Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi tibdil strutturali fil-bini ta' l-ambaxxata l-ġdida Maltija fl-Awstralja ta' O'Malley f'Canberra?
Jekk fl-affermattiv jista' jgħid kemm intefqu flus biex twettaq dan ix-xogħol?
Jista' l-Ministru jgħid biex sar dan ix-xogħol strutrali kienx hemm il-permessi meħtieġa mil-awtoritajiet Awstraljani?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-irċevuti tal-ispejjeż li saru f'dan ir-rigward, il-pjanti u l-applikazjonijiet preżentati lill-Awtoritajiet Awstraljani biex jingħata permess biex ikun jista' jsir ix-xogħol u kopja tal-permessi biex seta jsir ix-xogħol?
Response (BORG, JOE)
Ir-risposta għall-ewwel parti hija fl-affermattiv. Ntefqu A$32,987.80 għax-xogħol ta' tibdil strutturali.
Ir-risposta għat-tielet parti tal-Mistoqsija hija fl-affermattiv. Ma narax il-ħtieġa li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba mill-Onorevoli Interpellant sakemm ma tingħatax raġuni għal din ir-rikjesta.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-bini ta' l-uffiċju il-qadim tal-High Commission tal-Awstralja li hemm ġo La' Perouse St. Red Hill Canberra? Jista' jgħid jekk dan il-bini inbihx jew għadux għal bejgħ? Jekk il-post huwa għal bejgħ, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux reklami f'dan ir-rigward u jekk saritx tabella mal-post li tindika dan? Jekk din il-propjeta għada ma' inbiegħetx, jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm dan?
Response (BORG, JOE)
Il-bini ta' l-uffiċċju l-qadim tal-Kummissjoni Għolja ta' Malta f'Canberra ser ikun għall-bejgħ u għal dan il-fini qed jiġi ppreparat tender document, li jinsab fi stadju avanzat ta' tħejjija. Għalhekk s'issa għadhom ma sarux reklami.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-parti tal-bini ta' fuq ta' l-Ambaxxata l-ġdida Maltija fl-Awstralja ta' O'Malley f'Canberra huwiex qed jintuża bħalha residenza minn xi individwi?
Jekk fl-affermattiv min qiegħed jgħix hemm u kemm titħallas kera f'dan ir-rigward?
Response (BORG, JOE)
Ir-risposta għall-ewwel parti tal-Mistoqsija hija fl-affermattiv. Ir-residenza hija okkupata mid-Deputat Kummissarju Għoli u l-familja tagħha. Ta' din l-akkomodazzjoni pprovduta mill-Gvern, l-uffiċċjal iħallas 25% tal-Global Emoluments kif stipulat fil-Conditions of Service for Officers Serving Overseas.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtratx xi għamara, appliances, ħwejjeġ tal-bjankerija u oġġetti oħra simili għall-bini tal-ambaxxata l-ġdida Maltija f'Canberra l-Awstralja matul din l-aħħar sena?
Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-ispejjeż u jpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra kopja tal-irċevuti tal-ispejjeż li saru f'dan ir-rigward?
Response (BORG, JOE)
Matul din l-aħħar sena nxtraw diversi oġġetti għall-bini ta' l-ambaxxata l-ġdida Maltija f'Canbera u għar-residenza tad-Deputat Kummissarju Għoli.
L-ispiża għax-xiri ta' dawn l-oġġetti kienet ta' AUD$9,378.80. Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed jintalbu kopji ta' l-irċevuti ta' l-ispejjeż, ma nara l-ebda skop li npoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek?
Kemm qed jitħallsu?
Response (BORG, JOE)
Il-konsulenti mhux legali mal-Ministeru u l-ħlas annwali tagħhom huwa kif ser jingħad:
Alfred Zarb
LM4,800
Henry de Gabriele
LM6,328 u
Car Allowance
ta' LM 1,250
Saviour Falzon
LM13,208
George N Busuttil
LM2,400
Saviour J Stellini
LM6,570
Antoinette Cutajar
LM7,416 iżda effettivament peress li qegħda sservi fl-Ambaxxata Maltija fi Brussell tirċievi
Global
Emoluments
li jammontaw għal EURO54,454
L-ispiża tal-mobile phones li tkopri sew il-Ministeru nnifsu, l-EU Directorate u l-Ambaxxati nklużi xiri, użu u spejjeż oħra konnessi mal-mobile phones kienet kif ser jingħad:
1997 - LM 5,928
1998 - LM 6,808
1999 - LM 17,257
2000 - LM 20,774
2001(Jan-Nov) - LM 18,694
Għar-rigward ta' l-MIC l-ispiża għas-sena 2000 kienet ta' LM 650 u għall perjodu minn Jannar sa Novembru 2001 l-ispiża kienet ta' LM 525. Għas-snin preċedenti, il-Mistoqsija mhix relevanti peress li l-MIC ma kienx għadu kostitwit.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi negozjat il-ħames protokoll finanzjarju ma l-Italja?
Response (BORG, JOE)
Nikkonferma illi n-negozjati dwar il-Ħames Protokoll Finanzjarju mal-Gvern Taljan li kienu bdew taħt l-amministrazzjoni Taljana preċedenti qed jitkomplew ma' l-amministrazzjoni preżenti.
Is-segwenti hija l-informazzjoni in konnessjoni ma' l-attivitajiet kulturali miżmuma f'Ġinevra matul il-Ġimgħa Maltija, mqassma fl-ordni tal-mistoqsijiet li għamel l-Onorevoli Interpellant:
(a) It-tnax-il artist li esibixxew ix-xogħolijiet tagħhom kienu s-sinjuri Caesar Attard, Norbert Francis Attard, Vince Briffa, Antoine Camilleri, Austin Camilleri, Pawl Carbonaro, Gabriel Caruana, Alfred Chircop, Marco Cremona, Anton Grech, John Grima u Joseph Saliba.
(b) Fir-rigward tal-artisti, ħames kritiċi lokali ta' l-arti (li ffurmaw il-Kumitat ta' Għażla) individwalment issottomettew lista f'ordni ta' meritu ta' artisti li jkunu addattati għall-wirja li kienet se tittella' f'Ġinevra. Il-ħames listi ġew sussegwentement ikkonsolidati f'waħda finali. Fir-rigward taż-żewġ baned li ħadu sehem, ittieħdet l-opportnita li dawn jiġu mistiedna li jagħtu kunċert fil-Palais des Nations u fiċ-Ċentru ta' Ginevra, waqt żjara li huma kienu qed jagħmlu l-Iżvizzera.
(c) Ir-repertorju ta' l-artisti u tal-baned li ħadu sehem huwa wieħed magħruf kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta.
(d) L-artisti huma kollha stabbiliti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-katalgu uffiċċjali stampat appositament għal din l-attivita' li jagħti tagħrif biografiku u informazzjoni oħra dwar kull wieħed minn dawn l-artisti.
(e) Il-ħames kritiċi li ffurmaw il-Kumitat ta' Għażla huma kollha esperti fix-xena lokali ta' l-Arti. Dawn huma s-sinjuri E.V. Borg, Joseph Camilleri, George Glanville, Dennis Vella u Kenneth Wain.
(f) Il-parteċipanti kollha offrew is-servizzi tagħhom mingħajr ħlas.
(g) L-uniċi spejjeż li għalihom il-Gvern huwa responsabbli in konnessjoni ma din l-attivita' kienu dawk għal Daily Subsistence Allowance għal tnejn minn nies li marru Ġinevra biex jarmaw u jżarmaw it-tagħmir ta' l-esibizzjoni, u biex jgħinu fl-amministrazzjoni ġenerali ta' l-attivita'. Hemm ukoll ħlas minimu lill-ħames kritiċi ta' l-arti bħala kumpens għax-xogħol li wettqu fil-proċess ta' l-għażla. L-ispejjeż l-oħrajn kollha tħallsu minn sponsors, kif elenkat fil-katalgu uffiċċjali li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
(h) Ix-xogħolijiet li ngħażlu ġew regalati mill-artisti gratis.
Malta gawdiet minn erba' protokolli finanzjarji f'għoxrin sena ta' kooperazzjoni bejn Malta u l-Italja, fil-perjodu ta' bejn l-1980 u s-sena 2000.
L-Ewwel Protokoll Finanzjarju kien ta' LM 33 miljun tul medda ta' ħames snin bejn l-1979 u l-1983. Dawn kienu jikkonsistu fi LM 28 miljun bħala għotja u LM 5 miljuni bħala self.
It-Tieni Protokoll kien ikopri l-perjodu bejn l-1987 u l-1990. Dan kien jammonta għal LM 47.5 miljuni tul medda ta' erba' snin u dawn kienu maqsuma f'LM 37.5 miljuni bħala għotja u LM 10 miljuni bħala self.
It-Tielet protokoll Finanzjarju kien jamonta għal LM 66 miljun li ngħataw tul medda ta' ħames snin bejn l-1990 u l-1994. Dawn kienu jikkonsistu fi LM 53 miljun bħala għotja biex jiġu ffinanzjati diversi proġetti u LM 13-il miljun bħala self. Barra minn hekk, l-Italja tat ukoll tliet patrol boats u żewġ helikopters biex jgħinu lil Malta tikkumbatti t-traffikar tad-droga.
Ir-Raba' Protokoll kien ikopri l-perjodu bejn l-1995 u s-sena 2000. Dan il-ftehim kien ipprovda Lm 60 miljun bħala għotja fuq perjodu ta' sitt snin għal għajnuna fi proġetti u tagħmir.
Peress li l-Protokolli jiġu amministrati mill-Ministeru tal-Finanzi, nirreferi l-Onorevoli Interpellant lill-Ministru konċernat, għal aktar dettalji ulterjuri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?
Response (BORG, JOE)
L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-kamra kemm intefqu flus mill-Malta EU Information Centre għall-ktejjeb li jispjega pass pass x'ħareġ minn negozjati dwar iċ-ċaqlieq ħieles bl-persuni? Kemm intefqu flus fil-pustaġġ?
Response (BORG, JOE)
L-ispiża sabiex jiġi stampat il-ktejjeb li jispjega pass pass x'ħareġ minn negozjati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-persuni hija kif jidher hawn taħt:
Xogħol ta'
artwork
LM 402.50
Stampar
LM 10996.00
Fondi pprovduti mill-Unjoni Ewropea
LM 7700.00
L-ispiża totali maħruġa mill-MIC għall-istampar kienet ta' LM 3698.50. L-ispiża għall-pustaġġ ta' dan il-ktejjeb laħqet is-somma ta' LM 5797.23
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u tal-materja prima l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il-pajjiżi membri ta' l-UE mill-Argentina? X'kundizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u tal-materja prima l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il-pajjiżi membri ta' l-UE mill-China? X'kundizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Dan l-aħħar tħabbar li diversi artisti ġew magħżula biex jippreżentaw lil Malta fil-Palais des Nations u fis-sede tal-World Intellectual Property Organisation (WIPO) f'Ginevra.
Jista' l-Ministru :
a) jgħid min huma t-12-il artist li ġew magħżula biex jesebixxu x-xogħolijiet tagħhom?
b) jgħid fuq liema kriterji ntgħażlu dawn il-baned u artisti.
c) jgħati dettalji tal-kontribut li l-artisti u l-baned magħżula biex jirrappreżentaw lil Malta taw lill-aspett kulturali Malti fil-passat
d) jelenka l-kwalifiċi akkademiċi ta' artisti magħżula fl-oqsma rispettivi tagħhom
e) jgħid min kienu l-membri tal-bord ta' l-għażla u jelenka l-kwalifiċi akkademiċi, u l-esperjenza li għandhom fid-diversi dixxiplini.
f) jgħid kemm ser jitħallsu l-artisti u l-baned magħżula
g) jagħti dettalji ta' kemm din l-inizjattiva ser tiġi tiswa
h) jgħid kemm ha tiġi tiswa kull biċċa xogħol ta' l-art li ser tiġi regalata?
Response (BORG, JOE)
B'referenza għall Mistoqsija Numru 30261, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u tal-materja prima l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il-pajjiżi membri ta' l-UE mill-Awstralja? X'kundizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u tal-materja prima l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il-pajjiżi membri ta' l-UE mill-Brażil? X'kundizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u tal-materja prima l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il-pajjiżi membri ta' l-UE mill-Amerika? X'kundizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u tal-materja prima l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il-pajjiżi membri ta' l-UE mill-New Zealand? X'kundizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?
Response (BORG, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm igwadanjat Malta mid-diversi protokolli li Malta kellha mal-Italja mill-1980 sal 2000 sena b'sena?
L-informazjoni tinkludi kemm detalji ta' resorsi finanzjarji (flus) kif ukoll trasferiment bejn Malta ta' resorsi oħra?
Jista' l-Ministru jinfurmani x'kontinwazzjoni ta' laqgħat saru ma' l-Awtoritajiet Libjani sabiex jkomplu jiġu żviluppati l-proġetti maħsuba fil-protokoll ta' kooperazzjoni fl-oqsma tal-Biedja u Sajd bejn Malta u l-Libja li kien sar fl-1997?
Response (BORG, JOE)
Peress li d-diskussjonijiet li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Membru jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd, nitlob li l-Mistoqsija ssir lill-Ministru konċernat.