Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24570 Sitting 527 2001-04-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

BIS

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-raħħala u l-biċċiera privati ma ġewx imħallsa l-flus dovuti lilhom tal-BIS sa' minn April tas-sena l-oħra? Kemm fil-fatt jammontaw dawn il-pagamenti sal-ġurnata ta' llum? Jista' jara li se jitħallsu bla aktar telf ta' żmien lir-raħħala u l-biċċiera privati sabiex dawn jtaffu ftit mill-ispejjes kbar li għandhom kawza ta' l-effetti kawżat mill-marda tal-BSE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #24913 Sitting 527 2001-04-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Skimmed Milk Powder

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li meta hemm diversi anzjani li għadhom lanqas ħadu l-iskimmed milk powder ta' Marzu, u minkejja avviż li dan ser jibqa' jkun in supply bil-prezz attwali sas-6 ta' April 2001, min mar biex jinqeda nhar id-29 ta' Marzu 2001 sab li kien out of stock?

Response (ZAMMIT, NINU)

It-trab tal-ħalib li kien jinbiegħ mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kien jiddependi minn konsenji li jiġu impurtati minn barra l-pajjiż. Ninsab infurmat illi kien hemm xi dewmien fil-provista tal-ħalib tat-trab minn barra. Infakkar li t-trab tal-ħalib li jinbiegħ mill-outlet tal-Belt ta' l-Agrikoltura mhux sussidjat u li l-istess tip ta' prodott jinsab għall-bejgħ minn diversi ħwienet.
Leg 9 PQ #24564 Sitting 526 2001-04-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mobile Phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' mobile phones li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd matul l-1999 u 2000? Kemm kienet l-ispiża tagħhom globali kull sena separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fl-1999 u 2000 intużaw 8 mobile phones. Fl-aħħar tas-sena 2000 inxtraw 2 minnhom. 1999 - Lm 3,694.26 2000 - Lm 3,360.10* * Inkluż ix-xiri taż-żewġ settijiet ġodda.
Leg 9 PQ #24739 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kottonera — Ċentru Sportiv

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 24303, fejn fit-tweġiba ma ntqal xejn li ħamrija kienet qed tiġi mormija fil-baħar, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-ministeru jew mid-dipartiment konċernat sabiex dan ma jomplix jiġri?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li qatt ma irriżulta li ħamrija tajba għal skop agrikolu intremiet fil-baħar.
Leg 9 PQ #24777 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib Xkumat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħalib xkumat mhux se jibqa' jiġi provdut mid-dipartiment mix-xahar id-dieħel? B'liema prezz kien qed jinbiegħ dan il-ħalib xkumat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-istqarrija għall-istampa maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni numru 427. Dan il-ħalib xkumat tat-trab kien jinbiegħ għal 80ċ il-kilo.
Leg 9 PQ #24802 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Skimmed Milk

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 24577 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' l-Ministru jikkonferma li s-servizz tax-xiri ta' l-iskimmed milk issa ser jispiċċa wkoll mill-aħħar ta' Marzu? X'kienet ir-raġuni li l-Gvern kellu jwaqqaf dan is-servizz, u jekk dan il-ħalib kienx qed ikun issussidjat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellanta għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24777.
Leg 9 PQ #24911 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kemmuna — Rimi ta' Skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li ħdejn/qrib ir-razzett tal-majjali f'Kemmuna qed jintrema skart li ġej minn diversi stabbilimenti li jospitaw nies mhux Maltin biss iżda anke barranin? Jekk veru jista' jieħu passi biex dan il-post tant qrib l-imsemmi razzett ma jkomplix jintuża bħala refuse dump?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi qed isiru diskussjonijiet sabiex jitneħħa dan l-isgombru.
Leg 9 PQ #24545 Sitting 524 2001-03-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Fid-dawl tal-konferma tal-Onor. Ministru ċioe li l-EU timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-kwota, dazju u/jew tariffa fuq il-prodott laħam abjad?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24541.
Leg 9 PQ #24546 Sitting 524 2001-03-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Fid-dawl tal-konferma tal-Onor. Ministru ċioe li l-EU timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-kwota, dazju u/jew tariffa fuq il-zokkor?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24541.
Leg 9 PQ #24547 Sitting 524 2001-03-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Fid-dawl tal-konferma tal-Onor. Ministru ċioe li l-EU timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-kwota, dazju u/jew tariffa fuq l-għalf ta' l-industrija tat-tjur u l-bhejjem?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24541.
Leg 9 PQ #24541 Sitting 523 2001-03-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Fid-dawl tal-konferma tal-Onor. Ministru ċioe li l-EU timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-kwota, dazju u/jew tariffa fuq il-prodott New Zealand Lamb?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant żgur japprezza li dak mitlub minnu hi informazzjoni ġenerali li jista' jakkwistaha minn diversi sorsi fosthom it-TARIC. Kif bla dubju diġa' jaf, fuq materja ta' din ix-xorta Malta għad trid tinnegozja.
Leg 9 PQ #24542 Sitting 523 2001-03-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Fid-dawl tal-konferma tal-Onor. Ministru ċioe li l-EU timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-kwota, dazju u/jew tariffa fuq il-butir?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24541.
Leg 9 PQ #24543 Sitting 523 2001-03-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Fid-dawl tal-konferma tal-Onor. Ministru ċioe li l-EU timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-kwota, dazju u/jew tariffa fuq il-ġobon?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24541.
Leg 9 PQ #24544 Sitting 523 2001-03-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU

Question

Fid-dawl tal-konferma tal-Onor. Ministru ċioe li l-EU timponi kwoti, tariffi u/jew dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel u materja prima ta' l-ikel għall-pajjiżi membri kemm-il darba din tkun ġejja minn pajjiżi li ma jkunux membri, jista' l-Ministru jinfurmani kemm hija l-kwota, dazju u/jew tariffa fuq il-laħam aħmar?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24541.
Leg 9 PQ #24351 Sitting 522 2001-03-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Trobbija tat-Tiġieġ — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23761 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u cioe: jista' jgħid xi spezzjonijiet saru tul l-1999 u t-2000 biex jiġi żgurat li l-irziezet li qed irabbu t-tiġieġ qed jimxu skond avviż legali 156 ta' l-1989? Liema rziezet ġew spezzjonati? X'riżultati kien hemm wara dawn l-ispezzjonijiet, x'passi ttieħdu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #24507 Sitting 522 2001-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

BSE

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq il-bhejjem ta' Għawdex u ta' Malta għal-BSE minn Jannar l-hawn? Kemm minnhom saru barra min Maltau kemm saru f' Malta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-testijiet li saru sal-lum f'Malta u Għawdex kien ta' 105 test. Dawn it-testijiet kollha saru Malta.
Leg 9 PQ #24511 Sitting 522 2001-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Verdala — Golf Courses

Question

Fid-dawl ta' l-ilmenti li qed jasluli dwar il-golf courses tal-Verdala, jista' jinfurmani bil-pass li ttieħdu dwar dawn l-avviżi li qed jintbgħatu separatament? X'inhija l-posizzjoni llum tal-bdiewa u tal-ministeru?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-avviżi sottometti mill-Onor. Interpellant, jidhru li huma meħuda minn fuq l-Internet. Sal-lum, għadu ma nħareġ l-ebda permess għall-Golf Course mill-Planning Authority.
Leg 9 PQ #24502 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fruit Wholesalers

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk investigax l-ilmenti li kienu msemmija mill-wholesalers tal-frott f'Ta Qali fil-ġurnal l-orizzont ta' nhar l-erbgħa, 14 ta' Marzo f'paġna 10? Jista' jinfurmani x'passi ħa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Għalkemm il-post imsemmi qiegħed f'Ta' Qali, dan ma jagħmilx parti mill-Pitkalija Centrali. Il-Posti tal-frott huma mikrija direttament mid-Dipartiment tal-Artijiet lil dawn l-individwi. Bħala ġest ta' rieda tajba, u sabiex tinżamm kemm jista' jkun l-indafa f'dan il-post, id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura joffri servizz ta' industrial skips li jitbattlu kuljum. Inżid ngħid li ż-żamma ta’ l-indafa fil-post imsemmi hija r-responsabbilta tal-wholesalers.
Leg 9 PQ #24649 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fisheries

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux vera li d-Dipartiment tal-Fisheries mhux qed jagħmel transfers ta' opri tal-baħar ta' parti-time fisherman? Għaliex lanca ta' sajjied part time Għawdxi li nbiegħet lil sajjied part time Malti ma sarx it-transfer tagħha mill-fisheries bil-permessa li mhux qed isiru dawn it-trasferimenti? Jekk vera mhux qed isiru dawn it-trasferimenti x'nihi r-raġuni? Meta hu maħsub li jibdew issiru? Kemm hemm talbiet pendenti għal trasferimenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi transfers ta’ kull kategorija ta’ dgħajjes tas-sajd qiegħdin isiru, bid-differenza illi kull applikazzjoni għal transfer ma ssirx dak il-ħin stess kif kien isir qabel. Dan sabiex jiġu kkonfermati id-dettalji kollha mar-reġistru tal-bastimenti tas-sajd li qiegħed jiġi ffurmat fid-Dipartiment. F’dan l-istadju qiegħed isir tentattiv ukoll sabiex bastimenti li jaqbżu s-sitt metri jkunu rreġistrati fil-merchant shipping register jekk beħsiebhom jinnavigaw il-barra mill-ibħra territorjali kif hu mitlub minn Kapitolu 234 tal-‘Att dwar il-Bastimenti Merkantili’.
Leg 9 PQ #24495 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

GFCM

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 24185, jista' l-Ministru jgħid minn kien l-uffiċjal jew ta' lanqas jinfurmani jekk l-ilment li tressaq lili mis-sajjieda jirriżultax lill-Ministru wkoll?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24185 fejn diġa spjegajt kif taħdem is-sistema fuq kull miżura li tittieħed għall-konservazjoni tat-tonn. Dawn il-miżuri dejjem ikunu adottati mill-GFCM u mwettqa mill-membri kollha inkluża Malta. L-osservazzjoni ta' dawn il-miżuri jridu jsiru fl-ispirtu tad-doveri internazjonali, sabiex jitħarsu l-istocks tat-tonn u tkun garantita is-sostenibilita ta' dan is-sajd.