxi l-Onorevoli Interpellant jispeċifika eżatt permezz ta' site plan, il-parti li għaliha qed jirreferi. Ma jidhirx li kien hemm talbiet pendenti biex isir id-drenaġġ f'din it-triq.
Leg 9 PQ #18278 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island/Tigne' — Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk waqt ix-xogħol tal-proġetti u anke wara ta' Manoel Island u Tigne', il-postijiet imsemmija humiex se jingħalqu għal aċċess għal pubbliku?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-klawsola numru 15.1 tal-kuntratt kif ġie approvat minn dan il-Parlament.
Leg 9 PQ #18300 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Taqsima tax-Xogħlijiet — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tat-Taqsima tax-Xogħlijiet u partikolarment tad-Dipartment ta' l-Inġinerija u Bini ta' l-istess taqsima meta dawn saru jafu li s-servizzi tagħhom m'għadhomx aktar ikkonsidrati validi mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni peress li jidher li tqabbdet enti governattiva oħra biex tieħu ħsieb il-bini ta' skola sekondarja ġdida għas-subin fin-Naħa t'Isfel ta' Malta? Jista' għaldaqstant il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-ministeru tiegħu u mill-entitajiet imsemmija biex tali aġir ma jkomplix?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #18594 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18227?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li mal-Ministeru għall-Ambjent hawn entita' waħda minn dawk imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari. Din hija l-Building Industry Consultative Council magħrufa bħala BICC, li twaqqfet fit-3 ta' Novembru 1997 permezz tar-Riżoluzzjoni Parlamentari numru 74. Is-salarju taċ-Chairman hu ta' Lm7,534. u huwa pprovdut b'karozza fully expensed u telefon ċellulari. Iċ-Chairman serva bħala perit mal-Gvern bejn is-6 ta' Novembru 1998 u l-15 ta' Novembru 1998.
Leg 9 PQ #18598 Sitting 361 2000-07-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18095?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: Konsulent Qasam Ħlasijiet Fringe Impjegati Benefits/ mal-Gvern Impjegat mal-Gvern --------------------------------------- ----------------------------------- Joseph Mallia Dipartiment Lm4,456 Karozza Iva għall-Ħarsien tal-kiri ta' l-Ambjent u s-servizz tat-telefon li jinkludi mobile phone Anthony Mallia Dipartiment Salary Scale 5 Allowance ta' / għall-Ħarsien Lm50. fix-xahar ta' l-Ambjent Saviour Balzan Ambjent Lm4,520. / / John Micallef Kooperattiva Lm10,000. / / ta' l-Indafa Dr Kevin Aquilina Unjoni Għad trid tiġi / / LL.D. Ewropeja determinata J.M. Borg Konsulenza fuq Lm2,500. / / Occupational Health & Safety MVA (UK) Konsulenza li GBP9,015 u / / jinkludi xogħol Lm100(spejjeż) ta' survey Cassar,Grech & Konsulenza li Lm174,000 / / Ebejer,KOCKS Gmbh tal-Master Plan tad-drenaġġ għat-Tramuntana ta' Malta Cassar,Grech & Konsulenza li Lm280,000 / / Ebejer,KOCKS Gmbh tal-Master Plan tad-drenaġġ għan-Nofs in-Nhar Malta AIS Environmental Konsulenza biex Lm47,250 / / Ltd. jitħejjew studji ta' l-impatt ambjentali b'konnessjoni mal- Implimentazzjoni tal-Master Plan tad-drenaġġ Dorsh Consult Project Lm608,000 / / Management tal-Master Plan tad-drenaġġ COWI Consult Disinn finali Lm35,600 / / ta' l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ fit-Tramuntana u Għawdex England & England Rehabilitation of 7% tal-valur / / St James Cavalier tax-xogħol Perit Michael Rehabilitation of Lm1,500 / / Ellul St James Cavalier fis-sena M&E Consulting Rehabilitation of 4.5% tal-valur / / Services St James Cavalier tax-xogħol Camilleri & Rehabilitation of 3% tal-valur / / Cuschieri St James Cavalier tax-xogħol Theatre Projects Rehabilitation of Ibbażat fuq / / Consultants St James Cavalier spejjeż u n-numru ta' sigħat B.D. Atherson Rehabilitation of Lm1,540 / / Associates St James Cavalier Architecture Rehabilitation 9.5% tal-valur / / Project Project tax-xogħol Architecture Rehabilitation 5% tal-valur / / Project Project tax-xogħol Ing. Paul Meilak Rehabilitation 4%-6% tal-valur / / Project tax-xogħol Frank Franjue Rehabilitation (FF80,000) / / Project
Leg 9 PQ #18584 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Ghajn — Papri

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni qed jitneħħew il-papri mill-post magħruf bħala Il-Magħluq, Wied il-Għajn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18551 (Seduta 357).
Leg 9 PQ #18585 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Mosta - Triq il-Fdalijiet Preistoriċi

Question

Jista' l-Minstru jieħu passi immedjati biex tiġi solvuta problema, li ilha sejra għal dawn l-aħħar seba' xhur, fejn il-kantina ta' nru 36 Triq il-Fdalijiet Preistoriċi, Mosta ilha tfawwar bid-drenaġġ? Diġa' ġi stabilit illi l-problema qed tinħoloq billi d-drenaġġ qed jiżbroffa għall-kantina imsemmija u din hi problema li qed toħloq tehdidda għas-saħħa tar-residenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-tender għat-tiswija ta' dawn il-katusi nħareġ. Bħalissa qiegħed għall-pubblikazzjoni u jagħlaq fit-8 ta' Awissu 2000. Ix-xogħol isir minnufih wara li jintgħażel il-kuntrattur.
Leg 9 PQ #18606 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17301 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-Ministeru tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: Dipartiment/Entita Avukati Ħlas -------------------------------------------- ------------- BICC Dr Martin Fenech Lm 900. (jitħallsu darba meta jkun konkluż ir-rapport u approvat mill-bord) BICC Dr Richard Sladden Lm 68. (tħallsu darba) Segretarju Permanenti Dr Kevin Aquilina Għad irid ikun determinat. B.C.I.D. Dr Vanni Bruno Lm 1,840.
Leg 9 PQ #18654 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Kalkara — Kappella

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu sabiex il-kappella magħrufa bħala tas-Salvatur ġewwa l-Kalkara tiġi debitament restawrata kif jixraq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera kien ikkomissjona studju dwar din il-kappella u dwar ir-restawr tagħha. Bħala konsegwenza ta' dan l-istudju saret applikazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li kienet approvata. Kien hemm imbagħad diskussjonijiet mal-Kurja dwar dan il-proġett u kien iffirmat ftehim li bih il-Kurja aċċettat li l-kappella tkun restawrata mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent sakemm din tgħaddi lura għand il-Knisja. Dan il-Proġett issa talab lill-Unit għar-Restawr biex jipprepara t-tender għal dan ix-xogħol. Dan il-proġett għandu jkun wieħed minn dawk ewlenin għas-sentejn li ġejjin.
Leg 9 PQ #18583 Sitting 358 2000-07-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Għaxaq — Triq il-Tellerita - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir is-sistema tad-drenaġġ fi Triq Tellerita, Ħal Għaxaq peress li għal ħafna snin din it-triq ilha kważi mibnija kollha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dan ix-xogħol jinkludi taħfir ta' main twil, bini ta' pumping station ġdida u taħfir għal 'rising main'. Għalkemm stima eżatta għad ma nħadmitx, madankollu nifhem li din tlaħħaq madwar Lm100,000. Diġa' ntalab 'easement' ta' l-art u qed tiġi ppreparata l-pjanta għall-esporprjazzjoni ta' l-art fejn ġejja l-pumping station. Meta dawn ikunu lesti inkunu nistgħu nistabbilixxu jekk dan il-'main' isirx wara, li nevalwaw prijoritajiet oħra.
Leg 9 PQ #18455 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Attard — Mdina Rd - Relief main

Question

Jista' l-Ministru jikkumenta dwar il-każ tar-relief main ġdid fl-Imdina Road, Ħ'Attard,il-parti ta' fejn l-Isptar Mount Carmel fejn minkejja li l-esperti Ġermaniżi mqabbdin mid-dipartiment tad-drenaġġ ma approvawx ix-xogħol, xorta waħda t-trinka ġiet mirduma?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nikkonferma li parti mix-xogħlijiet indikati fil-Mistoqsija Parlamentari ma ġewx approvati mill-esperti Ġermaniżi. Il-kuntrattur intalab jirrimedja n-nuqqassijiet li kellu. Dan sar għall-ispejjeż tiegħu u wara li x-xogħlijiet ġew approvati mill-istess konsulenti Ġermaniżi, t-trinka ġiet mirduma.
Leg 9 PQ #18545 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island u Tigne` — Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas kumpens lid-ditti kummerċjali li ġew u/jew ser jiġu mċaqilqa minn Manoel Island u Tigne` minħabba dan il-proġett? Jista' jagħti lista komprensiva tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.