Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ tal-persuna mill-Mosta, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qed jitlob għajnuna finanzjarja minħabba saħħtu, u dan kif jiġi deċiż mill-Bord, jiġi kemm jista' jkun konkluż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment, permezz ta' l-Uffiċċju Distretwali, ser jibgħat għall-persuna konċernata biex jara jekk għandux dritt għal xi tip ta' benefiċċju. 10.11.98

Sigurta Soċjali — Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni f'pajjiżna li jibbenefikaw mill-pensjoni bħala persuni b'diżabilita'? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel? Kemm minnhom huma taħt il-35 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni f'pajjiżna li jibbenefikaw mill-pensjoni bħala persuni b'diżabilita' huwa ta' 1,898. Minn dawn 873 huma nisa, filwaqt li l,025 huma irġiel. Persuna tikkwalifika għal din il-pensjoni meta tilħaq l-eta' ta' sittax-il sena, u f'każ ta' persuna li tbati minn nuqqas ta' dawl, ma l-eta' ta' erbatax-il sena. Għaldaqstant ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika ta' l-eta' tal-benefiċċjarji. 9.11.98

Ministru għal Politika Soċjali — Safar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il safra diġa' siefer mill-5 ta' Settembru 1998 s'issa? Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni? Min akkumpanjah għal kull safra? Kemm swiet kull safra? Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Membru li, mill-5 ta' Settembru 1998 s'issa, m'għamilt l-ebda safra fuq dmirijiet uffiċjali. 9.11.98

Furjana — Djar ta' l-anzjani

Question

Peress illi ntqal illi t-time frame ta' ftuħ ta' djar ta' l-anzjani fil-Furjana, hekk kif imfassal mill-Gvern Laburista, ma kienx se jintlaħaq, jista' l-Ministru jgħid x'azzjonijiet ġodda ttieħdu u jekk inbidilx il-kuntrattur sabiex jitħaffu l-affarijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għalkemm l-amministrazzjoni preċedenti kienet ippjanat il-ftuħ tad-Dar ta' l-Anzjani tal-Furjana f'April, 1999, kien jidher ċar li x-xogħol ta' kostruzzjoni waqa' lura bil-konsegwenza li żamm xogħol ta' kuntratturi oħra. Għalhekk inħass il-bżonn li jinbidel il-kuntrattur tal-ġebel. Dan il-proġett huwa kollu f'idejn il-'Welfare Committee'. Qiegħed isir kull sforz biex din id-Dar tinfetaħ mill-aktar fis possibbli. 9.11.98

Anzjani — Day Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu Day Centres għall-anzjani ġodda u jekk fl-affermattiv, kemm u fejn? Peress illi l-Kunsill Lokali ta' l-Imtarfa kien għamel talba sabiex Casa Notabile tiġi wżata bħala Day Centre, il-Ministru l-ġdid għandu ħsieb li jonora din it-talba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Iva, hemm il-ħsieb li jinfetħu tlett 'Day Centres' għall-Anzjani ġodda wara li jsiru d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali rispettivi. Il-Kunsill Lokali ta' l-Imtarfa ma jeżistix u għalhekk ma għamel l-ebda talba sabiex Casa Notabile tiġi użata bħala 'Day Centre' 9.11.98

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid għandux il-ħsieb li jikkonsidra każ gravi ta' persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, sabiex tingħata post alternattiv, peress li din il-persuna tinsab f'pożizzjoni kerha u għandha problemi kbar li jistgħu jwasslu għal separazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. 9.11.98

Impjiegi — Social workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna social workers f'pajjiżna u f'liema aġenzija jew entita' qegħdin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' 'Social Workers' li hemm f'dawk id-Dipartimenti u Aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huwa kif jidher hawn taħt: Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja - 33 Programm Ħidma Soċjali (SWDP) - 32 Sedqa - 11 Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani - 8 Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi - 1 Adult Training Centres - 2 Fil-każ tad-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja, tlett 'Social Support Workers' qegħdin 'on loan' mad-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani, żewġ 'Casual Welfare Officers' qegħdin 'on loan' fl-Isptar Monte Karmeli u ħamsa fl-Isptar San Luqa. Irrid inżid li l-Ministeru tiegħi għad m'għandux informazzjoni dwar in-numru ta' 'Social Workers' li hemm jaħdmu ma Dipartimenti oħra tal-Gvern u ma għaqdiet mhux Governattivi. 9.11.98

Djar — Akkomodazzjonijiet alternattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuni li isimhom qed jintbagħat taħt separate cover, se jiġu allokati fond alternattiv peress li dawn il-persuni għandhom żewġt itfal u spiċċaw fit-triq u peress li ma setgħux ilaħħqu mal-kera tal-fond li kienu jgħixu fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-persuni indikati fil-mistoqsija ġew allokati post ieħor f' Ġunju 1998. 9.11.98

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament se tiġi allokata fond alternattiv peress li din il-persuna tgħix ġewwa l-fond indikat li jinsab f'ħafna periklu peress illi x-xorok waqgħu u li tant hemm spejjeż li m'hemmx skop li jiġi rranġat? Jaf il-Ministru li din il-persuna hi separata u għandha tifel żgħir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata ġiet ikkanċellata peress li l-applikanta naqset li tirrispondi kwestjonnarju li ntbagħtilha. 9.11.98

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'opportunitajiet hemm li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, tiġi rikonoxxuta fil-fond indikat peress li din il-persuna ilha ħafna tgħix hemm ma' oħtha li llum ġiet allokata fond ieħor mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi dak li qed jitlob l-Onor. Interpellant ma jistax isir għax il-post li tiegħu qed titlob rikonoxximent il-persuna indikata mhux f'idejn il-Dipartiment. 9.11.98

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, se tiġi allokat fond alternattiv peress li l-fond fejn tgħix din il-persuna tant hu fi stat perikoluż li s-saqaf qed jaqa' fuq il-familja tagħha u l-gallerija se taqa' l-aħħar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment għall Akkomodazzjoni Soċjali. 9.11.98

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament se tiġi allokata fond alternattiv peress li din il-persuna ilha snin sħaħ tapplika għal fond peress li tinsab homeless? Jaf il-Ministru li kienu wegħduha xi proprjeta' pero' din ingħatat lil ħaddieħor li kien ġie evakwat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. 9.11.98

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'opportunitajiet hemm li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, tiġi rikonoxxuta fil-fond indikat peress li din il-persuna ilha snin twal tgħix hemm ma' familja li llum irritornat iċ-ċwievet lill-Housing?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi dak li qed jitlob l-Onor. Interpellant ma jistax isir għax mhux veru li l-persuna ndikata kienet ilha toqgħod fil-post. 9.11.98

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

In vista tal-fatt li d-dar ta' l-anzjani ġewwa Bormla sfortunatament għadha m'hijiex lesta iżda l-kappella tagħha hija fi stat li tiġi wżata, jikkonsidra l-Ministru li din tiġi fi żmien qasir miftuħa għall-pubbliku u għall-użu reliġjuż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għalkemm id-dar ta' l-anzjani ġewwa Bormla għada m'hijiex lesta, l-kappella li qiegda ma' ġenbha se tinfetaħ kmieni s-sena d-dieħla biex tkun tista' tintuża mill-pubbliku għall-użu reliġjuż 9.11.98

Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna jekk minħabba l-policy hekk imsejħa ta' għarbiel tas-servizzi soċjali u ta' kull forma oħra ta' benefiċċji l-gvern huwiex beħsiebu jillimita b'xi mod il-ħlas għal dawk li jkunu qegħdin jirreġistraw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'hemmx dubju li fil-qasam tal-Politika Soċjali, il-Politika ta' Gvern Nazzjonalista dejjem assigurat livell għoli ta' Benefiċċji Soċjali li jsostnu għixien diċenti lill kull min hu fil-bżonn. Kuntrarjament għal dak li sar mill-amministrazzjoni preċedenti, dan il-gvern jimxi fuq il-prinċipju ta' Gustizzja Soċjali, fejn min hu tassew fix-xifer tas-soċjeta, jirċievi l-għajnuna li jkollu bżonn biex jgħix b'mod diċenti. Għall-informazzjoni tal-Onor. Membru kull min qiegħed jirriġistra u jirċievi għajnuna sejjer jgawdi mir-roħs fir-rati tad-dawl u ilma li kien impona l-gvern preċedenti u għalhekk fi ftit ġranet oħra, effettivament, ser igawdu minn żieda u mhux tnaqqis. 9.11.98

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jittieħdu miżuri ġodda biex jinqabdu dawk li jkunu qegħdin jirreġistraw u fl-istess ħin jaħdmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dan il-Gvern huwa impenjat biex isaħħaħ dak kollu li hemm bżonn biex jinqata kull forma ta' abbuż. L-Onor. Membru japprezza li ma jkunx xieraq li nagħti dettalji ta' x'miżuri speċifiċi jkunu qed jittieħdu minn żmien għal żmien, għalkemm jiena lest li ngħaddi din l-informazzjoni privatament lill-Onor. Membru. 9.11.98

ETC — Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inbdew korsijiet ta' taħriġ fl-ETC mill-5 ta' Settembru? Kemm attendew nies għal dawn il-korsijiet? X'persentaġġ minn dawk li qegħdin jirreġistraw, sew fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet parti tar-reġistru, qegħdin isegwu kors ta' taħriġ ta' l-ETC? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex beħsiebu jkompli fuq dak li beda l-gvern preċedenti Laburista u jkompli l-inizjattiva tal-NIFTE?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-5 ta' Settembru sa l-aħħar t'Ottubru, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ bdiet erbgħin programm ta' taħriġ li għalihom qed jattendu 622 persuna. Minn dawn 129 persuna kienu persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol. Il-gvern beħsiebu jkompli u jsaħħah il-programmi ta' taħriġ organiżżati bħala parti mill-inizjattiva tan-'Night Institute for Further Technical Education'. Fil-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tal-ETC, li saret fit-3 ta' Novembru 1998, ġie deċiż li jiżdiedu l-programmi ta' taħriġ li qed jiġu offruti minn-NIFTE iżda dawn iridu jkunu relatati mal-bżonnijiet tal-pajjiż. Bħalissa qed isiru kuntatti mas-settur privat biex jiġu stabbiliti l-ħtiġijiet tat-taħriġ tal-ħaddiema f'oqsma tekniċi biex imbagħad dawn jiġu ndirizzati permezz ta' korsijiet speċjaliżżati.

Korpi Parastatali — Permessi għar-reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi għar-reklamar ta' impjiegi fil-korpi parastatali u liema korpi kienu mill-5 ta' Settembru 'l hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Membru li n-numru ta' permessi li ħarġet il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għal reklamar ta' impjiegi fil-Korpi Parastatali mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn huwa kif jidher hawn taħt: National Tourism Organisation - Malta 7 Tug Malta 1 Maritime Selmun 2 Żejtun Local Council 1 Sterling Travel and Tourism 2 Crowne Plaza Hotel 1 Fejda 1 Freeport Terminal 3 IPSE 1 Malta Maritime Authority 1 Maltacom plc 1 Zammit Clapp Hospital 2 Kunsill Lokali Pembroke 1 Broadcasting Authority 1 Central Bank of Malta 2 National Orchestra 1 9.11.98

Kumpanniji tat-tindif — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu b'mod speċjali ma' kumpanniji tat-tindif ma jiġux mittiefsa, peress li wħud minn dawn il-kumpanniji qegħdin ftit ftit inaqqru d-drittijiet mogħtija bil-liġi lil dawn il-ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema msemmija mill-Onor. Interpellant, huma regolati minn 'National Standard Order', peress li huma ma jaqgħu taħt ebda wieħed mill-'Wages Councils'. Id-Dipartiment tax-xogħol jintervjeni meta u jekk isiru rapporti li xi dritt stabbilit jiġi mittiefes. 9.11.98