Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-apparat immarket "Drager Evita Dura 2"? Kemm hemm units fl-isptarijiet? X'inhu l-prezz ta' kull unit?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-apparat Drager Evita Dura 2 huwa ventilator li jintuża għal kura tal-pazjenti fl-Intensive Therapy Unit (I.T.U.). Fl-Isptar San Luqa hemm żewġ units ta' Drager Evita Dura 2. Dawn il-units it-tnejn ingħataw bħala donation. Għandna wkoll 20 Unit ta' l-istess għamla li oriġinarjament dawn inxtraw għall-Isptar Mater Dei u li nġiebu l-Isptar San Luqa għal eventwalita li jkun meħtieġa għal xi emerġenza. Il-prezz ta' dawn il-units huwa kunfidenzjali minħabba n-natura kummerċjali tiegħu, u għalhekk ma jistax jingħata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm l-isluice room hemm fl-isptar San Luqa? L-apparat f'dawn il-kmamar hu f'kundizzjon tajba? Iħossx il-Ministru li jista' ikun hemm alternattivi iżjed iġeniċi, ngħidu aħna, bedpans u l-użu ta' materjal disposable?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-Isptar San Luqa hemm sluice room f'kull sala jew departiment fejn hemm rikoverati l-pazjenti.
L-apparat f'dawn il-kmamar jinżamm f'kundizjoni tajba kemm jista' jkun u kwalunkwe ħsara tiġi rranġata mill-aktar fis possibbli. Invista tal-bini ta' l-Isptar l-ġdid mhux possibbli li jiġu introdotti alternattivi ġodda għax dan l-apparat ma jistax jiġi installat l-Isptar San Luqa u wara jiġi trasferit fl-Isptar Mater Dei.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tfal bejn l-eta' 0-10 snin mietu bil-marda tal-kanċer?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Matul is-snin 2003-2005 kien hemm 7 tfal bejn l-eta' 0-10 li mietu bil-mard tal-kanċer skond ir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet. In-numru ta' mwiet kull sena huwa kif ġej:
Sena
Numru ta' mwiet
2003
0
2004
4
2005
3
Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu nies b'overdose bejn l-2000 u l-2006?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kien hemm 44 mewt minn overdose bejn is-snin 2000-2004 skond ir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet. In-numru ta mwiet sena b'sena huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Sena
Numru ta' mwiet
2000
7
2001
13
2002
9
2003
8
2004
7
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw, inkrew jew ġew leased karozzi fil-ministeru u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu separatament bejn Ottubru sa Diċembru 2005 u mill-1 ta' Jannar sal-lum separatament? X'inhi ċ-ċilindrata ta' dawn il-karozzi u x'tip ta' fuel jużaw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Matul il-perjodu Ottubru - Diċembru 2005, inkrew tnax (12) -il karozza. Ma tinżammx informazzjoni dwar ċilidraġġ tagħhom. Il-fuel li normalment jużaw dawn il-karozzi huwa petrol.
Ma nxtrat l-ebda karozza matul Ottubru - Diċembru 2005.
L-istess informazzjoni tapplika għall-perjodu Jannar 2006 sallum.
Jikkunsidra l-Ministru li jirrevedi s-sistema ta' tabib bl-appuntament li hemm fil-berġa ta' Tas-Sliema peress li anzjani u persuni morda li jkollhom bżonn urġenti ta' tabib mhux qed jinqdew jekk imorru l-berġa bla appuntament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-introduzzjoni tas-sistema ta’ l-appuntamenti fil-bereġ kienet riżultat ta’ pakkett negozjat ma’ l-Assoċjazzjoni Medika Maltija li wassal għal waqfien ta’ l-azzjonijiet industrijali ordnati mill-istess union. Ir-raġuni għaliex iddaħħlet din is-sistema kienet sabiex it-tobba jkunu jistgħu iqattgħu aktar ħin meta jeżaminaw lill-pazjenti.
Tajjeb li wiehed ifakkar li l-bereġ qatt ma kienu meqjusa bħala l-post fejn wieħed għandu jattendi għall-bżonnijiet urġenti. Bżonnijiet urġenti għandhom jiġu ittrattati fiċ-Ċentri tas-Saħħa. B’dana kollu, jekk ikun hemm pazjent li jmur fil-berġa mingħajr ma jkollu appuntament tingħatalu l-opportunita’ li jistenna sa l-aħħar tas-sezzjoni ta’ l-appuntamenti u jekk ikun fadal ħin it-tabib ikun jista’ jattendi għall-bżonnijiet tiegħu.
L-andament tas-sistema ta’ l-appuntamenti tiġi evalwata minn żmien għal żmien u jsiru dawk il-modifikazzjonijiet meqjusa meħtieġa
Dipartiment tas-saħħa — Ħmieġ u ġrieden madwar is-sur
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadu l-awtoritajiet tas-saħħa rigward ħmieġ u ġrieden fiz-zona u madwar is-sur fit-triq li isimha qed jintbagħat separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li tali lment qatt ma ġie rrapurtat lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Uffiċjali ta’ dan id-Dipartiment spezzjonaw it-triq indikata separatament u rriżulta li hemm ammont żgħir ta’ skart li dwaru nħareġ avviż uffiċjali lill-Kummissarju ta’ l-Artijiet biex jitneħħa.
Il-Kunsill Lokali ġie nfurmat verbalment biex jinqata’ l-ħaxix ħażin fl-istess lokal. Waqt li l-ħaddiema tal-‘Pest Control’ ta’ dan id-dipartiment għamlu trattament intensiv fit-triq ikkonċernata fit-3 ta’ Marzu 2006, trattament addizjonali jsir kif ikun hemm bżonn.
Fid-dawl tal-problema ta' l-ammont kbir ta' social cases li hemm l-isptar, b'konsegwenza li ħafna swali speċjalment dawk tal-mediċina huma bil-korsija u li allura qed jikkaġunaw pressjoni kbira fuq in-nurses, jista' il-Ministru jgħid hux qegħdin jittieħdu passi biex jintbagħtu aktar nurses mill-complement normali f'dawn is-swali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-overcrowding tas-swali huwa dovut prinċipalment għal żewġ raġunijiet:
In-numru għoli tas-
Social Cases
li hemm fil-wards.
L-ammont għoli aktar min normal ta' pazjenti li jirrikjedu kura fis-swali tal-Mediċina fix-xitwa.
Dawn iż-żewġ fatturi huma t-tnejn 'l hinn mill-kontroll ta' l-Isptar San Luqa nnifsu. Madankollu, il-management qed jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex in-numru ta' nurses, li jkunu xogħol kuljum jiġi supplementat, billi jintuża overtime jew Time Off in Lieu kull meta jkun meħtieġ.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17065 u jgħid kemm kien in-numru ta' tfal b'ċittadinanza Maltija li marru barra minn Malta għal kura medika, eċċ?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' tfal li ntbagħtu barra minn Malta għal kura f'dawn l-aħħar ħames snin hu kif ġej:
Sena
Numru ta' tfal
2001
112
2002
97
2003
96
2004
106
2005
100
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16888 u jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-ministeru, dipartimenti, kumpanniji eċċ. li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu ta' safar li sar matul l-2005? Kemm miċ-ċifra tħallset?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-ispiża globali ta' safar matul is-sena 2005 kienet ta' Lm510,428.63. Din iċ-ċifra tinkludi is-somma ta' Lm408,540.32 li ntefaq fuq il-pazjenti li ntbagħtu għal kura barra minn Malta.
Din is-somma tinkludi wkoll nefqa kif ġej:
Diviżjoni tas-Saħħa Lm78,706.39
Sptar Monte Carmeli Lm 1,873
Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Kommunita' Lm 761.71
CEO, MDH Lm11,517.15
Medicines Authority Lm 8,359
Sptar Zammit Clapp Lm 671.06
Din is-somma tħallset kollha.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17384 u jgħid jistax ġentilment jagħti breakdown bejn in-nurses fil-grad ta' EN, ta' SN u dawk li għandhom BSc, Masters u PhD in Nursing Studies?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16428 u 17109 u jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni, qasam qasam, fl-isptarijiet tal-gvern illum u kemm ilhom jistennew f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni dettaljata mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra ladarba tkun lesta.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern dwar id-dfin ta' feti f'każi ta' meta jkun hemm miscarriage u jsir l-EPRC l-isptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sakemm il-fetu jkun kopert b'permess ta' dfin li joħroġ mill-Pulizija, d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ma jsib ebda oġġezzjoni għal tali dfin.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani fi djar ta' anzjani tal-Gvern u f'San Vincenz de Paule fis-snin 2003, 2004 u 2005, maqsuma skond id-dar/sptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin imsemmija anzjani fi Djar tal-Anzjani u f'San Vinċenz de Paul daħlu kif ġej:
Sena
2003
2004
2005
Anzjani
Anzjani
Anzjani
Bormla
14
48
22
Floriana
13
11
5
Gżira
7
8
3
Mosta
14
17
14
Msida
8
11
8
Mtarfa
20
28
27
Żejtun
124
35
32
San Vinċenz de Paul
321
301
285